The Mosta Archives Banner

F'gheluq il-100 sena mill-bini u l-ftuh ta’ l-Iskola Primarja tal-Mosta


Il-Mosta: April – Awissu 1999


100 sena mill-bini u l-ftuh ta’ l-Iskola Primarja tal-MostaIs-Sindku, is-Sur Joe De Martino, jikxef irhama kommemorattiva
Irhama f'gheluq il-100 sena tal-iskola Primarja tal-MostaL-irhama kommemorattiva

(p.9) Il-Gimgha, 16 ta' April il-Kunsill Lokali tal-Mosta flimkien mal-kunsilli Skolastici fakkru l-100 sena minn meta nbniet u bdiet tintuza l-iskola primarja prezenti. Il-progrumm kien maqsum fi tnejn: il-parti ta' filghodu mmirata ghat-tfal kollha li jattendu l-iskola u l-parti ta’ fl-ghaxija ghall-ghalliema u kapijiet.


L-attivita bdiet b’quddiesa fil-knisja arcipretali mill-Arcipriet Dun Joe Carabott meghjun minn Dun Ang Camilleri, direttur spiritwali ta' l-iskola ghal hafna snin. Fit-triq ta' l-iskola t-tfal assistew ghal wirja tal-ktieb mis-sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija.


B'konnessjoni ma’ dan l-anniversarju gew organizzati diversi kompetizzjonijiet ta' komponimenti, poezija, ecc. Ir-rebbieha gew ippremjati b’kotba sbieh mill-Kunsill Lokali. Qassam il-premjijiet is-Sindku s-Sur Joseph De Martino. Fl-ahhar tac-cerimonja s-Sindku kixef irhama kommemorattiva u qassam bookmarks ta' tifkira lit-tfal kollha prezenti.


L-attivita ta' fl-ghaxija saret fis-Sala tal-Komunita u kienu prezenti diversi mistiedna distinti fosthom il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, l-Assistent Direttur ta’ l-Edukazzjoni Dr C. Borg. Is-serata bdiet b’daqq fuq l-arpa u l-flawt.


Ghal din l-okkazjoni importanti fl-istorja tal-Mosta l-Kunsill Lokali hass li jkun xieraq li tinkiteb l-istorja ta’ l-edukazzjoni primarja fil-Mosta li tmur lura aktar minn 150 sena. Din il-pubblikazzjoni tkompli mal-hsieb tal-Kunsill li tkompli r-ricerka dwar kull ma jifforma parti mill-istorja tal-Mosta. Din il-bicca xoghol verament serja minn Dr G. Cassar giet imnedija f'din is-serata u sar apprezzament ta’ dan ix xoghol mis-Sur J.J. Camilleri. Is-Sindku pprezenta kopja ta’ dan il-ktieb lil dawk kollha prezenti, fosthom lill-Ministru Louis Galea u lill-Assistent Direttur ta’ l-Edukazzjoni Dr C. Borg.


It-Twin Sister Committee f'Millbrae (USA), bl-intervent tal-Konslu s-Sur Edwin Bonavia, ghogobhom jaghmlu donazzjoni ta’ tletin laminated map kbira u sabiha u zewg diplomi liz-zewg skejjel Mostin. Dawn gew ipprezentati mis-Sur J. De Martino liz-zewg kapijiet ta’ l-iskola, is-Sur J. Azzopardi u s-Sinjorina M Cassar.


Is-Sindku spjega fid-diskors tieghu l-importanza kbira li istituzzjoni bhal l-iskola primarja ghandha fil-komunita. Hu zied li issa li saru diversi estensjonijiet fl-iskola prezenti wasal iz-zmien li tinbena skola ohra biex tlahhaq mad-domanda ta' belt zaghzugha ta’ 18,000ruh bhal ma hi l-Mosta. Is-serata giet fit-tmiem taghha b’kelmtejn mill-Onor. Louis Galea, li spjega fil qasir l-isfidi fil-kamp ta’ l-edukazzjoni ghall-millennju l-gdid.