X’tip ta’ ajruplan kien
minn Anthony Camilleri
Il-Mosta: Lulju – Awissu 1989
(p.18) Skond Il-Berqa tal-11 ta’ April, 1942, wara nofsinhar tad-9 ta’ April, 1942, sar attakk fuq il-Belt Valletta u l-ajrudromi b’Junkers 87 Stuka dive-bombers, Ju 88 bombers u Me 109 fighters. Minn xhieda ta’ l-istess zmien, kif deher fi Il-Mosta Nri. 131, 132, 133, il-balla li nifdet il-koppla kienet ta’ kalibru tqil. Barra minnha waqghu bombi ohra fuq u madwar il-knisja. L-Me 109 fighter ma kienx igorr balal ta’ kalibru kbir izda zewg balal zghar, li bejniethom, normalment, kienu jiznu 500 libbra, jew ahjar it-tnejn flimkien kienu jiznu bejn nofs u terz tal-balla li waqghet fuq ir-Rotunda (1000-1500 libbra).
Il-Ju 87 Stuka dive-bomber kien kapaci igorr balla kbira, izda tidher improbabbli l-possibilta li kien ajruplan ta’ dan it-tip li ntuza kontra l-knisja. Dan jinghad ghax kienu diversi l-balal kbar li nxtehtu katenati ma xulxin u laqtuha.
Ghalhekk jidher li t-tip ta’ ajruplan li ntuza kien il-Ju 88 bomber, li kien jiflah igorr anke erba’ balal ta’ 1500 libbra l-wahda. Skond Il-Berqa tal-11 ta’ April, 19421 il-Marixxal Kesselring xehet daqs 500 ajruplan "mill-igded" kontra Malta fuq ordni ta’ Hitler. Fliegerkorps X inqalghet minn fuq fil-front Russu fil-Harifa ta’ l-1941 u nizlet Sqallija. Ajruplani ohra gew minn rizervi fi Franza, il-Belgju u d-distrett Trondheim tan-Norvegja.
Wiehed jista’ jimmagina x’tip ta’ piloti kuragguzi bbumbardjaw lil Malta fix-xitwa u r-rebbiegha ta’ l-1942 u x’martirju ghaddew minnu l-Maltin meta tqis li l-piloti Germanizi kellhom jinnewtralizzaw lil Malta, anzi, aghar minn hekk, fi kliem Kesselring “jiCoventryizzawha”.
Sa l-1942 il-Ju 88 kien zviluppat hafna. Il-Berqa2 tindika li kienu ajruplani mill-igded li gew jahbtu ghal Malta. Sa dak iz-zmien il-Ju 88 kien sar bomber ta’ min jorbot fuqu, dak li jghidulu il-workhorse tal-gwerra. Kont issibu kullimkien kulfejn kien hemm il-Germanizi.
Mix-xhieda storika jidher li kien Ju 88 li xehet il-balla ta’ kalibru kbir u balal ohra kbar fuq il-knisja taghna fid-9 ta’ April, 1942.
Referenzi
- Il-Berqa, pagna 1.
- Il-Berqa 11 ta’ April, 1942, pagna 1.