150 sena mit-twelid tar-Rotunda
Editorjal
Il-Mosta: Jannar – April 1983
(p.1) Fit-30 ta' Mejju 1833 tpoggiet l-ewwel gebla tar-Rotunda, Knisja li poggiet il-Mosta fuq xufftejn kulhadd; Knisja li wriet lil kulhadd il-fidi u l-kuragg li kellhom il-Mostin ta' mija u hamsin sena ilu; Knisja li ghamlet unur lil Gziritna.
Semmejna fuq il-kelma "Twelid" ghax biex sehhet din l-opra kien hemm tant hsieb u diffikultajiet li riedu jigu studjati u mirbuha. U ghalhekk tajjeb li nhallu L-Istorja tal-Mosta bil-Knisja taghha ta' E.B. Vella tkellimna hi:
- Sa mill-1815 il-Mostin bdew jaraw il-htiega li tinbena knisja gdida, ghax il-knisja l-qadima kienet saret zghira biex tilqa' n-nies kollha tar-rahal; u barra minn dan il-bini taghha ma kienx ta' sahha kbira u ga kien beda jiggarraf.
- Sadattant hafna periti kienu qedghin ihozzu knisja gdida. L-arkitett inginier Gorg Grongnet de Vasse mill-ewwel gieh f'rasu l-hsieb ta' knisja tonda biex fiha tista tilqa l-qadima sa ma titlesta l-gdida.
- Hekk kif il-Kappillan Dun Felic Calleja ra d-disinn ta' Grongnet mill-ewwel issahhar fuqu; qabdu f'idu u ma telqux. Dak il-Pantheon ta' Ruma fejn kien qaddes l-ewwel darba kien laqtu bil-gmiel tieghu.
- Ghaxart ijiem qabel il-festa ta' Santa Marija tas-sena 1832 saret l-ewwel laqgha tal-Kumitat mahtur ghax-xoghol kbir tat-Tempju u ntbaghat rikors lill-Isqof Frangisku Saverju Caruana.
- Kull haga tajba fid-dinja ghandu jkollha l-eghdewwa taghha. Kien hemm min qal illi knisja bhal dik li hazz Grongnet ma tasal qatt biex tinbena f'daqsxejn ta' rahal. Kien hemm min ried pjanta ta' knisja fuq ghamla ta' Salib Grieg, li ghandna bhalhom kemm trid. Kien hemm min xtaq li l-gdida tinbena f'post iehor tar-rahal (fejn il-Knisja tal-Kuncizzjoni) hdejn Ta' Qali. Ohrajn bdew ixerduha li l-hagra tal-franka mhix ta' sahha bizzejjed biex tilqa' t-toqol ta' koppla bhal dik.
- Fl-20 ta' Frar 1833, gheluq ix-xahar wara li ghamel it-testment, fejn halla gidu kollu lir-Rotunda, miet il-Kappillan Calleja. Mewt ta' bniedem bhal dan setghet gabet il-progett fix-xejn li kieku ma lahaqx Dun Gamm Schembri mill-Mosta li kellu l-istess ideal tal-Kappillan Calleja.
- Fis-27 ta' Frar 1833 il-Kummissjoni tal-Periti sabu li l-hitan skont il-pjanta huma wesghin bizzejjed biex jifilhu t-tefgha u l-ghafis tal-koppla. Dehrilhom ukoll li d-disinn jista' jinhadem imbasta l-knisja tigi mibnija b'hagra mill-ahjar.
(p.6) Din il-pjanta giet ezaminata u approvata mill-Kap ta’ l-Inginiera Inglizi fil-15 ta’ Marzu, 1833.
Ghalhekk fil-21 ta’ Marzu, 1833 id-Direttur tax-Xoghlijiet Pubblici baghat il-permess biex jinbeda x-xoghol tal-knisja fuq id-disinn ipprezentat u approvat mill-Gvern. - Il-Hamis 30 ta’ Mejju, 1833, hmistax fuq Lapsi, fl-Erbgha ta’ wara nofsinhar giet imqieghda b’wirja u cerimonja kbira l-ewwel gebla tal-knisja taghna. Ghal din il-festa gie l-Lwogotenent Gvernatur bin-nies ta’ madwaru u hafna min-nies rispettabli tal-Gzira Inglizi u Maltin.
