The Mosta Archives Banner

Is-Sagristijiet tar-Rotunda: X’insibu u x’naraw fihom

minn Joseph Borg


Il-Mosta: April – Awissu 1992


Is-sagristija ta' fejn hemm il-bombaIs-sagristija ta' fejn hemm il-bomba

(p.4) Meta bdiet tinbena l-knisja Rotunda taghna, jigifieri fl-1833, l-ewwel ma bdew itellghu kienet il-faccata bil-kampnari u s-sagristijiet. Nistghu nghidu li dawn iz-zewg sagristijiet ghadhom fl-istat originali taghhom, ghax ghadhom gebla, billi la qatt ma nzebghu, hlief naqra isfel fejn jintlahaq, u lanqas ma saritilhom l-iskultura li kien hemm ippjanata ghalihom kif jidher mill-pjanti originali ta’ Grognet. Mill-bqija huma zewg sagristijiet sbieh, kbar u arjuzi. Fihom kienu u ghadhom jiltaqghu u jilbsu l-qassisin tal-parrocca qabel is-servizzi divini u fihom jintrefghu l-paramenti sagri u bosta mill-armar tal-knisja li jzejjinha tulek ja sena. Fihom ukoll jilbsu l-fratelli qabel il-purcissjonijet u hija d-drawwa wkoll li hafna mill-irgiel iqerru hemm.


Barra minn dan, iz-zewg sagristijiet, flimkien mal-kuritur li jghaqqadhom, jigbru fihom storja u arti; storja tal-parrocca mhallta hafna drabi bl-arti ta’ artisti Maltin maghrufin u ohrajn inqas maghrufin. Il-kwadri u l-istatwi, ix-xogholijiet fl-injam u fil-fidda, dokumenti u pjanti, kif ukoll parament sagri, ilkoll ghandhom l-istorja taghhom xi jghidulna.


Is-sagristija fejn hemm il-bomba


Faccata ‘il fuq mill-kaxxarizzi li fihom jintrefghu d-damask, il-gandlieri u l-bicca l-kbira tal-ventartali, naraw kurcifiss kbir ta’ l-injam li kien sar ghall-kappellun tal-knisja parrokjali l-qadima fl-1690. Magenbu naraw il-kwadru l-qadim tal-Madonna tar-Ruzarju ta’ artist mhux maghruf li kien ukoll fil-kappellun bi dritt dak tal-Kurcifiss fil-parrocca l-qadima. Fuq in-naha l-ohra jidher il-kwadru ta’Marija Annunzjata maghdud li huwa xoghol ta Pasquale Buhagiar. Originarjament kien sar ghall-knisja ckejkna ta’ l-Annunzjata li kienet giet ipprofanata (l-Isqof ma ridhiex tintuza izjed ghall-funzjonijiet religjuzi) fis-Seklu Sbatgax u wara kien sab postu fuq wiehed mill-altari tal-knisja l-qadima. Fuq dawn il-kwadri, fil-gholi jistrieh fuq gwarnicun jidher il-kwadru tan-Nawfragju ta’ San Pawl, xoghol ta’ Filippo Dingli, li kien jigi hu l-famuz arkitett Tumas Dingli; dan il-kwadru ta’ San Pawl kien ukoll fuq wiehed mill-altari tal-knisja l-qadima. Zewg kwadri ohra li kienu tal-knisja parrokjali l-qadima huma dawk tawwalin, wiehed li juri l-Madonna ma l-Erwieh tal-Purgatorju u l-iehor dak ta’ San Alwigi u San Benedittu, it-tnejn xoghol sabih ta’ Rokku Buhagiar li tieghu hemm ukoll f’din l-istess sagristija l-kwadru li juri t-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. Il-kwadru ovali tal-Qalb ta’Gesu, kopja tal-Baloni, li jidher fuq in-nicca tal-vara l-kbira, huwa wirt iehor tal-knisja l-qadima kif ukoll dak li juri lil San Duminku flimkien ma’ Sant’Antnin. Tal-knisja l-qadima wkoll kien il-kwadru tal-Madonna tad-Dawl li baqa’ bla mittiefes f’nirien li kienu qabdu f’wahda mill-kmamar ta’ dawn is-sagristijiet fil-lejl ta’ Santa Marija ta’ l-1924.


