The Mosta Archives Banner

Is-Santwarju Monumentali tal-Mosta, f'jum il-Ghid tal-Vergni Marija Assunta Patruna Glorjuza tal-Mostin

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Awissu 1982


Artal Maggur Mosta armat ghall-festa L-Artal Maggur armat ghall-festa

(p.4) Daqqa t'ghajn lejn ir-Rotunda tal-Mosta fil-jiem gheziez tal-festa ta' Santa Marija hija bizzejjed biex tfakkar lil kulhadd li l-Assunta kienet, ghadha u wiehed jittama, li ghad tibqa' l-glorja, il-ferh u l-kburija tal-poplu Mosti. Kienet il-fidi f'Alla u l-imhabba safja lejn il-Madonna Mtellgha fis-Sema li qanqlet lill-fqajrin missirijietna sabiex b'hegga u mhabba li ftit dehru bhalhom iwaqqfu r-Rotunda. Kienet ukoll din l-istess fidi u mhabba li tul il-mixja tas-snin wasslet lill-Mostin sabiex izejnu t-tempju ghaziz taghhom b'opri mill-isbah. Jixraq ghalhekk li fl-okkazjoni tal-festa titolari taghna nduru dawra madwar il-knisja, imzejna mill-isbah ghall-okkazjoni u naraw fil-qosor x'ghandha x'toffrilna din il-knisja wisq ghaziza ghalina l-Mostin; knisja li bir-ragun kollu gibdet u ghadha tigbed lejha ‘l kull min izur pajjizna.


Minn fuq iz-zuntier spazjuz imzejjen biz-zewg statwi wisq sbieh ta' Santa Marija u ta' San Guzepp, xoghol il-Professur Vincent Apap, artist ta' zmienna, wiehed jitghaxxaq ihares lejn il-portiku, imzejjen ukoll bl-istatwi tat-tnax-il appostlu, xoghol fil-gebel ta' l-iskultur Marco Montebello, artist iehor ta' zmienna. Nidhlu mill-bieb ewlieni u nsibu quddiem wiccna d-dehra manifika li toffri din l-Opra arkitettonika wahdanija ta' Grongnet. Minn fuq il-paviment tar-rham li jghaxxaq, disinn ukoll ta' l-imsemmi arkitett, il-harsa toghla u timrah fil-wisa' mdawwal. Fit-tmien wesghat ta' bejn il-kappelli jidhru t-tmien kwadri zghar li juru x-xeni mill-hajja tal-Madonna li sitta minnhom huma xoghol Raffaele Caruana, filwaqt li tnejn minnhom, l-Assunzjoni u l-Vizitazzjoni huma tal-Cali. 'Il fuq minn dawn it-tmien kwadri, zgur li jolqtu lil kulhadd bi gmielhom it-tmien lunetti kbar b'xeni mill-hajja ta' Kristu, xoghol mill-aqwa tal-maghruf Guze Cali. Izjed ‘il fuq it-tanbur, b'sittax-il tieqa madwaru u bejniethom vojt li ghadu jitlob hniena. Imbaghad il-koppla glorjuza li tfakkrek fis-smewwiet, fejn Marija tiddi bhala l-isbah kewkba.


Fid-dehra tal-bieb ewlieni wiehed jara l-istatwa tal-Maghmudija ta' Kristu, xoghol fl-injam ta' Vincenzo Dimech. Bi dritta n-naha l-ohra hemm il-fonti ta' l-ilma mbierek tar-rham, imzejjen b'hames puttini tal-bronz, xoghol Vincent Apap.  Hawnhekk insibu wkoll l-istatwa barokka ta' l-injam tal-Madonna tar-Ruzarju, wirt il-knisja parrokjali l-qadima, li nhadmet minn artist mhux maghruf lejn l-ewwel nofs tas-Seklu Sbatax. Qabel ma nidhlu fil-kappelli mhux ta' min jinsa l-Via Sacra. Ghaxra minn dawn il-kwadri huma xoghol sabih ta' Rokku Buhagiar filwaqt li l-ewwel zewg stazzjonijiet u l-ahhar tnejn huma ta' Antonio Xerri, li x'aktarx kien xi skular ta' l-istess Buhagiar. Il-gwarnici taghhom huma bicca xoghol ta' l-iskultur Vittorjozan Antonio Agius. Il-kwadri tal-Via Sacra huma wirt iehor tal-knisja l-qadima li kellna.


