The Mosta Archives Banner

It-twelid ta' parrocca gdida - Il-Mosta 1608 - 2008

minn George Cassar


Il-Mosta: Harga Nru. 5 (2007) Format Gdid


(p.2) Minn zminijiet il-qedem ga kienu jghixu n-nies fl-artijiet li wara ssejhu 'il-Mosta'. Dawn kellhom il-fidi taghhom li ghadha tidher fl-oqbra li hallew warajhom u li kienu juru li emmnu f’hajja wara l-mewt. Minn wara l-konverzjoni tal-Maltin ghall-Kristjanezmu, anki fil-Mosta nsibu evidenza ta' nies li kienu jhaddnu r-religjon nisranija. In-numru ta' ipogej li nstabu fiz-zona li llum taghmel parti mill-Mosta huma evidenza cara ta' dan. Fihom jidhru tipi varji ta' kmamar ghad-dfin u numru ta’ agape tipici ta' dawn is-siti. L-akbar grupp ta' oqbra hu dak imsejjah Ta' Bistra li jinsab fil-Besbizija. Hemm ukoll ipogej ohra bhal dak vicin il-fortizza tal-Mosta, dak ta' Wied il-Ghasel u dak fil-gnien tat-Torri Cumbo.


Fil-Medju Evu l-fidi kompliet tinxtered u tikber u l-kappelli li kien hemm mxerrdin ma' l-irhula zghar, u li wara nghaqdu flimkien bhala l-Mosta, kienu l-evidenza ta' dan it-twemmin.


Meta’ l-Mosta hadet il-forma ta' rahal u l-imkejjen l-ohra fil-vicin spiccaw bhala entitajiet individwali, zar ir-rahal Mons. Pietru Dusina, li kien Vizitatur Appostoliku mibghut mill-Papa biex jara l-qaghda tal-Knisja f’Malta. Ra li l-Mosta kellha numru ta' kappelli u knisja x'aktarx ikbar li kienet iddedikata’ lill-Assunta. Hasibha l-knisja parrokkjali u bi zball sejhilha hekk. Madankollu l-Mosta kienet ghadha taghmel parti mill-matrici tan-Naxxar u dan baqa' jsehh sal-bidu tas-seklu sbatax.


Il-Mosta ssir parrocca


L-ewwel pagna tar-rapport taz-zjara ta’ Mons Dusina L-ewwel pagna tar-rapport taz-zjara ta’ Mons Dusina fil-parrocci ta’ Malta’ fl-1575

Ir-rapport tal-vizta’ ta' Mons. Pietro Dusina ta' 1-1575 jindika li fil-Mosta kien hemm 116-il dar u tnax-il kappella. Dan kien ifisser li ghal kull ghaxart idjar kien hemm kappella! Juri li l-hajja religjuza x'aktarx kienet wahda intensa. Madankollu l-kappelli kollha, barra wahda, kienu fi stat fqir hafna. La kellhom il-qiegha ccangata’ u xi whud minnhom lanqas bieb ma kellhom. Ghalkemm kollha kellhom artal, ma kellhomx qassis biex jiehu hsiebhom. Kienet biss il-kappella ta' San Pawl li kellha qassis taghha, dhul ta' xi flus u t-tizjin mehtieg.


Il-Mostin ta' dari kienu rahhala biezla li jibzghu ghall-ftit li kellhom. Kienu jqattghu hajja kwieta’ u ma kellhom l-ebda kapricc ghajr ghal xi terz inbid fit-tverna u xi loghob ta' l-azzard ghal dawk li kienu jiddelettaw b'dan il-passatemp. Kien hemm Mostin li kienu jduru ghat-talb quddiem il-kwadra tal-Madonna li kien hemm fil-kappella ta' Wied Ziri (jew Wied is-Sir). Sakemm il-Mosta giet mifruda mill-matrici tan-Naxxar fl-1608 fir-rahal tal-Mosta kien hemm 180 dar b'900 ruh fihom.