F’din is-sagristija niltaqghu wkoll ma’ tliet kwadri li kienu jzejnu xi knejjes zghar fil-Mosta: dawn huma dawk ta’ Santa Margerita Vergni u Martri, dak tal-Madonna tal-Grazzja, maghdud bhala ta’ Alessio Erardi, u dak ta’ San Pawl l-Eremita ta’ Filippo Dingli li jidher fil-gholi fuq il-gwarnicun ‘il fuq min-nicca tal-vara l-kbira. Il-kwadru tal-Madonna tac-Cintura kien sar originarjament ghar-Rotunda minn Salvatore Barbara fl-1868 u kien hallas ghalih l-Isqof Agostinjan Gaetano Pace Forno, li kien ikkonsagra r-Rotunda. Ma ltqajna ma’ ebda taghrif dwar il-kwadru li juru ‘l Madonna flimkien ma’ San Karlu Borromeo.


Fost il-kwadri li jzejnu ‘l din is-sagristija li kienu gew moghtijin mill-familja tal-Markizi Mallia Tabone hemm dak ta’ Kristu mnizzel minn fuq is-salib, mahsub li hu ta’ Antoine Favray jew ta’ l-iskola tieghu, Sant’Agata u Santa Cecilja. Erba’ kwadri b’suggetti mehudin mit-Testment il-Qadim li naraw ‘il fuq qrib fejn hemm il-“Bomba” juri lil Abraham, Gakobb, Agar u s-sejba ta’ Mose tarbija. Fuqhom hemm kwadru kbir li juri ‘l Kajjin joqtol lil huh Abel. Mal-hajt ta’ fejn hemm in-nicca tal-vara l-kbira jidhru l-kwadri ta’ Kristu Salvatur, Sant’Andrija, San Frangisk ta’ Paola, Madonna bil-Bambin flimkien ma’ San Gwann Battista u iehor zghir ta’ Santa Rosa fuq fejn hemm il-kapep.


Kwadru li, skont dawk li jifhmu, huwa ta’ mertu artistiku kbir huwa dak tal-Pieta li huwa maghdud bhala xoghol ta’ l-iskola Genoviza tal-bidu tas-seklu sbatax. Kien inghata mill-familja nobbli Gollcher. Kwadru zghir li juri l-wicc ta’ Kristu Salvatur jidher ‘l isfer mill-kwadru tal-Pieta filwaqt li zewg kwadri zghar ohra li jidhru fuq il-hajt ta’ fejn hemm il-Vara l-Kbira juru t-tnejn lill-Madonna tghaffeg is-serpent flimkien ma Binha Gesu li naraw taht dak ta’ Sant’Andrija. Fl-ahharnett ta’ min isemmi wkoll il-kwadru li juri s-Sagra Familja li jinsab imdendel taht dak ta San Duminku u Sant’Antnin.


F’din is-sagristija nistghu nammiraw ukoll il-grupp statwarju stupend tal-Vara l-Kbira, xoghol mill-aqwa ta’ Karlu Darmanin mahdum fl-1869. Hemm ukoll l-istatwa wisq sabiha u devota tal-Madonna ta’ Fatima, xoghol fl-injam ta’ l-iskultur minn Ortisei Bolzano, Ferdinand Stuflesser u mhallsa minn Gannikol Laferla fl-1950.


Fost l-affarijiet tal-fidda wiehed jista’ jara z-zewg ventaltari li saru bit-thabrik ta’ Dun Salv Magro, eks-prokuratur tal-knisja. Dak tar-Ruzarju, li wiehed jara fih il-Battalja ta’ Lepanto, kien sar fl-1980 fuq id-disinn ta’ l-iskultur Rabti Guze Galea, filwaqt li dak ta’ San Pawl, li fih naraw in-Nawragju ta’ San Pawl f’Malta sar fl-1986 fuq id-disinn tal-pittur Zejtuni, Tuse Busuttil. Dawn inhadmu mill-argentier Zejtuni Tarcisio Cassar, li hadem ukoll il-kapsola tal-fidda li tintrama fis-Sepulkru u li tigi esposta wkoll f’din is-sagristija fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija.


