The Mosta Archives Banner

Statwi Artistici fil-Mosta

minn Victor B.Caruana


Ftit snin ilu f'din il-gazzetta dehret sensiela bl-isem “Madwar il-Mosta ma Victor B.Caruana”. Wahda minn dawn kienet dwar il-Villa Grech Mifsud. Ftit taz-zmien ilu kienet dehret ittra f'din il-gazzetta li fiha l-Kav. Rafel Bonnici Cali kien talab li jidhru xi ritratti ta' l-istatwi sbieh li jinsabu f'dan il-gnien. Xi nies ohra talbu l-istess haga. Ghalhekk ser nibdew ingibu r-ritratti ta' dawn l-istatwi artistici, li nhadmu madwar mitt sena ilu x'aktarx minn certu skultur Cardona, li kien mir-Rabat ta' Malta. Dan sar bil-permess gentili tal-Familja Grech Mifsud.


L-ewwel parti - Il-Mosta: Jannar – April 1985


Wahda mill-istatwi f'Villa Grech Mifsud fil-Mosta Wahda mill-istatwi f'Villa Grech Mifsud

(p.16) L-ewwel wiehed li qieghed jidher f'din il-harga juri lil xih tallab. Karattru li kien komuni madwar mitt sena ilu, izda li issa, ghall-grazzja ta' Alla nistghu nghidu nqata' ghal kollox minn pajjizna. Ighidu li dawn l-istatwi kollha nhadmu fuq persunaggi Mostin li ghexu dik il-habta.


It-tieni parti - Il-Mosta: Mejju – Gunju 1985


Statwa ohra li hemm f'Villa Grech Mifsud il-Mosta Statwa ohra li hemm f'Villa Grech Mifsud

(p.14) Bhalma ktibna fl-ahhar harga, qeghdin nuru sensiela ta' ritratti ta' statwi artistici li jinsabu fil-gnien sabih ta' Villa Grech Mifsud. Dawn inhadmu madwar mitt sena ilu minn certu skultur Cardona mir-Rabat fuq karattri veri Mostin li kienu komuni dak iz-zmien. Illum qedghin nuru statwa ta' tallaba xiha. Ta' min jinnota dettall li juri l-libsa mqattgha, il-bicca ghonnella li ghanda fuq rasha, kollha toqob, u dublett mizmum b'bicca qafla. Fl-ahharnett ta' min japprezza l-espressjoni ta' wiccha, espressjoni li tassew iggiblek hniena waqt li tohrog idejha ghall-karita.