Il-Kwadru Titulari restawrat
minn Victor B. Caruana
Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2000
(p.7) Dan il-kwadru ta' l-Assunta sar fl-1678 mill-pittur Pasquale Buhagiar. L-ewwel darba li gie restawrat kien fl-1827 mill-pittur Giuseppe Hyzler.
Meta twaqqghet il-knisja l-qadima u l-kwadru gie mehud fir- Rotunda, dan gie mkabbar u restawrat mill-pittur Salvu Barbara, fis-sena 1864. Madwar 50 sena ilu rega' gie restawrat mill-Kav. Vincenzo Bonello. Ftit qabel l-Inkurunazzjoni, 25 sena ilu kien gie restawrat mill-artist is-Sur Maurice Cordina.
Issa fuq inizjattiva ta' l-Arcipriet Dun Joe Carabott rega’ gie mnaddaf u fejn kien hemm bzonn sarlu wkoll xi restawr. Din id-darba x-xoghol gie fdat f’idejn il-pittur is-Sur Alfred Briffa minn Birkirkara, izda llum iqis lilu nnifsu mill-Mosta billi ilu joqghod hawn ghal diversi snin.
Is-Sur Alfred Briffa twieled Birkirkara 47 sena ilu. Illum huwa mfittex hafna ghax-xoghol tieghu fil-knejjes. L-ewwel bicca xoghol kbira li ghamel kienet il-pittura kollha li tinsab fil-kappella tal-Madonna ta' Lourdes tal-Kapuccini fil-Furjana. Huwa pinga kwadru ta' San Lawrenz fuq l-artal tal-knisja tas-Santissirna Trinita l-Marsa. Huwa pitter ukoll il-Kappella tad-Duluri fil-Bazilika ta' Santa Liena, Birkirkara.
Bhalissa ghandu bicca xoghol kbira f’idejh billi qed ipitter seba’ kappelluni tal-knisja arcipretali tal-Madonna tal-Grazzji f’Haz-Zabbar.