Immorru fil-Kappella tal-Madonna tac-Cintura bil-kwadru ewlieni u sabih taghha ta' Stefano Erardi, kwadru li kien ukoll tal-knisja l-qadima. Iz-zewg kwadri laterali huma tal-Cali. Wiehed juri ‘l Santa Monika qed tigi mhabbra bil-konverzjoni ta' binha Santu Wistin, u l-iehor il-mewt ta' dan il-kbir duttur. F'din il-kappella hemm midfunin il-Kbir Grognet u l-ewwel Arcipriet li kellha r-Rotunda, Dun Pawl Xuereb, li ghandhom it-tnejn monumenti xierqa. Fost it-tizjin li ghandha l-kappella nsemmu biss il-ventartal tal-metall u l-istandard sabih tal-fratellanza qadima tac-Cintura li hu mzejjen b'arazz li juri l-Madonna taghti c-Cintura lil Santa Monica.


Il-kappella ta' San Pawl hija mzejna bi tliet kwadri li huma lkoll ta' Salvatore Barbara. L-ewlieni fosthom juri l-konverzjoni ta' l-Appostlu filwaqt li fil-lateral, f'wiehed naraw l-Appostlu Missierna jfejjaq lil missier San Publiju u fl-iehor il-martirju ta' San Pawl. F'din il-kappella jinsab midfun Monsinjur Mikelang Mifsud, ex-Vigarju Generali tad-Djocesi Maltija li kellu x-xorti jqaddes l-ewwel quddiesa gewwa r-Rotunda. Flimkien ma missieru, l-Avukat Ganbatist Mifsud, li jinsab midfun ukoll gewwa din il-kappella, hadmu biex jaraw din il-kappella mzejna bi skultura, induratura, irham u kwadri.


Il-monument ta' Monsinjur Mifsud b'mezzu bust fuqu nhadem mill-maghruf Tudolini ta' Ruma. Fost it-tizjin ta' din il-kappella nsemmu t-terha rrakkmata, wahda minn sett ta' sitta, u l-istandard wisq sabih tal-Qalb ta' Gesu.


Il-kappella tal-Madonna tar-Ruzarju ghandha x-xorti li hi mzejna bi tliet kwadri tal-Cali. L-ewlieni fosthom kellu jkun l-ewwel wiehed li Cali hadem fost hafna xogholijiet ghall-knejjes tal-Gzejjer taghna. It-tnejn laterali juru ‘l San Duminku qed jeqred l-erezija permezz  tar-Ruzarju u ‘l Santa Katerina ta' Siena quddiem il-Papa Gregorju XI. F'din il-kappella hemm midfuh il-kappillan Zurrieqi Dun Felic Calleja, fundatur ewlieni tal-Pantheon ta' Malta, u l-kappillan Mosti Dun Frangisk Camilleri, li ha hsieb sabiex il-knisja taghna jkollha orgni mill-aqwa. Nhar il-festa l-artal ta' din il-kappella jkkun armat mill-isbah, iktar u iktar issa bil-ventartal tal-fidda gdid li sar bil-generozita tal-Mostin u bit-thabrik ta' Dun Salv Magro. Hawn wiehed jara l-istandard tal-fratellanza tar-Ruzarju li flimkien ma dik tas-Sagrament, twaqqfu fil-Parrocca taghna fil-bidu tas-seklu Sbatax.