Go vetrina tal-hgieg wiehed jista’ jara l-apparat ta’ hames kapep li kien jintuza ghall-festa qabel sar dak irrakkmat fl-1924. Dan l-apparat kien ingieb minn Lyons fi Franza fl-1791 ghall-knisja parrokjali l-qadima. F’kaxxa tal-hgieg antika wiehed jista jammira x-xoghol mill-ifjen u ta’ pregju ta’ kurcifiss ta’ l-avorju, imzejjen b’xoghlijiet ohra fini tal-fidda u ta’ l-avorju u b’minjaturi mill-isbah, rigal iehor lill-knisja tal-Markizi Mallia Tabone.


Bhala xoghol fl-injam wiehed ma jistax ma jsemmix il-bankuni jew kaxxarizzi wisq sbieh tal-fratellanzi tar-Ruzarju, tac-Cintura u ta’San Guzepp; dak tal-Qalb ta’Gesu jinsab fis-sagristija l-ohra.


Fl-ahharnett ikollna nsemmu l-bomba “storika” li tfakkarna fl-ahhar gwerra dinjija u li minhabba fiha din is-sagristija saret hekk popolari fost kull minn izur il-knisja taghna. Tfakkarna fuq kollox din il-bomba f’dak kollu li ghamel Alla bl-intercessjoni tal-Vergni Assunta mal-knisja monumentali taghna u ma’ kull min kien fiha dakinhar tad-9 ta’ April 1942, meta sehhet dik il-grajja prodigjuza li ma tista’ tithassar qatt mill-istorja tal-Mosta. Kien tassew xieraq li f’gheluq il-hamsin sena ta’ din il-grajja jitwahhal dak il-monument, xoghol mill-isbah ta’ l-iskultur Mosti Ganni Bonnici.


Il-kuritur li jghaqqad iz-zewg sagristijiet


F’dan il-kuritur hemm il-kamra tas-sagristani (il-kamra li fiha kien sar hruq fl-1924) u l-kamra tal-Lavabo. Sewwa sew f’nofs dan il-kuritur, quddiem il-kamra tal-gallarija niltaqghu mal-lapida storika b’kitba Latina fuqha li darba kienet imwahhla mal-faccata tal-knisja parrokjali l-qadima. Din kienet saret b’tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja l-qadima li kienet sehhet nhar is-7 ta’ April, 1774. Fil-quccata ta’ din il-lapida tidher l-arma ta’ l-Isqof Pellerano, li kien ikkonsagra l-knisja flimkien ma l-arma tal-Gran Mastru Pinto, li fi zmienu Pellerano kien intghazel Isqof.


F’tarf il-kuritur, qabel ma tidhol fis-sagristija l-ohra, quddiem il-Lavabo, hemm lapida ohra b’kitba latina wkoll, li tfakkar lit-tabib Mosti Tumas Chetcuti, li f’hajtu ghamel gieh mhux zghir lil rahal twelidu. Fl-istess Lavabo li f’dawn l-ahhar snin gie rrangat hafna insibu l-istatwa wisq sabiha tar-rham abjad, li tirraprezenta lil Mose, statwa li kienet ingiebet mill-Italja madwar hamsa u sittin sena ilu, flimkien mal-vaska ta’ rham griz skur li fuqha tinsab (Nota ta’ l-Editur: Tajjeb li din l-istatwa niehdu hsiebha qabel ma s-sadid u l-melh ta’ l-ilma jeqridha. Diga ghamlilha hafna hsara).


