The Mosta Archives Banner

Ix-xoghol tar-restawr tal-Knisja

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2000

Restawr tal-knisja fl-2000Dawk kollha nvoluti fix-xoghol tar-restawr fuq ir-Rotunda f’dawn l-ahhar tmien snin hdejn il-lapida li twahhlet bhala tifkira.

(p.10) Qabel il-festa ezatt inghalqet ir-raba’ fazi tax-xoghol tar-restawr. Dan kien jikkonsisti fl-irrangar tal-koppla minn barra li kellha kwantita kbira ta’ gebel immermer. Ghalhekk kellu jinbidel numbru kbir ta’ gebel fid-disa’ targiet tal-koppla. Dawn id-disa’ targiet ghandhom tul ta’ 3257 pied jew tliet kwarti ta’ mil u gholi ta’ kwazi hames sulari.


S’issa thallsu Lm161,128 u baqa’ dejn ta’ aktar minn Lm10,000. Din is-somma tinkludi Lm6,432.36c li thallsu f’taxxa tal-Vat u tas-CET. Wara x-xoghol ta’ restawr li sar fuq iz-zewg kampnari, il-frontispizju, il-koppla u l-anterna, il-knisja hadet dehra ohra. Dan ma nnotawhx biss in-nies tal-Mosta. Jien inhobb nitkellem hafna mat-turisti. Hafna minnhom li jzuru Malta ta’ spiss u li dejjem ihobbu jzuru r-Rotunda qaluli: “It looks brand new from the outside.”


Nhar il-Hamis 10 ta’ Awissu 2000, f’nofs in-nhar ezatt, saret cerimonja qasira fuq il-koppla. L-Arcipriet Dun Joe Carabott irringrazzja lis-Sur Nazzareno Vassallo f’isem il-Vassallo Builders Group, li wettqu dan ix-xoghol, lill-Perit is-Sur Joseph Sapienza li taht is-supervizjoni tieghu sar ix-xoghol, u lis-Sur Joseph Falzon li kien inkarigat mix-xoghol u mill-haddiema. L-Arcipriet irringrazzja lil Karmenu Mifsud, l-ahwa Leli u Victor Quattromani, Mario Pisani, Mario Grech u Carmel Attard li kien ilhom jahdmu hemm fuq minn mindu beda x-xoghol fl-1992. Hu pprezentalhom medalja ta’ tifkira tal-25 Anniversarju ta’ l-Inkurazzjoni filwaqt li rringrazzja ‘l Alla u lil Marija Assunta li wara li sar daqshekk xoghol perikoluz, dan twettaq minghajr l-ebda incident.


Huwa wera x-xewqa li l-Mostin ikomplu jikkontribwixxu sabiex jithallas id-dejn kollu. Hu d-dmir taghna l-Mostin li nikkontribwixxu mill-ahjar li nistghu u hi x-xewqa taghna lkoll li meta jkun hemm il-flus jinbeda r-restawr tant mehtieg minn gewwa.