The Mosta Archives Banner

Sir Dobbie jew Lord Gort

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Lulju - Awissu 1986


Il-Gvernaturi William Dobbie u Lord GortIl-Gvernatur Sir William Dobbie fuq ix-xellug li mit-turretta tal-Palazz ta' Sant'Anton ra l-balla tahbat mal-knisja u dlonk erhiela lejn il-Mosta jistenna li se jsib stragi. Tal-lemin hu l-Gvernatur ta' warajh Lord Gort

(p.4) L-artiklu tieghi dwar id-9 ta' April, 1942 u l-helsien mit-tigrif tal-Knisja taghna fil-harga 118 ta' Il-Mosta: Jannar-Marzu 1986 qajjem interess f'xi hbieb tieghi Mostin li avvicinawni u qaluli li kien il-Gvernatur Lord Gort u mhux il-Gvernatur Dobbie li fi zmienu gara l-incident tal-balla (fil-fatt tajjeb kien imnizzel bhala Gvernatur Sir William Dobbie, hekk li ta' warajh Lord Gort lahaq ftit wara f'Mejju 1942).


Jien, li dak iz-zmien kelli biss erba' snin, ibbazajt dak li ktibt fuq dak li kien deher ilu fuq din l-istess gazzetta taghna fuq dan is-suggett u r-riferenzi tieghi kienu cari.


Barra minn dan sibt fi 3 kotba ohra dwar l-ahhar gwerra li Lord Gort kien wasal Malta fis-7 ta' Mejju, 1942, kwazi xhar wara l-incident tal-bomba fuq il-Knisja taghna!


Nistieden lil dawn il-hbieb tieghi jaraw dawn il-kotba, miktubin minn nies kompetenti, rigward dan is-suggett: The Battle of Malta ta' Joseph Attard (p.184), The Air Battle for Malta ta' Lord James Douglas Hamilton (pp.45 u 83) u Malta – The Triumphant Years 1940-43 ta' George Hogan (p.112).