Ventartal tal-fidda gdid ghall-Madonna tar-Ruzarju
Il-Mosta: Settembru - Novembru 1980
Korr: (p.12) Kif giek f’mohhok li taghmel din l-opra fiz-zminijiet tallum?
Dun Salv Magro: Il-hsieb ma kienx tieghi ghaliex fis-sena 1933 Dun Guzepp Vella, prokuratur ta’ dak iz-zmien, kien ipprezenta fil-Kurja disinn tas-Sur Karmnu Tonna tar-Rabat ta’ Malta imma minhabba hafna cirkustanzi, din l-opra ma saritx.
Fis-sena 1972 jiena avvicinajt lis-Sur Tonna u ghidtlu li kien bi hsiebni naghti s-salt ghal din l-opra. Imma billi kien ghadda hafna zmien minn mindu sar l-ewwel disinn, is-Sur Tonna ried jaghmel xi tibdil u ghalhekk hadu mieghu. Imma gara li wara ftit taz-zmien dan marad u baqa’ sejjer lura sakemm miet. U haga ta’ l-ghageb wara hafna tiftix id-disinn ma nstabx.
Allura tlabt lis-Sur Guze Galea mir-Rabat ukoll biex jaghmilli disinn iehor u meta dan kien lest, kellimt lill-argentier Tarcisju Cassar taz-Zejtun. Sar il-ftehim, saru xi alterazzjonijiet fid-disinn u x-xoghol tlesta u, kif taf, izzanzan fil-festa ta’ din is-sena (nhar l-10 ta’ Awissu wara l-kommemorazzjoni sollenni tal-hames anniversarju ta’ l-inkururazzjoni tal-Madonna).
Hadt pjacir li fid-domanda li ghamiltli semmejt "iz-zminijiet tallum" ghaliex bhalissa ssib min ighilek li dawn l-affarijiet mhux ta’ min jaghmilhom izjed ghaliex fid-dinja hawn hafna faqar. Jien nirrispetta l-opinjoni ta’ l-ohrajn, imma ma naqbilx maghhom ghaliex donnu l-faqar irriduh fil-Knisja biss. Ghaliex id-dar tieghu u l-karozza tieghu kulhadd iridhom mill-ahjar. Kemm lussu fil-hajja! Mela ghaliex m’ghandhiex tkun sabiha d-dar t'Alla meta nafu kemm ried li l-Arka tar-Rabta l-Qadima tkun imzejna bid-deheb u l-fidda (Ara Exodus, Kap. XXVI, v.1-37) u kemm ha pjacir ghaliex Salamun ghamillu tempju hekk sabih u sinjur (Ara Slaten, Kap.III, v.6-22). Kieku n-nies ma ridithiex din l-opra ma kinitx taghti. Forsi n-nies ma tirrispondix meta jsir xi appell ghall-karita jew ghall-Missjoni? Oqghod zgur li n-nies li taghti ghall-opri tkun l-ewwel li taghti ghall-karita.
Fl-ahhar mill-ahhar osservazzjoni bhal din saret lis-Sinjur Taghna Gesu Kristu minn Guda. Imma nafu x’irrispondieh Gesu li Guda u x’qal Gwanni fuq Guda.
Korr: Nirringrazzjak tat-taghrif li tajtna u nifirhulek li wara hafna tahbit rajt din l-opra lesta u inawgurata fir-Rotunda taghna.
N.B. Wiehed jista’ jara dan il-ventartal fis-sagristija fejn hemm il-bomba.