Deputazzjoni mill-Kumitat, Kleru u l-aktar nies maghrufa tar-rahal laqghu lill-Gvernatur Frederick Cavendish Ponsonby taht ark trijonfali, imwaqqaf ghal dakinhar. L-Arcidjaknu Dr. Salvator Lanzon, Vigarju Generali, mahtur mill-Arcisqof, mexxa l-funzjoni tat-tberik tal-ewwel gebla. Sar talb madwar il-pedament tal-knisja l-gdida u giet imqieghda l-hagra kif imur, bis-solennita kollha, filwaqt li tqieghdu tahta xi muniti ta’ dak iz-zmien.
Hekk kif spiccat ic-cerimonja, il-Vigarju Generali tela’ fuq pulptu mwaqqaf apposta fejn il-gebla u kliemu heggeg bl-imhabba l-kotra ta’ nies li kien hemm. - L-ewwel imghallem kien Guzepp Mangion minn Birkirkara, izda minfloku malajr dahal Mastr’Ang Gatt miz-Zejtun. Il-haddiema bdew b’39 u telghu sa 57. L-Imghallem kien jircievi 10 soldi u 10 habbiet (jigu inqas minn 5c taghna). Izda ma’ dawn il-haddiema rridu nzidu x-xoghol bla hlas ta’ kotra kbira ta’ Mostin li kienu jahdmu kuljum, l-iktar fil-Hdud u l-btajjel kollha tas-sena.
Il-gebel kienu jaqtghuh minn Ta’ Dullambrot, in-naha ta’ Torri Kumbo f’tarf il-Mosta. Il-gmiel ta’ kulur isfar hamrani tal-knisja minn barra juri kemm kienet ghazla sabiha ta’ din il-gebla tal-franka. - Fit-28 ta’ Settembru, 1859, meta l-koppla waslet biex taghlaq, miet il-Kappillan Schembri, li halla bhal ta’ qablu gidu ghall-knisja.
- Fit-18 ta’ Frar, 1860 il-Mostin bdew ihottu l-knisja l-qadima u fl-ewwel Hadd tar-Randan, 26 ta’ Frar, saret l-ewwel quddiesa fir-Rotunda minn Dun Mikelang Mifsud.
- Te Deum. Hmistax wara, it-tielet Hadd tar-Randan, fil-11 ta’ Marzu, 1860, fit-3:30p.m. l-Isqof Fra Gejtano Pace Forno wasal il-Mosta u wara li gie milqugh mill-Kappillan Dun Anton Mallia u l-Kleru, baqa’ diehel il-knisja fejn, fost il-biki ta’ ferh tal-Mostin kollha, beda t-Te Deum, bhala hajr ‘l Alla talli wara hidma ta’ 27 sena, tlesta dan it-tempju hekk nobbli ghall-qima tieghu u ghall-imhabba tal-Vergni Marija.
- Wiehed jista’ jahseb kemm kienu jiem ta’ ferh ghal Grognet meta Alla tah l-ghomor u ra b’ghajnejh ix-xoghol tieghu mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla sat-tmiem tal-quccata tal-koppla.
Grognet miet fil-5 ta’ Settembru, 1862 fid-dar tieghu l-Belt Valletta. L-ghada gabuh il-Mosta fejn, wara funeral xieraq, gie mqieghed biex jistrieh ghal dejjem gewwa r-Rotunda. - Mast’Ang, “dan ir-ragel tal-ghageb,” miet ta’ 79 sena fit-12 ta’ Novembru, 1875. U bhal Grongnet, Calleja u Schembri jinsab ghall-kenn tar-Rotunda li ghaliha tant habirku u hadmu.
- Jinghad li wara li ghamlu l-kalkoli kollha, in-nefqa biex bnew dan it-tempju ntelghet mal- £21,000.
- U biex inkunu ghedna kollox, fil-15 ta’ Ottubru, 1871, fis-7:00a.m. l-Isqof Fra Gejtanu Pace Forno gie fil-Parrocca biex sollennement jikkonsagra r-Rotunda.
Ghandna nkunu kburin b’dak li hallewlna missirijietna – tajjeb li grajja mportanti bhal din ma nhalluhiex ghaddejja mar-rih qisu qatt ma gara xejn.
F’gheluq il-100 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja kienu saru festi kbar fil-Mosta. Sahansitra kellna fostna l-Kardinal Corrado Ursi ta’ Napli.
L-ewwel gebla nistghu nsejhulha l-gurnata tat-“twelid.” Minghajr l-ewwel gebla ma jistax ikollok l-ahhar wahda.
Ghalhekk tajjeb li barra li l-bniedem jinbena spiritwalment f’bini haj, jigu organizzati attivitajiet anke kulturali li jgaghlu liz-zghir u lill-kbir jahseb u japprezza.