Jidher car li l-Mosta diga kellha knisja li, ghalkemm zghira, kienet taqdi l-bzonnijiet spiritwali tal-Mostin. Kienu jigu amministrati s-sagramenti f’dik il-knisja ta' (p.3) Santa Marija Assunta, u kien ghalhekk Dusina fil-vizta’ tieghu bhala Delegat Appostoliku fl-1575 sejhilha 'knisja parrokkjali'. Din kienet il-knisja ta' l-Assunta’ ta' Wied Ziri. Nafu li l-Isqof Cubelles fil-vizta’ pastorali tieghu lil dik l-istess knisja fl-1557, kien ordna li jsir fonti tal-maghmudija. Jidher li dan il-fonti huwa l-istess wiehed li ghadu fir-Rotunda tal-lum int u diehel mill-bieb principali n-naha tax-xellug.


L-Isqof Tumas Gargallo li waqqaf il-parrocca tal-Mosta L-Isqof Tumas Gargallo li waqqaf il-parrocca tal-Mosta

Kien waqt zjara pastorali mill-Isqof Tommaso Gargallo fl-1608 li l-Mosta kisbet id-digriet li firidha minn man-Naxxar. L-Isqof stabilixxa din il-firda, skond kliemu stess, bir-rieda tal-Papa Piju V u tas-Sede Appostolika. Ir-ragunijiet ghal din il-firda kienu jinkludu:

  • li l-kappillan tan-Naxxar Dun Giljan Borg kellu bizzejjed xoghol meta’ fin-Naxxar kien hemm 1,100 ruh li 800 parruccan minnhom kienu jqerru u jitqarbnu
  • il-Mosta kienet xi tliet mili 'l boghod u t-triq kienet imharbta u difficli hafna bejn iz-zewg lokalitajiet
  • in-numru mhux zghir ta’ nies li kienu joqoghdu fil-Mosta.

Gie deciz li l-firda ssir imma l-kappillan tan-Naxxar thalla jgawdi d-drittijiet  li  kellu  sa mewtu. Dan Dun Giljan kien bniedem difficli. Kien jaghmel distinzjoni bejn in-Naxxar, il-Mosta u Hal Gharghur ghax kien iqishom irhula distinti fit-twelidijiet, iz-zwigijiet u l-imwiet. Hdejn kull persuna kien jikteb car minn fejn kienet tkun gejja. Madankollu oppona l-firda tal-Mosta (u Hal Gharghur) min-Naxxar u l-Isqof Gargallo sabha difficli li jesegwixxi d-digriet tieghu stess f’dak il-mument. Minhabba f’hekk il-Mostin kellhom jistennew sal-mewt ta' Dun Giljan li grat fl-14 ta' Lulju 1610.


Dwar il-parrocca tal-Mosta l-lsqof iddecieda li l-knisja ewlenija ta’ Santa Marija Mtellgha fis-Sema (dik ta' Wied Ziri) tkun il-knisja parrokkjali. Din kienet knisja zghira b'artal wiehed. Kellha kwadru fuq dan l-artal li juri l-Assunzjoni ta’ Marija. Madwar il-knisja kien hemm cimiterju kbir.


Mal-mewt ta' Dun Giljan, il-Mostin regghu fakkru b'ittra lill-Isqof fid-digriet tieghu, fejn talbuh li jistabilixxi l-firda b'mod formali u definittiv, issa li r-rabta’ tal-kundizzjoni li kienet saret ma baqghetx tghodd. Talbuh ukoll biex jipprovdi xi sors ta’ dhul ghal din il-parrocca gdida. Huma stess kienu lesti li jigbru biex jipprovdu dhul ghal-lampa ta' l-lmqaddes Sagrament u htigijiet ohra. L-lsqof Gargallo kkonferma l-firda, ikkonceda d-decmi tas-soltu tar-rahal u tliet bicciet art raba’. Ghalqa minnhom kienet fil-limiti tan-Naxxar, ohra kienet hdejn il-knisja parrokkjali l-gdida u ta’ l-ahhar kienet dik maghrufa bhala ‘Ta’ Karbuni’. L-ewwel kappillan tal-Mosta kien Dun Gwann Bezzina li ghal ghoxrin sena qabel kien serva bhala vici ghall-kappillan tan-Naxxar. Dun Gwann kellu jibda jircievi l-ewwel prodotti tal-biedja li kienu jikkonsistu f’qoton, qamh u xghir. lnghata’ wkoll ir-renta’ tat-tliet ghelieqi msemmija.