Is-sagristija ta' fejn jilbsu l-qassisin

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 1992


Is-sagristija ta' fejn jilbsu l-QassisinIs-sagristija ta' fejn jilbsu l-Qassisin

(p.4) Hekk kif tidhol f’din is-sagristija tara faccata quddiemek il-kaxxarizzi b’xoghol sabih fl-injam li kienu tal-knisja l-qadima. Fuqhom jiddomina l-kurcifiss artistiku ta’ l-injam ta’ artist mhux maghruf, li f’hafna zmien tas-sena, specjalment fir-Randan, narawh fuq l-altar maggur. Dan il-kurcifiss kien gie mizbugh b’sengha mill-Professur Guze Briffa. Fil-gholi, sewwa sew fuqu, jidher il-kwadru tal-Missier Etern. Taht il-kurcifiss go gwarnic kollu xoghol fl-injam, tidher ix-xbieha ta’ l-Addolorata. Tnejn kull naha, hemm il-kwadri tawwalin tal-qaddisin San Filippu Neri u San Lawrenz u San Kosma u San Damjan, kwadri li kellhom posthom ukoll fil-knisja l-qadima. Il-kwadri kollha msemmija li jidhru f’din il-faccata tas-sagristija huma lkoll tal-maghruf Stefano Erardi.


Fuq ix-xellug tal-faccata hemm il-kurcifiss u l-kaxxarizzi, jidhru xi whud mill-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-parrocca taghna. L-ewwel wiehed li naraw huwa l-kwadru tal-Kappillan Mosti tal-knisja l-qadima, Dun Gwann Anglu Sammut (1742-1758). Magenbu jidhru l-kwadri tal-Kappillani Fundaturi tar-Rotunda: dak tal-Kappillan Dun Felic Calleja tal-pittur P.P. Caruana u l-iehor tal-Kappillan Dun Gam Schembri tal-pittur G. Galucci. Hdejn Dun Gam jidher il-kwadru tal-Kappillan Dun Frangisk Camilleri. Imbaghad jidher dak ta’ l-ewwel Arcipriet li kellha l-Mosta, Dr. Dun Pawl Xuereb, pittura ta’ Lazzaro Pisani. Magenbu jidher l-arcipriet Dun Gwann Sarreo, xoghol ta’ Borg Gauci. Warajh jidhru l-Arciprieti Dun Pawl Mallia, xoghol tal-pittur Giglio, Dun Girgor Borg impitter mill-pittur Borg Gauci, Dun Karm Sciberras, xoghol tal-pittur Giglio, u Dun Pawl Galea, pittura tal-Professur Mario Caffaro Rore ta’ Turin. Dejjem fuq din il-faccata naraw imbaghad lapida bl-ismijiet tal-Kappillani u l-Arciprieti kollha li kellha l-parrocca taghna sa mill-bidu tat-twaqqif taghha.


Fil-parti t’isfel ta’ din il-faccata naraw il-kwadru ovali u wisq artistiku tal-Madonna tal-Karmnu u iehor ovali wkoll tal-martirju ta’ San Kalcidonju, xoghol iehor artistiku maghdud bhala ta’ Zahra ta’ madwar nofs is-Seklu Tmintax. Fil-qrib tidher ix-xbieha ta’bSant’Anna, tahtha karlotta tal-Papa Piju XII u izjed ‘l isfel abbozz ta’ Giuseppe Cali li juri l-mewt ta’ Santu Wistin. Mhux ta’ min jinsa z-zewg pjanti grandjuzi u originali tar-Rotunda taghna, xoghol l-arkitett inginier Gorg Grognet de Vasse li qribhom tidher il-pittura tieghu wkoll. Kwadru li mhux ta’ min ma jaghtix kasu huwa dak ckejken fid-daqs imma kbir fl-arti ta’ San Gwann l-Evangelista, mahsub li huwa ta’ Francesco Zahra. Fuq il-lemin tal-pjanti hemm id-dokument li juri l-awtenticita tar-relikwija ta’ San Pacifiku martri (fostna) flimkien ma’ innu bil-Latin lil dan il-Martri meqjum fil-Mosta. Fuq ix-xellug tal-pjanti hemm id-dokumenti konnessi ma’ l-Inkurazzjoni tal-Kwadru tal-Vergni Marija Assunta mahrugin mill-Vatikan fi zmien il-Papa Pawlu VI li jfakkruna f’dik il-grajja hekk memorabbli u ghaziza ghalina l-Mostin. Din in-naha tidher tpingija tal-knisja parrokjali l-qadima li kellna, xoghol ta’ Mose Attard min-Naxxar.


