The Mosta Archives Banner

Restawr fil-Knisja ta' Sant'Andrija

minn Victor B.Caruana


Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1985


Kappella Sant'Andrija, Mosta Kappella Sant'Andrija, Mosta

(p.7) L-Ghaqda Wirt Mosti tixtieq tifrah lil kull min kien responsabbli ghat-tiswija fil-hin li saret lill-Knisja ta' San Andrija fil-Mosta. Ghalkemm hija ckejkna wisq, illum qieghda taqdi l-htigijiet pastorali tal-familji li joqghodu fl-inhawi ta' Targa Gap fil-Mosta.


Kienet hasra li ftit zmien ilu, minhabba progett ta' bini, tnehha z-zuntier ta' quddiemha, li tant kien isebbaha. Illum fiha ssir quddiesa kuljum, it-tfal jitghallmu l-katekizmu Nisrani, u jiltaqghu regolarment Grupp ta' Talb, Grupp ta' Kitarristi u Kor.


Nhar it-Tlieta, 24 ta' Settembru, il-knisja kellha tigi maghluqa minhabba konsenturi perikoluzi li tfaccaw f'daqqa. Minn dakinhar stess l-Arcipriet, flimkien mal-Perit Joe Falzon, hadmu biex tissewwa l-hsara imma wkoll biex isirilha restawr u tindif fejn mehtieg. Sadanittant is-servizz pastorali beda jinghata fil-basement ta' l-Alpha Restaurant, gentilment misluf mis-Sur Emmanuel Vassallo. Il-knisja ta' San Andrija issa regghet tinsab miftuha u qieghda terga tintuza regolarment.