The Mosta Archives Banner


Tlugh ta’ l-istatwi, xoghol ta’ l-iskultur Marco Montebello


Il-Mosta: Ottubru – Novembru 1966


Portiku Mosta: statwa ta' San GwannL-istatwa ta' San Gwann

Portiku Mosta: statwa ta' Sant'AndrijaL-istatwa ta' Sant'Andrija

(p.2) Il-Festa ta’ Santa Marija kienet bdiet toqrob gmielha; l-istatwi ta’ l-ewwel erba’ appostli kienu lesti; kien fadal li jitilghu fin-nicec ta’ fuq tal-Portiku. Biss hadd ma jobsor kemm inqalghu diffikultajiet, kemm imghallmin gew jaraw ix-xoghol u wara telqu lura b’risposta negattiva.


Izda r-rieda soda ta’ l-Arcipriet u ta’ xi haddiema qalbiena Mostin ma tfarrkitx quddiem dawn il-problemi.


Ix-xoghol ta’ zewg torrijiet gholjin tal-hadid sar minn Joseph F. Spiteri (Pieta) u nkarigat mit-tlugh ta’ l-istatwi kien is-Sur Gorg Pace minn Hal Qormi. Ix-xoghol kien jibda minn filghodu u kien jispicca tard sewwa mal-lejl, daqqa nofs il-lejl, ohra s-siegha. Biss bil-pacenzja kollha, statwa wara l-ohra rajnihom l-erba’ dehlin fin-nicec. Kien il-Hamis, 11 ta’ Awissu, meta l-Arcipriet, quddiem folla ta’ nies bierek l-ahhar statwa li telghet, ta’ San Gakbu. Huwa rringrazzja lil kull min ha sehem; irringrazzja lill-Benefatturi, u qalilna li l-istatwi li fadal diga hemm il-benefatturi li taw il-flus ghalihom.


L-interess tal-Mostin lejn it-tempju li tant ihobbu rajnih kull lejla meta ma kenux jiccaqalqu minn fuq iz-zuntier qabel titla’ kull statwa. L-ispejjez ghat-tlugh ta’ dawn l-istatwi lahaq is-somma ta’ aktar minn £200.


Nirringrazzjaw b’mod specjali lis-Sinjuri Guzeppi Grech, Frangisk Tonna, Gamri Zammit, Frangisk Buhagiar, Joseph Camilleri u M.Ang Gatt li lejl u nhar hadmu kemm felhu biex l-opra tirnexxi f’waqtha.