The Mosta Archives Banner

San Mikiel u l-Angli


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1989


Kwadru ta' San Mikiel fir-Rotunda Mosta Il-kwadru ta’ San Mikiel Arkanglu fis-sagristija tar-Redentur. Dan il-kwadru baqa’ shih minkejja n-nar li qabad qribu fis-sagristija fejn kien qabel int u diehel ghall-kor mill-istess sagristija. Hu xoghol il-pittur Caruana. In-nar qabad fl-1924.

(p.4) Fid-29 ta’ Settembru l-Knisja taghmel il-festa liturgika ta’ l-Arkangli Mqaddsa Mikiel, Gabriel u Rafel. Il-Magisteru tal-Knisja jishaq fuq l-importanza li l-fidili jfittxu l-ghajnuna ta’ l-angli, specjalment l-angli kustodji, ghax dawn tahomlna Alla l-Imbierek. L-Angli jwasslu l-messaggi t’Alla, jaqduh, jadurawh u jghinu lill-bnedmin, kif insibu fl-Iskrittura Mqaddsa. L-Angli huma spirti puri li jifhmu s-sewwa b’intwizzjoni. Tajjeb li ndarru lit-tfal ikollhom devozzjoni lejn l-angli kustodji.


Sa l-ewwel snin tal-Koncilju Vatikan II kienet tinghad talba lil San Mikiel Arkanglu wara l-quddiesa mis-sacerdot gharkubbtejh. Din it-talba kellha indulgenza ta’ 500 jum, kif kien l-uzu li jinghataw l-indulgenzi sal-Koncilju Vatikan II, indulgenza moghtija mill-Papa Ljun XIII b’Mottu Propio tal-25 ta’ Settembru, 1888. Din l-indulgenza nsibuha wkoll konfermata mis-Sagra Penitenzerija Appostolika fl-4 ta’ Mejju 1934.


Nota ta’ l-Editur


Fil-kor hemm sitt arkangli xoghol sabih fil-gibs ta’ l-iskultur Censu Apap. L-ismijiet huma dawn: Uriel, Jehudiel, Gabriel, Sealtiel, Barakiel, Rafael. Jonqos San Mikiel biex ighaqqad in-numru sebgha. Dan kellu jsir fuq speci ta’ legiju kbir f’nofs il-Kor. La ma sarx ma sarx, biss tajjeb li wiehed ikun jaf kif kellu jkun id-disinn. Min ghandu xi ideja jew id-disinn propju, nirringrazzjawh jekk gentilment jislifulna.