The Mosta Archives Banner

Restawr fil-knisja ta’ San Pawl Eremita

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Jannar – Marzu 1986


Kappella San Pawl Eremita, MostaKappella San Pawl Eremita fil-Mosta

(p.16) L-ghaqda Wirt Mosti qieghda tiehu hsieb biex tirrestawra l-knisja ta’ San Pawl Eremita li tinsab fil-Ghar ta’ Wied il-Ghasel. Din il-knisja sofriet hsarat kbar wara li  giet attakkata hafna drabi minn vandali.


Kien hemm altar sabih f’din il-knisja li safa mkisser kollu kemm hu u mitfugh f’qiegh il-wied. Fuq iz-zuntier kien hemm xi statwi tassew sbieh li wkoll spiccaw f’qiegh il-wied. Tliet pitturi sbieh li kienu jinsabu go fiha gew salvati fil-hin u llum jinsabu fis-sagristija tar-Rotunda. Dawn kienu xbieha tal-Beata Vergni bil-Bambin Gesu f’dirghajha; kien hemm kwadru kbir ukoll bix-xbieha ta’ San Pawl Eremit kif ukoll xbieha ta’ San Anton Abbati.


Il-kappella li naraw illum ma hiex l-originali. Li nafu huwa li l-ewwel kappella li nbniet f’dan il-post kienet dik li nbniet madwar erba’ mitt sena ilu. Nafu li din l-ewwel wahda kienet iggarfet u nbniet ohra minflokha ghal-habta tal-1600. Billi kien hemm minn dejjem rampa li taghti mill-wied ghal din il-knisja kien isir hafna quddies fiha minn dan iz-zmien ‘il quddiem. Bicca minn din ir-rampa ghadha tezisti izda parti kbira minnha ntradmet meta s-Servizzi Inglizi tefghu t-terrapien biex haffru l-imhazen tal-munizzjon tal-fortizza. Hemm l-hsieb li din ir-rampa terga’ ssir bhalma kienet qabel.


Go din il-knisja jinsab ghar li fih hemm kappella zghira li kient giet imwaqqfa minn Gann Pawl Mangion mill-Mosta fis-sena 1656. F’din il-kappella hemm hawt dejjem mimli bl-ilma li jqattar mis-saqaf tal-ghar. Dan l-ilma huwa tajjeb ghax-xorb. Dan l-ilma kien jibqa’ sejjer ghal go hawt barra fuq iz-zuntier biex min kien ikun f’dawk l-inhawi u jaqbdu l-ghatx kien ikun jista’ jixrob minnu. Dan il-hawt ghadu hemm sallum.


L-Ghaqda Wirt Mosti diga naddfet kif setghet din il-knisja minn gewwa. Saru tiswijiet strutturali zghar biex ma tkomplix issir aktar hsara. Ghadhom kemm saru zewg bibien tal-hadid godda, wiehed faccata u iehor fil-genb. Saru wkoll zewg twieqi tal-hadid ukoll fil-faccata kif ukoll grada kbira tal-hadid li qabel kienet tezisti wkoll fis-saqaf tal-ghar minn gewwa.


Blata kbira li kienet waqghet mill-irdum ta’ fuq u li faqghet iz-zuntier damet ghal hafna snin tizgombra dan l-istess zuntier u r-rampa tieghu. Din il-blata immensa, li kienet bejn wiehed u iehor daqs kamra gholja sular kwadru, kienet qieghda tkerrah hafna dan il-post u din xejn ma kienet facli li titnehha. Izda fl-ahhar din giet mitfugha ghal gol-wied permezz ta’ l-ghajnua kbira u voluntarja tal-membri tal-Ghaqda tan-Nar 15 ta’ Awissu.


Iz-zuntier ta’ din il-knisja kien imdawwar minn hadid u puggaman tassew artistiku. Izda dan kien gie kollu maqtugh u misruq. Dan huwa tassew ghajb. Inheggu lil kul min imur passiggata f’dawn l-inhawi biex juri din il-knisja lill-uliedu u lil hbiebu u li ndarru lil kulhadd li ma jintrebah xejn mill-vandalizmu. Hemm bzonn li nidraw noghzzu u nibzghu ghall-patrimonju artistiku kemm f’rahal taghna kif ukoll f’pajjizna.


L-Ghaqda Wirt Mosti, bl-ghajnuna kbira ta’ l-Arcipriet Dun Joe Carabott, diga nefqet hafna flus biex inbeda dan ix-xoghol. Izda jehtiegu fondi kbar biex dan ikun jista’ jitkompla. Il-knisja ghandha bzonn tiswija strutturali generali kif ukoll tibjid u tikhil minn gewwa. Hemm il-hsieb ukoll li jerga jinbena l-altar u l-kampnar li kellha din il-knisja. Ser isiru wkoll riproduzzjonijiet tal-pitturi li kien hemm qabel. Izda dan kollu jrid isir wara li jerga’ jsir access pubbliku mill-wied ghal din il-knisja. Biex isir dan kollu jinhtiegu bosta flus. Kull min irid ighin b’xi mod jista’ javvicina lill-Arcipriet Dun Joe Carabott.


Dawn l-ahhar granet, dizgrazzjatament, grat hsara gdida lil din il-knisja. Zewg blatiet imdaqqsin inqatghu mis-saqaf tal-ghar, faqghu parti mis-saqaf taghha, kissru x-xorok u baqghu nezlin ghal go fiha.


Ikompli r-restawr fil-Kappella ta' San Pawl Eremita

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Jannar – April 1987


L-Ghaqda Wirt Mosti kompliet ghaddejja bil-hidma taghha dwar ir-restawr tal-kappella ta’ San Pawl li tinsab f’Wied il-Ghasel taht il-Fortizza. Wara li saru xi tiswijiet tal-bidu u wara li saru aperturi godda tal-hadid, messitha l-isfortuna li xi blat waqa’ mis-saqaf ta’ l-ghar u sfronda parti mis-saqaf. Biex ma jergax jigri dan twaqqa' blat iehor li kien kwazi niezel. Dan sar bl-ghajnuna ta’ xi xabbaturi dilettanti. Issa qed isir minn kollox biex dan jigi rrangat ukoll. Dan l-ahhar din il-kappella kif ukoll l-Ghaqda taghna ssemmew fil-Parlament wara li kellna kuntatti mad-Dipartiment ta’ l-Ambjent. Nisperaw li dan ix-xoghol jitkompla ghalkemm hemm hafna diffikultajiet kemm finanzjarji kif ukoll ghall-access ghall-post bil-makkinarju li bih irid isir ix-xoghol.