(p.4) L-ewwel kappillan tal-Mosta haseb ghall-bini ta’ knisja parrokkjali gdida. Ghalkemm kienet haga iebsa f’lokalita’ rurali fqira u bi ftit nies, ma qatax qalbu. Kompla bil-hsieb tieghu u qabbad lill-arkitett Tumas Dingli biex ihozz il-pjanta. Il-bini beda mill-ewwel izda ma kienx komplut ghal kollox sal-mewt ta’ Bezzina. L-ewwel kappillan indifen fil-knisja parrokkjali bil-permess ta’ l-awtoritajiet ekklezjastici. Kellu jkun it-tieni kappillan tal-Mosta, Dun Salv. Muscat, li ra x-xoghol tal-bini jitlesta’ fl-1619 (ghalkemm hemm ricerkaturi ohra li sostnew li l-bini kien lest fl-1614). Il-knisja giet ikkonsagrata fl-1774. Kwadru titulari gdid kien fdat f’idejn il-pittur Baskal Buhagiar (skond kif jinghad) wara li dak originali, li kien meqjum hafna, spicca fi stat hazin u ghalhekk kellu jinbidel.


Il-knisja parrokkjali u l-amministrazzjoni tal-parrocca kienu jiddependu mill-flus li jidhlu matul is-sena. Il-mostin kienu fqar u ma kinux jistghu jaghtu wisq. Madankollu l-parrocca bbenefikat mit-thollija ta’ gid fit-testmenti ta’ diversi nies li xtaqu jaghmlu donazzjonijiet lill-parrocca taghhom. Ohrajn kienu jhallu beni b’rabta’ jew legat. Dan kien ifisser li kienu jorbtu lill-parrocca li, biex tibbenefika minn dawk l-ghotjiet, il-kappillani u l-prokuraturi tal-knisja kienu jridu joqghodu ghall-kundizzjonijet li jorbtuhom bihom. Mhux dejjem setghu, ghax kultant il-piz impost kien ikun kbir wisq ghall-parrocca. Bhala parti mid-dhul, il-knisja kien ikollha bicciet ta’ art li jkunu thallew lilha u li kienet tqabbilhom lill-bdiewa. Dawn kienu jinhadmu u l-qliegh jinqasam ma’ l-istess knisja. Xi artijiet imqabblin lill-bdiewa xorta’ kienu jibqghu tal-parrocca. Ghalhekk kienet tithaddem is-sistema tal-mezzadija.


Mappa antika li turi l-erba’ parrocci girien fosthom il-Mosta Mappa antika li turi l-erba’ parrocci girien – A il-parrocca tal-Katidral, B – il-parrocca tal-Mosta, C – il-parrocca tan-Naxxar u D – il-parrocca ta’ Hal Gharghur

(p.5) Il-knisja kienet tigbor ftit flus mill-cassa d’elemosina u dan minhabba l-qaghda tal-parruccani Mostin. Din kienet kaxxa li kienet titpogga fil-knisja u kulhadd jitfa' kemm irid u kemm jista’. Il-prokuraturi kellhom il-muftieh tal-kaxxa u kienu jiddisponu mill-flus mitfugha ghall-bzonnijiet tal-parrocca. Gabra ohra kienet issir ghall-festa titulari, li kienet l-aktar festa li tinvolvi spejjez. Kienet maghrufa bhala offerta per l’Assunta u d-dhul minnha kien jghin biex jiffinanzja l-funzjonijiet marbuta mal-festa. Hu kkalkolat li l-prokuraturi tal-festa fl-ewwel zminijiet mit-twaqqif tal-parrocca kien ikollhom ghad-dispozizzjoni taghhom, biex jifdu l-ispejjez tal-festa, madwar 33 skud kull sena. Dawn kienu jingabru matul dawn il-habtiet minn fost madwar 1,200 ruh li kienu jghixu fil-Mosta. ll-faqar tal-parrocca kien jidher ukoll mill-istess abitazzjoni tal-kappillan. Il-kanonika fl-1647 kienet fi stat hazin bi bzonn ta' tibdil u tiswija. Daru dawra mal-bzonnijiet li setghu bhat-tiswija tal-bieb ta’ barra u l-katina u r-rota biex jittella' l-ilma mill-bir. Biss kien evidenti li d-dar bhala tali ma kinitx adattata ghall-funzjoni li kellha taqdi. Ghalhekk fl-1653 il-Kappillan Dun Karlu Schembri bena kanonika ohra u jidher li din kienet dar ckejkna.


