The Mosta Archives Banner

L-istatwa ta' Santa Marija meqjuma fir-Rotunda tal-Mosta

minn Manwel D.Schembri B.A.(Gen)


Il-Mosta: Lulju – Awissu 1983


L-istatwa ta' Santa Marija tal-Mosta kif kienet fl-antikL-istatwa ta' Santa Marija qabel ma giet immodifikata

(p.4) Sa l-1867 fil-Mosta ma kienx hawn statwa ta' l-Assunta. Fl-1628 twaqqfet il-konfraternita tal-Madonna tar-Ruzarju li hasbet ukoll biex ikollha statwa tal-Madonna tar-Ruzarju. Din l-istatwa ghadna ngawduha sallum. Izda la nafu f'liema sena saret u lanqas min ghamilha, nafu biss fiz-zgur li f'Mejju ta' l-1766 kienet diga tezisti u nafu wkoll li, billi dak iz-zmien l-istatwi tal-Madonna kienu jaghmluhom dejjem bil-Bambin, u kienu wkoll juzaw dan it-tip ta' statwa ghal kull festa tal-Madonna, din l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju kienet tohrog ukoll fil-festa ta' Santa Marija. Din l-istatwa sabiha hija xoghol fin fl-injam, mahduma fi stil barokk, u llum tghod mal-mitejn u ghoxrin sena.


Hekk kif missirijietna lestew il-bini tar-Rotunda bdew jahsbu biex ikollhom statwa biex tintuza biss ghall-festa ta' Santa Marija. Ghalhekk qabbdu lil wiehed mill-ahjar skulturi ta' dak iz-zmien biex jaghmel l-istatwa titulari ta' l-Assunta.


Ghalkemm bil-miktub ma sibna xejn, min-nies li tkellmu max-xjuh li jiftakru, izda illum m'ghadhomx maghna, sirna nafu li mhux kulhadd ghogbitu l-ideja ta' statwa ta' Santa Marija, jew l-iskultur li tqabbad, jew l-istatwa nnifisha. Dawn ix-xjuh jirrakkontaw li l-istatwa ngiebet meta kienet skolpita, injam biss, u tqieghdet taht il-portiku bla ma ddahlet fil-Knisja. Minhabba l-opinjonijiet diversi li kien hemm, damet hemm “zmien twil” u minn dawn ix-xjuh ma nafux ezatt kemm.  Izda mbaghad l-istatwa giet accettata.


Din l-istatwa ta' Santa Marija zzanznet fl-1868, tmien snin wara li tlestiet ir-Rotunda. Dan kien xoghol sabih fl-injam mahdum b'reqqa u b'hila kbira mill-iskultur Mosti Mastru Salvu Dimech, maghruf bhala Salvu s-Sartx. L-istatwa kienet merfugha fuq shaba, b'idejha miftuhin thares lejn is-smewwiet. Imqabbdin mas-shaba, ‘l isfel minn riglejha, kien hemm zewg angli ckejknin, wiehed izomm festun ta' ward u l-iehor bil-mant ta' Marija jistrieh fuq rasu, b'id wahda qedgha zzomm il-mant biex ma jghattilux wiccu waqt li f'idu l-ohra qed izomm kuruna tal-ward. Kienet statwa devota li gibdet l-ammirazzjoni ta' hafna nies. L-ilbies ghani li kellha fuqha Marija kien jixhed il-grazzji kollha li Alla l-Imbierek ghogbu izejjen lil Ommu bihom.


Kienet din l-istatwaa li mexxiet il-purcissjonijiet ta' Santa Marija matul u bejn iz-zewg gwerer. Izda l-aqwa okkazjoni u l-akbar mument ghal din l-istatwa kien meta f'Settembru ta' l-1946 saret il-Petizzjoni Nazzjonali lill-Papa Piju XII biex ifittex jiddefinixxi d-Domma ta' l-Assunzjoni. F'din l-okkakzjoni l-firem kollha li ngabru minn dawn il-Gzejjer taghna tpoggew f'riglejn din l-istatwa ta' l-Assunta.


