L-iskultur Ganni Bonnici
minn Stephen Degiorgio
Il-Mosta: Mejju – Gunju 1990
(p.10) Ricentament l-iskultur Mosti Ganni Bonnici gie ddekorat bil-midalja tad-deheb mis-Socjeta ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerc. Dan ir-rikonoxxiement jinghata minn zmien ghal zmien mis-Socjeta lill-artisti, artiggjani (kif ukoll industrijalisti), li jkunu lahqu mhux biss livelli artistici sinifikattivi, imma specjalment lil dawk li b’xogholhom ikunu taw jew hallew fostna bosta xoghlijiet li llum izejnu u jsebbhu l-wirt artistiku u kulturali tal-gzejjer taghna u, fil-kaz ta’ l-industrijalisti, ghall hidmithom fil-kummerc.
Is-Socjeta ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerc ilha stabbilita mill-1852 u fost l-artisti insinji taghha li gew iddekorati minn din l-ghaqda nsibu lil Giuseppe Cali, Robert Caruana Dingli, Censu Apap, Emvin Cremona u ohrajn. Huwa unur ghalina l-Mostin li Ganni Bonnici, imwieled fil-belt taghna, gie onorata bl-ghola gieh tas-Socjeta f’mument li fih lahqa il-quccata tal-karriera twila tieghu. Nirreferu ghall-aktar xoghol importanti f’dawn l-ahhar snin, il-Monument ta’ l-Indipendenza, li gie inawgurat ftit xhur ilu l-Furjana. Il-mudell gie maghzul minn fost ghoxrin buzzett t’artisti differenti.
Ma ninsewx ix-xoghlijiet l-ohra li ftit ftit bnew ir-reputazzjoni artistika ta’ dan l-iskultur innovattiv u dinamiku: Kristu Msallab fil-knejjes ta’ Santa Lucija u ta’ Hal Qormi u l-Madonna ta’ Burmarrad fost l-ohrajn.
Hafna Mostin li trabbew mieghu zgur jiftakru li dan l-artist, li minn ckunitu, meta kien ghadu student, dejjem kien ipingi u jimmudella fit-tafal jew inaqqas xi gebla. Illum is-Sur Bonnici huwa s-Surmast ta’ l-Iskola ta’ l-Artiggjanat Salvatore Dimech f’Targa Gap, li tispecjalizza fit-taghlim ta’ bosta ferghat ta’ snajja artistici.