(p.11) Minn tar-Ruzarju mmorru ghal ta' San Bastjan.  Hawn il-kwadru ewlieni huwa xoghol ta' Stefano Erardi, li hadem ghall-knisja l-qadima. F'dan il-kwadru jidhru t-tliet qaddisin Santu Rokku, San Bastjan u Santa Rozalja, li missirijietna tant kienu jitolbuhom bil-herqa kull meta l-pesta kienet izzur lill-artna. Il-kwadri laterali juru ‘l San Bastjan jiddefendi l-Fidi quddiem l-Imperatur u ‘l Santu Rokku jamministra ma' wiehed impestat. F'din il-kappella, taht monument b'mezzu bust fuqu, hemm midfun il-bennej qalbieni Mastr'Ang Gatt miz-Zejtun, li b'sengha mhux komuni rnexxielu jaghlaq il-koppla ggantija tat-tempju monumentali taghna. Naraw ukoll il-monument tas-Sur Karm Dimech P.E.P., il-benefattur kbir tar-Rotunda li fost affarijiet ohra hallas ghall-ispiza tal-bicca xoghol kolossali ta' l-iskultura u l-induratura tal-koppla. Barra mill-armar tradizzjonali ta' l-artal tal-kappella hawn naraw armat ukoll l-istandard tal-fratellanza tad-Duluri.


Nidhlu mbaghad fil-kappella ta' San Guzepp bil-kwadru ewlieni taghha juri l-Gherusija tal-Qaddis mal-Vergni Mbierka, xoghol Giuseppe Bonnici mahdum Ruma. Ta' l-istess artist hu l-kwadru laterali li juri il-Familja Mqaddsa gewwa l-Egittu. Il-kwadru laterali l-iehor, li juri l-Mewt tal-Kbir Patrijarka, tpitter minn Salvatore Barbara. It-tliet kwadri kienu gew imhallsin mit-tliet ahwa sacerdoti Mostin, il-Monsinjuri Guzeppi u Glormu, u Dun Salv Chetcuti. F'din il-kappella jidhru lapidi fuq l-oqbra tal-membri ta' din il-familja Mostija msemmija, fosthom it-tabib Danjel Chetcuti li kien hallas ghall-gmiel ta' gandlieri tal-metall li jidhru jsebbhu ‘l din il-kappella u dik ta' San Pawl. Mill-isbah ukoll huma l-fjuretti tal-ganutell u xi nghidu ghall-istandard gwapp u mponenti tal-fratellanza ta' dan il-Qaddis.


Nigu ghall-ahhar kappella, dik tas-Salib. It-tliet kwadri ta' din il-kappella huma xoghol ta' Carlo Ignatio Cortis u juru ‘l Kristu Msallab Agonizzant, l-Agunijia ta' Kristu fil-Getsemani u Kristu mhejji ghad-difna. Il-kwadru ewlieni huwa meqjus bhala l-ahjar bicca xoghol ta' Cortis. F'din il-kappella jinsabu midfunin erba' kappillani, dawn huma Dun Gwann Anglu Sammut, wiehed mill-kappillani tal-knisja l-qadima, Dun Anton Mallia, li fi zmienu saret il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda, Dun Lawrenz Sciberras, li kien dam hames xhur biss kappillan, u l-ikbar iben li qatt tat il-Mosta, Dun Gammari Schembri, li bnielna l-knisja u li tieghu naraw monument li jixraqlu fuq qabru. L-artal tal-kappella, li hu armat mill-isbah, ghandu ventartal li, ghalkemm tal-metall, ipaxxi wisq l-ghajn. F'din il-kappella naraw armati wkoll l-istandard sabih tas-Sagrament u l-Bandiera tal-Vjatku. Hawn ikun armat ukoll is-salib sabih u rikk tal-Via Sagra, disinn u xoghol ta' l-ebanista msemmi Manwel Buhagiar. Ta' min ighid li din biss fost il-kappelli ghandha l-vazi tal-kolonni ta' l-irham isfar.