Mal-faccata tal-lemin naraw kwadru kbir li juri l-Eghrusija mistsika ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra, xoghol mill-isbah ta’ Salvatore Barbara. Taht dan il-kwadru hemm iehor imdaqqas ta’ San Mikiel Arkanglu, xoghol tal-pittur Zejtuni Guzeppi Maria Caruana. Jidher ukoll il-kwadru tal-Papa Piju XII, pittura ta’ Giuzeppi Fiorentino, li saret biex tfakkar lil dan il-Papa kbir li ghamel id-Domma ta’ l-Assunta. Tahtu hemm in-nicca bl-istatwa devota u wisq artistika tar-Redentur li saret fl-1869 minn Karlu Darmanin. Taht din l-istatwa hemm espost il-vetartal tal-metall fin tal-Kappella tal-Kurcifiss b’panewijiet li juru l-Haruf Divin, is-Sejba tas-Salib Imqaddes u l-Ezaltazzjoni Mqaddsa tieghu. F’din il-faccata wkoll naraw pittura tal-Professur Guze Briffa li turi l-benefattur kbir tar-Rotunda s-Sur Karm Dimech P.E.P. Tahtu hemm kwadru tal-Kuncizzjoni Immakulata u izjed ‘l isfel tidher litografija originali ta’ Grognet tal-faccata u l-koppla tal-knisja minnu ddisinjata.


Naghlqu billi nghidu x’naraw fil-faccata ta’ wara ta’ din is-sagristija. Zgur li c-centru f’din il-faccata hija l-kappella ckejkna bl-altar iddedikat lil Santa Filomena Vergni u Martri. Il-kwadru ta’ din il-qaddisa, li kienet ferm popolari ghall-habta ta’ meta kienet tinbena l-knisja taghna, huwa xoghol ta’ Salvatore Barbara. F’nofs il-hitan taz-zewgt ignub ta’ din il-kappella jidhru zewg kwadri ovali li kienu tal-knisja l-qadima li juru lil Sant’Injazju u lil San Frangisk Saverju. Fuq l-iskannell tal-prima hemm il-kwadru ckejken ta’ San Pawl Missierna. F’dak li hu armar, il-kappella u l-altar ma jonqoshom xejn u dan wiehed jista’ jarah fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Tnejn kull naha tal-kwadru ta’ Santa Filomena naraw relikwarji sbieh.


Fil-gholi, fuq kull naha ta’ l-arkatura ta’ din il-kappella, jidhru l-kwadri ta’ zewg ahwa Monsinjuri Mostin, Mons. Glormu Chetcuti u Mons. Guzeppi Chetcuti, Professur tat-Teologija Morali fl-Universita ta’Malta. Ta’ min ighid lli dawn iz-zewg Monsinjuri kellhom zewg huthom ohra qassisin! Fuq il-bieb li jaghti ghall-knisja hemm il-kwadru ta’ Dun Guzepp Mamo, li hallas biex sar il-kancell ta’ rham griz u fin tal-presbiterju fuq id-disinn tal-Professur Nikola Zammit. Kien halla wkoll biex isiru ezercizzi spiritwali specjali.


Fuq il-bieb li jaghti ghal fuq il-presbiterju naraw fl-ahharnett pittura ta’ Tuse Busuttil li kienet saret f’dawn l-ahhar snin biex tfakkar lil Dun Ang Camilleri. Dan l-eks-prokuratur tal-knisja taghna, li kien minn Haz-Zabbar, ghammar lir-Rotunda taghna b’bosta opri sbieh, fosthom il-paviment, il-baldakkin, il-linef u l-lampier il-prim, opri li ghadna ngawdu sa llum kemm matul is-sena kif ukoll fl-okkazjoni tal-festa ghaziza ta’ Santa Marija.


Riferenzi

  1. Storja ta' Malta, P.P.Castagna 1869.
  2. Musta, Its Memories and Charms, Rev. Edgar W. Salomone, 1910.
  3. Tifkira ghaziza tas-Sac. Dun Ang Camilleri, 1927.
  4. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha, E.B.Vella 1930
  5. Hajr ukoll lil Dun Salv magro tat-taghrif minnu migbur mill-Arkivju tal-Knisja u li ghogbu jghaddili matul is-snin.