Sentejn qabel il-proklamazzjoni sollenni tad-Domma ta' l-Assunzjoni mill-Papa Piju XII u f'gheluq it-tmenin sena minn meta Salvu s-Sartx kien lesta l-istatwa tieghu, gie deciz li din l-istatwa tigi “rrangata”. Ix-xoghol inghata lill-iskultur maghruf ta' zmienna Censu Apap. Dan ghamel zewg abbozzi: wiehed zghir mahdum fil-gibs, li llum jinsab f'kollezzjoni privata u l-iehor kbir, mahdum fil-gibs ukoll, li llum jinsab fl-Oratorju Qalb ta' Gesu.


Nistghu nghidu li ghalkemm Apap uza l-istess zokk tas-Sartx, l-istatwa nbidlet ghal kollox. Hija veru hasra ghax hlief xi ritratti ta' Santa Marija tas-Sartx m'ghandniex u hija wkoll haga li ma tistax tifimha kif artist jasal biex jeqred ghal kollox xoghol artistiku ta' artist iehor.


L-angli ta' taht tnehhew u flokhom saru tnejn ohra, helwin u grazzjuzi, iharsu ‘l fuq lejn Ommhom tas-Sema. Dawn gew skolpiti minn Buhagiar fuq disinn ta' Apap. Il-harsa ta' Marija ntefghet iktar ‘l fuq u b'hekk giet eqreb minn dik ta' qabilha. Il-mant rikk u twil li kellha l-Madonna tas-Sartx, li tant kien jaghtiha dehra maestuza, dehra ta' Sultana, issa Apap qassru. Is-shaba ta' taht riglejn il-Madonna giet ukoll imcekkna u minnha Apap hareg puttin, wicc grazzjuz t'anglu ihares lejn Marija.


L-istatwa ta' Apap ha hsieb ipittirha hu l-iskultur, il-pittur Willie Apap. Imbaghad nhar il-Hadd, 8 ta' Awissu, 1948, l-istatwa, imghottija, ittiehdet fuq l-ispallejn l-oratorju Qalb ta' Gesu sa tarf Triq il-Kungress Ewkaristiku. Hemmhekk giet mikxufa minn Dun Pawl Calleja, illum kanonku, li kien jaghmilha ta' Vici-Parrokku fi zmien l-Arcipriet Carmelo Sciberras u poggielha stellarju tad-deheb madwar rasha, rigal migbur minn forst il-poplu Mosti. Minn hemmhekk tnizzlet bil-banda sa fuq iz-zuntier tar-Rotunda fejn giet imbierka mill-Mosti Mons. Anton Buhagiar, illum mejjet.


Fil-granet ta' qabel l-1 ta' Novembru 1950, il-jum tal-proklamazzjoni sollenni tad-Domma ta' l-Assunzjoni, din l-istatwa giet esposta fil-knisja b'artal ta' l-injam quddiemha li fuqu kien jitqaddes il-quddies bhal thejjija ghal din il-grajja unika u tant importanti fl-istorja tal-Knisja Kattolika kollha.


F'gheluq il-hamsa u ghoxrin sena mid-definizzjoni tad-Domma ta' l-Assunzjoni, kellna x-xorti naraw l-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tar-Rotunda taghna. L-istatwa ta' Santa Marija f'dawn il-festi kellha sehem mhux zghir. Fil-Lejl Nazzjonali Marjan tas-Sibt, 2 ta' Awissu, 1975, l-istatwa ttiehdet fuq l-ispalla sa tarf Triq il-Kungress Ewkaristiku u minn hemm tnizzlet f'pellegrinagg bix-xemgha f'nofs bahar ta' nies li f'dak il-lejl gew minn Malta kollha.


U mbaghad fil-15 ta' Awissu ta' l-istess sena, wara Pontifikat sollenni li sar mill-Kardinal Corrado Ursi, Arcisqof ta' Napli, wara li l-istatwa tressqet bil-hlewwa lejn il-pulptu, l-istess Kardinal pogga fis-sebgha z-zghir tal-Madonna curkett bi djamant prezzjuz, b'xhieda tar-rabta taghna l-Mostin ma Ommna tas-Sema.