F’dawn l-ewwel zminijiet, barra l-kappillan kien hemm numru ta' qasissin. Per ezempju fl-1645, barra l-kappillan kien hemm disa' qassisin u zewg kjerici li ma kinux se jkomplu ghas-sacerdozju. Kien hemm ukoll 1,214-il parruccan; cifra li tindika li l-Mosta kienet qed tikber b'certu rittmu.


It-tieni knisja parrokkjali It-tieni knisja parrokkjali

Aktar il quddiem, fl-1666, waqt il-vizta li saret mill-Vigarju Kapitulari Mons. Dumink Attard, u fl-1668 f’ dik ta’ I-lsqof Luca Buenos, il-kleru Mosti gie mwissi ghal xi nuqqasijiet. Fost it-twissijiet kien hemm li ma kellux jintuza nbid ahmar u min jikser din il-kundizzjoni kien se jigi sospiz minnufih. Barra dan, l-ebda sacerdot ma seta' joqghod idur mar-rahal minghajr kappell f’rasu nkella jigi kkastigat mill-Isqof. Twissija ohra kienet tghid li l-kalcijiet tal-knisja parrokkjali ma setghux jintuzaw fi knejjes ohra biex iqaddes bihom xi hadd iehor. Osservazzjoni li misset lis-sacerdoti kollha tal-Mosta kienet li lkoll kellhom jattendu bil-berrettin u l-ispellizza ghall-quddiesa kantata li kellha tigi ccelebrata kull nhar ta' Hadd u fil-granet festivi tal-precett. Din il-quddiesa kellha tkun dik parrokkjali.


F'din il-habta nstab li kien hemm 1,280 ruh fil-limiti parrokkjali, u minn dawn it-319-il familja hafna kienu gabillotti u kien hemm numru mdaqqas ta' ohrajn imdahhla fil-kummerc. Il-bdiewa kienu l-aktar fin-naha ta' fuq tat-territorju parrokkjali, dak fit-tramuntana vicin ll-limiti tal-Mellieha. Id-drawwiet religjuzi tal-Mostin f’dawk iz-zminijiet juru li hafna minnhom kienu jisimghu l-quddiesa ta' l-ewwel jew ‘Tas-Sebh’. Ghall-quddiesa parrokkjali, li kienet issir b'aktar solennita, ftit kienu jattendu, filwaqt li l-quddies fil-festi l-kbar (il-Milied, l-Ghid il-Kbir, Ghid il-Hamsin, Korpus, u l-Assunta) kienu l-maggoranza tal-parruccani li jattendu ghalihom. Matul is-sena kien hemm tendenza li jisimghu l-quddiesa fl-ewwel u t-tielet Hadd ta’ kull xahar. Ir-religjozita tal-Mostin jidher li ma kinitx daqstant akkanita ghall-festi tal-qaddisin l-ohra ghax ftit kienu jattendu ghall-quddies f’dawn l-okkazjonijiet. Madankollu matul l-Ghid, ll-Mostin kollha kienu jqerru u jitqarbnu. Kienu traskurati fil-katekizmu li kien jigi mghallem specjalment waqt il-quddiesa parrokkjali. Il-kappillan kien jinsisti dwar il-bzonn ta' dan it-taghlim, l-izjed mal-genituri.


Hekk kienet il-hajja tal-parrocca tal-Mosta u l-parruccani taghha matul l-ewwel seklu mit-twaqqif taghha.