Ftuh u tberik tas-Sala Papa Wojtyla
minn Anthony Camilleri
Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1989
(p.16) Nhar is-Sibt, 12 ta’ Awissu, 1989, gheluq l-erbatax-il anniversarju ta’ l-inawgurazzjoni u t-tberik ta’ l-Oratorju Marija Immakulata mill-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi, infethet u tbierket sala gdida fl-istess Oratorju. Kien l-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca, li fit-8 ta’ Awissu, 1987 bierek gebla bl-istemma tal-Papa Gwanni Pawlu II, li inawgura u bierek is-Sala Papa Wojtyla, li nbniet bhala tifkira tas-Sena Marjana 1987-1988.
Quddiesa
Qabel il-ftuh tas-Sala l-gdida saret quddiesa pontifikali kkoncelebrata minn Mons. Arcisqof flimkien ma ghadd ta’ sacerdoti fil-knisja arcipretali. Wara li nghatat il-Barka Sagramentali, li ghalqet il-funzjoni tal-kwindicina ta’ dakinhar, Mons. Arcisqof, akkumpanjat mill-Arcipriet Dun Joe Carabott, hareg mill-bieb ewlieni u gie milqugh bid-daqq ta’ l-Innu Pontificju mill-Banda Nicolo Isouard fuq iz-zuntier.
Sodisfazzjon
Il-President, is-Sinjorina Mary Chetcuti, ghamlet diskors ta’ l-okkazjoni li fih esprimiet is-sodisfazzjon li din il-bicca xoghol tlestiet u ser tkun tista' tintuza biex isiru attivitajiet diversi ghat-tfal, zghazagh u membri ohra tal-parrocca. It-talenti kbar ta’ hafna membri jezistu u dawn l-attivitajiet ghandhom ikunu success.
Familja Kbira
“Mill-bidunett tal-ftuh tieghu l-Oratorju seta’ jara u jmiss b’idejh il-Providenza kbira tal-Mulej. Ra nies habrieka li ddedikaw hajjithom u hadmu bla heda biex biddlu l-post f’wiehed modern u holqu atmosfera ta’ familja kbira.”
Opra ghall-Parrocca
Is-Sinjorina Chetcuti semmiet l-ghajnuna finanzjarja tal-benefatturi u l-voluntiera li offrew l-ghajnuna taghhom biex is-Sala Papa Wojtyla tinbena. “Sala Papa Wojtyla hija opra li ser tibbenefika minnha l-parrocca kollha ghax fiha ser jiehdu l-edukazzjoni Nisranija taghhom tfal u zaghzagh mill-parrocca taghna.” Is-Sinjorina Chetcuti rringrazzjat lil kull min ghen biex din il-holma saret realta.
Innu Shalom
Il-Banda Nicolo Isouard imbaghad daqqet l-Innu ta’ l-Oratorju Marija Immakulata. L-innu Shalom, miktub mill-Avukat Gorg Zammit u datat 3 ta’ Gunju, 1989, immuzikat mis-Sinjura tieghu Carmelina u addattat ghall-banda minn Mro Victor Zammit, izzanzan propju f’din l-okkazjoni. Il-Kor Shalom kanta l-versi mal-banda.
Cavetta
Ic-ckejkna Christini Sammut resqet lejn Mons. Arcisqof u tatu c-cavetta tas-sala filwaqt li talbitu biex jiftahhielhom, fost ic-capcip tal-folla.
Kliem Mons. Arcisqof
Minn fuq iz-zuntier Mons. Arcisqof, akkumpanjat mill-Arcipriet, sacerdoti u ghadd kbir ta’ nies, l-aktar genituri, qasam il-pjazza u tela’ bil-mixi tul Triq il-Kurat Calleja, ghalfejn jaghti l-bieb ewlieni tas-Sala Papa Wojtyla. It-triq kienet imzejna bid-dawl bil-liedna maghmula minn plastik ta’ lewn ahdar. Hafna djar kienu mzejnin bil-bozoz ikkuluriti.
F’diskors li ghamel Mons. Arcisqof tkellem dwar il-htiega tat-taghlim kemm ghall-kbar kif ukoll ghaz-zghar. Is-sala hi maghmula ghan-nies u l-genituri ghandhom ifittxu c-centri tad-duttrina. Fil-Mosta hawn hafna sacerdoti ddedikati ghad-duttrina. L-istudju tat-tfal ghandu jkun meghjun b’dawn ic-centri.
Ftuh u tberik
X’hin spicca d-diskors Mons. Arcisqof fetah il-bieb u bierek is-sala. L-Arcipriet kixef lapida kommemorattiva li kienet imghottija b’bandiera bajda u safra tal-Papa. Inharqet musketterija.
Il-Grupp tad-Drama u l-Kor Shalom taht id-direzzjoni ta’ Ms Rita Vassallo zifnu zifna u kantaw ghanja qasira. Wara sar riceviment ghall-mistednin, fosthom hafna genituri.
Tigdid tal-konsagrazzjoni
Fil-knijsa Arcipretali saret il-Konsagrazzjoni ta’ l-Oratorju Marija Immakulata billi nqrat it-talba “O Sinjura tieghi, O Omm tieghi”, stampata fuq karta pergamena fis-serje li harget ghall-kwindicina ta’ Santa Marija ta’ din is-sena. Ghall-quddiesa, li fiha kanta l-Kor Shalom, attendew il-membri ta’ l-ghaqdiet religjuzi u tal-movimenti fi hdan il-Knisja.
Talitha Koumi
Gie ppubblikat ukoll ghadd specjali tar-rivista ta’ l-Oratorju Marija Immakulata Talitha Koumi, Lulju-Awissu, 1989, il-mitt harga.