The Mosta Archives Banner

It-tanbur tal-Koppla

studju mill-Kav. Rafel Bonnici Cali


Il-Mosta: Lulju – Awissu 1987


(p.5) Kif jaf kulhadd jiena ilni ninteressa ruhi fl-istorja tal-knisja tal-Mosta ghax inhoss li din il-knisja mhix biss unur tal-Mostin izda unur ghall-arti Maltija. Hija monument li gibed l-interess ukoll tal-barranin li, bil-haqq kollu, jaghtuha importanza kbira.


Pjanta tal-Knisja minn Grognet illustrata bil-pittura b'serje ta' Angli Pjanta tal-Knisja minn Grognet illustrata bil-pittura b'serje ta' Angli fejn illum hemm il-lunetti u mat-tanbur.

Ir-raguni ta’ dan il-fatt hi li din il-knisja ghandha ghamla ghaliha wahedha u ma taqbilx mal-bqija tal-knejjes l-ohra taghna, la fil-forma u lanqas fil-kostruzzjoni gganteska taghha. Hija tidher li twieldet miz-zwieg ta’ Missier Ruman Klassiku u Omm Maltija ghax l-arkitett Gorg Grognet ried jaghtiha xebh lil Pantheon ta’ Ruma bl-uzu tal-gebla Maltija, haga li hawdet mhux biss lill-istess Grognet izda wkoll lill-arkitetti barranin u ghalhekk taw opinjonijiet diversi dwar il-valuri artistici taghha, waqt li ahna l-Maltin, bhala poplu, ghandna ghax niftahru b’din il-knisja ghax hija tabilhaqq opra ta’ karattru Malti, cioe ta’ xehta robusta kif hija tassew l-istatura tal-poplu taghna. Milli jidher Grogneet kien jammira l-istatura naturali tal-mara Maltija aktarx robusta u ghalhekk xi ftit qasira. Dan il-karattru fl-arti taghna deher sa mill-ewwel xoghlijiet neolitici kemm fil-bini tat-tempji u kemm fil-figuri ta’ l-idoli.


Bhala bniedem Grognet kien ragel ta’ skola u studju klassiku, aktarx dak li l-Inglizi jsejhulu self-made man ta’ l-arkitettura, kien ukoll medhi bl-astronomija u xjenzi ohra kif jidher mill-kitba u progetti li fassal, ghalkemm ma sehhux. Kien bniedem kolt hafna imma mhux infallibli, kif jahsbu x’uhud.


Il-knisja tal-Mosta hija tassew il-kapolavur tieghu bhala kostruttur ghax irridu nghidu li kien aktar kostruttur milli arkitett.


X’qal Cali


Id-disinji originali tal-knisja, b’xorti tajba, ghadhom merfughin fis-sagristija tal-istess Knisja u dawn juru l-vera arti ta’ Grognet, izda l-pittur Giuseppi Cali ma riedx jimxi fuqhom meta dan gie biex jiddekora l-hitan tal-Knisja u ghalhekk biddel l-ispazju immens ta’ bejn l-arkati billi qasam dan l-ispazju fi tnejn: il-parti ta’ fuq turi xeni mill-Vangelu u l-parti t’isfel turi l-profeti bi sfond dekorattiv ta’ arkitettura fittizja izda li tat rizultati famuzi.


Dan kien xoghol li tfahhar minn artisti, kbarat tal-Kleru u dawk kollha li gew u hadu sehem fil-festeggjamenti li saru fil-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta’ Malta fl-1913. Ir-Rotunda baqghet tintuza ghal grajjiet kbar li saru wara bhal fl-okkazjoni tal-Kungress Marjan u c-Centenarju tan-Nawfragju Pawlin.


Cali, kif ighidu, cekken l-ispazju biex seta jehles mill-figuri ta’ kobor esagerat li fassal Grognet u hekk ghandu wkoll isir fil-progett tat-tanbur tal-koppla biex ix-xoghol jirnexxi u jaqbel mal-pattern mahluq minn Cali.


Nafu li saru attentati minn xi artisti xi snin ilu u holqu progetti li jimlew l-ispazju kollu bil-figuri bla ma qaghdu jahsbu fuq l-ambjent u ghalhekk il-progetti taghhom ma ntghogbux.


Issa x’ghandu jsir?


Fil-fehma tieghi ghandu jithabbar konkors u kumitat li l-ghazla tieghu tkun finali. Dan il-kumitat ghandu jkun maghmul minn erba’ qassisin, tnejn mill-Mosta, wiehed maghzul mill-Kurja u jahdmu flimkien ma l-Arcipriet. Maghhom jaqbel li jkun hemm teknici kwalifikati, inghidu ahna, arkitett, skultur, pittur u dekoratur.


Dan il-kumitat ghandu meta jaslulu l-abbozzi jghajjat lill-konkorrenti biex jiddefendu l-progett taghhom, kulhadd ghal rasu, u wara ghandu johrog rapport finali mill-kumitat li ghandu wkoll jiffissa z-zmien ta’ l-gheluq tal-konkors.


Nahseb li b’hekk il-poplu Mosti ghandu jkun kuntent li sar kollox bis-sewwa u li ghandu jaghti rizultat tajjeb.


Dan ktibtu biex nighn kemm nista’ lill-poplu Mosti u Malti halli dan ix-xoghol difficli jirnexxi ghall-glorja tad-dar ta’ Alla.


Il-Pantheon ta' Ruma minn gewwa Il-Pantheon ta' Ruma minn gewwa

Qieghed nibghatlek ukoll incizjoni tal-Pantheon ta’ Ruma biex tippublikah ma’ din il-kitba halli nuri li l-Pantheon ghandu t-tanbur tal-koppla dekorat tassew u mhux bhal ma qalu x’uhud li t-tanbur tal-Mosta ahjar jibqa’ vojt. Kulhadd ihoss li dan it-tanbur ghandu jigi dekorat f’xi haga u mhux jibqa’ vojt u jhalli l-Knisja mhix kompluta.


Emminni li din il-kitba Sur Editur, harget minn qalbi bhala Malti u artist fl-istess hin li nhobb l-affarijiet isiru sewwa.


Hal Tarxien
Rafel Bonnici Cali
29.6.1987