Hames targiet baxxi jtellghuk fuq il-Presbiterju imponenti, li hu mdawwar b'kancell ta' rham griz fin, rigal ta' Dun Guzepp Mamo. Disinn mill-isbah ghandu l-paviment ta' rham fin li jiksi l-art ta' hawn fuq. Zewgt statwi tar-rham ta' l-Evangelisti San Gwann u San Luqa, rigal ta' Dun Ang Camilleri, ex-Prokuratur u benefattur, jidhru fuq kull naha ta' l-artal. Jolqtok bilfors it-tizjin ta' l-altar maggur, imzejjen fis-semplicita tad-disinn tieghu b'irhamijiet mill-ifjen. Ta' gmiel kbir huma l-gandlieri tal-maggur li saru Turin fuq id-disinn ta' Mastru Pawl Bugeja. Sbieh huma l-Appostli ta' Darmanin u mill-ifjen il-fjuretti tal-ganutell li jidhru f'gastri ta' l-alabastru. Il-kanopew tal-lama mzejjen b'rakkmu mill-aqwa huwa disinn tas-Sur Rafel Caruana Dingli u nhadem fil-fabbrika Tanfani f'Ruma, fejn sar ukoll il-ventartal tal-fidda. Mill-isbah ukoll hija t-terha tal-bellus irrakmata bid-deheb, disinn tas-Sur Carmelo Tonna.


Nidhlu fil-Kor fejn naraw l-altar maggur sabih li kellha l-Knisja l-qadima. Fuqu go urna jidhru l-fdalijiet tal-Martri San Pacifiku, li s-sena d-diehla jaghlqu mitejn sena fostna l-Mostin. ‘Il fuq fil-gholi hemm jiddomina l-kwadru-santwarju tal-Vergni Assunta, xoghol mill-aqwa ta' Pasquale Buhagiar li sar fl-1678. Il-kuruna prezjuza fuq dik ir-ras helwa u s-seba' lampieri tal-fidda jheggu lejl u nhar, ifakkruna fil-grajja glorjuza ta' l-inkurunazzjoni li sehhet fostna bhal holma bit-thabrik ta' l-Arcipriet Bezzina, illum Monsinjur. Mill-arkatura ta' fuq il-kwadru jidher imdendel il-pavaljun tal-bellus ahmar tifkira flimkien mad-damask kollu tal-knisja, tal-parrokat ta' l-Arcipriet Galea, illum Monsinjur ukoll. Il-kor huwa mzejjen ukoll b'abside wisq sabiha tal-Cali. Mal-gnub tal-Kor jidhru sitt Arkangli mahdumin ‘a stucco' minn Vincent Apap, li hadem ukoll il-panewwijiet tal-bronz tal-pulptu tal-gewz, li hu bicca xoghol mill-aqwa ta' l-imghallmin missier u iben Tonna tar-Rabat.


Fl-ahharnett ma tistax ma tolqtokx id-dehra ta' l-istatwa titolari li f'jum il-festa tkun imdawwra b'ghadd kbir ta' bukketti ta' fjuri mill-isbah, xhieda ta' l-imhabba li l-poplu Mosti ghandu lejn is-sultana tieghu. Din l-istatwa, li saret fl-1948 mill-istess statwa qadima li kellna, hija xoghol artistiku fl-injam ta' Apap u barra milli hija mzejna bi stellarju tad-deheb, ghandha wkoll f'sebaghha z-zghir t'idha x-xellugija c-curkett prezzjuz li kien libbisha l-Kardinal Corrado Ursi fl-ghodwa glorjuza tal-15 ta' Awissu, 1975, f'gheluq il-festi kbar ta' l-Inkurunazzjoni. Il-vara ghandha wkoll bankun famuz tal-gewz amerikan, disinn tas-Sur Carmelo Tonna, li hu mzejjen b'xogholijiet ta' bronz tal-Professur Carlo Pisi ta' Ruma.


Din kienet biss daqqa t'ghajn hafifa. Hemm hafna izjed xi nghidu imma l-ispazju ma jippermettix. Ma nistghux ma nsemmux is-sitt linef tal-kristall li jzejnu mhux ftit il-Knisja Arcipretali u nkunu nonqsu jekk ta' lanqas ma nsemmux il-lampier famuz tal-fidda li kien sar Ruma li jiddendel il-knisja u qisu jistieden lil kulhadd ihares lejn sbuhitu. J'Alla dan kollu li ghedna jservi biex fuq l-ezempju ta' missirijietna mhabbitna lejn l-Assunta tibqa' shiha fostna u tghaddi bla mittiefsa ghal dawk li ghad jigu warajna.