The Mosta Archives Banner

Il-ftuh tas-Sala Papa Wojtyla

minn Mary Chetcuti u Mary Buhagiar


Il-Mosta: Lulju – Awissu 1989


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku It-tberik tal-gebla bl-istemma tal-Papa Gwanni Pawlu II nhar it-8 ta' Awissu, 1987 minn Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca.

Kien hemm bzonn ta' sala


(p.8) Numru 58, Triq it-Torri, Mosta – post ideali ghall-Oratorju Marija Immakulata – it-tieni dar ghal hafna tfal, studenti u tfajliet. Kellna klassijiet ghat-taghlim tad-duttrina, grawnd, roqgha gnien bis-sigar tal-laring, playing hall, kappella ckejkna, prayer room, librerija, bar, ufficju u teatru zghir, u sala kbira ma kellniex! Illum hmistax-il sena wara li d-dar bdiet tintuza ghall-ewwel darba mit-tfal bniet, ghandna wkoll is-sala li dejjem xtaqna.


Attivitajiet diversi


Veru li l-entuzjazmu u l-immaginazzjoni tad-Direzzjoni u l-membri ta' l-Oratorju qatt ma naqsu u attivitajiet bhal quddies f'okkazjonijiet specjali bhal per ezempju, f'Jum l-Omm u f'Jum il-Kuncizzjoni, festivalli u kuncerti, parties u fieri kbar, organizzajniehom sena wara l-ohra fil-grawnd. Dejjem batejna s-shana jekk fis-Sajf, il-bard jekk fix-Xitwa u mhux l-ewwel darba li hassarna programmi minhabba l-maltemp. Il-membri kollha jghidulek x'bicca xoghol kellna telghin u nezlin bil-bankijiet kull darba li organizzajna attivita fil-grawnd. Illum nirringrazzjaw ‘l Alla li dan l-inkwiet ghadda.


Opportunitajiet u tamiet


Is-Sala Papa Vojtyla qieghda toffrilna opportunitajiet u tamiet biex norganizzaw ahjar il-hidma taghna. Diga qedghin noholmu b'hafna attivitajiet u ahna certi li bit-talenti kbar ta' hafna membri, dawn ikunu success. Irridu noffru servizz ahjar ta' taghlim u formazzjoni spiritwali lill-membri permezz ta' tahdidiet, slide features, laqghat ta' talb, diskussjonijet u issa, li ghandna post ikbar, nixtiequ li nilhqu lil numru akbar ta' tfal studenti, tfajliet u ommijiet. Tkun tassew hasra jekk bis-sala kbira u sabiha li ghandna ma jirnexxilniex nigbdu iktar membri fl-Oratorju, fejn jistghu jsibu ambjent Nisrani li jghinhom jikbru ferhanin u jghixu l-impenn Nisrani taghhom.


L-ahwa Borg u benefatturi ohra


Il-qalb generuza ta' l-ahwa Borg, li hallew din id-dar taghhom ghal opra hekk qaddisa, qatt ma naqset li tnissel generozita f'qalb membri u hbieb ohra ta' l-Oratorju. Mill-bidunett tal-ftuh tieghu l-Oratorju seta' jara u jmiss b'idejh il-Providenza kbira tal-Mulej. Ra nies habrieka li ddedikaw hajjithom u hadmu bla heda biex biddlu l-post f'wiehed modern u holqu fih atmosfera ta' familja kbira. L- ghajnuna finanzjarja tal-benefatturi wkoll dejjem inkuraggietna nimxu ‘l quddiem bil-progetti taghna. Hu bis-sahha ta' dawn il-hafna nies generuzi li kienu lesti joffru l-hin u l-flus taghhom b'hafna mhabba li llum ghandna s-Sala Papa Wojtyla. Nirringrazzjaw lil kulhadd minn qiegh qalbna u niltaqghu ma ndumux fis-Sala Papa Wojtyla.