The Mosta Archives Banner

Restawr ta' zewg Kappelli


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1989


Kappella Marija Assunta taz-Zejfi, Mosta Kappella Santa Marija taz-Zejfi

Santa Marija Assunta taz-Zejfi


(p.11) Il-kappella ta' Santa Marija Assunta taz-Zejfi sarilha xoghol ta' restawr taht id-direzzjoni tal-prokuratur Dun Salv Magro. Sar xoghol fuq is-saqaf minn barra u fil-kappella kollha minn gewwa. Twahhal bieb gdid u nxtrat statwa gdida tal-Madonna tal-Kuncizzjoni, gholja xi metru. Id-dawra u r-rixtellu trangaw u nzebghu.


Kappella San Pawl tal-Qlejgh, Mosta Kappella San Pawl tal-Qlejgha

San Pawl tal-Qlejgha


Is-Sur Charles Bonello, meghjun minn ghadda ta' hbieb, ha hsieb jaghmel xoghol bzonnjuz fil-kappella ta' San Pawl tal-Qlejgha, li taghmel mal-limiti tar-Rabat (fil-fatt minn dejjem kienet u ghadha taghmel mal-Mosta), izda qieghda tefgha ta' gebla mil-limiti tal-Mosta.


Sar restawr tal-pittura u c-cangatura giet illustrata. Izzanzan tapit gdid li thallas mill-familja Gauci. Inhadmu bankijiet godda u saru l-gandlieri ta' l-injam. Is-Sur Bonello ha hsieb ukoll li jdahhal main ta' l-ilma biex il-kappella jkollha provvista ta' l-ilma.