The Mosta Archives Banner

Zewg Sinjori mill-Mosta


Il-Mosta: Settembru - Novembru 1980


Arcipriet Pawlu Galea, Mosta Zewg Sinjori mill-Mosta, Gemma Vella u Carmelina Sammut

Miss Gemma Vella


(p.1) Fil-bidu ta' din is-sena skolastika Misss Gemma Vella saret il-Head-Teacher tas-Sezzjoni A ta' l-Iskola Primarja tal-Mosta. Din is-sezzjoni fiha l-klassijiet tal-Kindergarten u Years 1, 2 u 3.


Miss Vella twieldet il-Mosta fit-22 ta' Lulju, 1930. Hadet l-edukazzjoni primarja fl-Iskola tal-Mosta u l-edukazzjoni sekondarja fil-Girls Secondary School, il-Belt.


Lahqet teacher f'Novembru 1947 u Assistant Head-Teacher fl-1959. Bhala Assistent Head kienet fl-iskejjel tar-Rabat, Mosta u Birkirkara. Fl-1961/62 attendiet kors l-Ingilterra f'Digby Stuart College, Londra. Wara dan il-kors hadet il-promozzjoni ta' Head-Teacher. F'dan iz-zmien mexxiet skejjel fil-Birgu, San Pawl il-Bahar, Birkirkara u issa l-Mosta.


Lil Miss Gemma Vella nixtiqulha kull success fil-qasam edukattiv afdat f'idejha.


Miss Carmelina Sammut


Miss Carmelina Sammut twieldet il-Mosta fl-10 ta' April 1927. Hadet l-edukazzjoni primarja fl-Iskola Primarja tal-Mosta u dik sekondarja fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, il-Belt Valletta. Lahqet teacher fl-1947 wara li ghamlet il-kors fil-Mater Admirabilis Training College. Fl-1958 saret Assistant Headmistress u serviet fl-Iskejjel tal-Hamrun (Victoria Avenue) u Birkirkara. Fl-1960/61 ghamlet kors ta' sena f'Digby Stuart College, Rosehampton u fi tmiemu lahqet Headmistress. Hija serviet f'din il-kariga fl-Iskejjel Primarji u tal-Infants f'Vittoriosa, Valletta, Mellieha u fl-Iskola Primarja tal-Hamrun (Triq l-Iskola). Wara kienet Headmistress fl-Iskola Sekondarja tal-Qrendi, li kien fiha Forms I u II, u f'dik taz-Zurrieq, Bniet, minn Form III sa Form V. F'din is-sena skolastika li ghadha kif bdiet, Miss Sammut saret kap ta' l-Iskola Lily of the Valley, li ghandna fil-Mosta u li qieghda tilqa' fiha tfal mill-Mosta, Mellieha, San Pawl il-Bahar, Imgarr, Burmarrad, Zebbiegh u Manikata.


Miss Carmelina Sammut kienet membru attiv tal-Catholic Social Guild u Co-Worker ta' Mother Theresa.


Lil Miss Sammut nixtiqulha kull success fil-qasam edukattiv afdat lilha.