The Mosta Archives Banner

Restawr tal-Armar ta' barra ghall-festa ta' Santa Marija

minn Joseph Borg


Il-Mosta: April – Awissu 1992


(p.12) Fl-okkazjoni tal-festa titulari tas-sena l-ohra kienu gew irrestawrati l-istatwi ta’ San Mikiel, San Gabriel, Abigail u wiehed mill-erba’ angli li darba kienu tarl-kuruna z-zghira. Dawn, wara li kienu sarulhom tiswijiet bzonnjuzi, kienu nghataw ir-resin u nzebghu mis-sur Rosario Deguara mill-Imqabba.


Wara li xi snin ilu kienu gew irrangati wkoll l-erba’ angli tal-kuruna l-kbira mill-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi, is-sena l-ohra sar sett ta’ brazzi hfief godda ghall-idejn it-tmien angli li jintramaw fil-pjazza. It-tmien brazzi huma xoghol fil-landa tas-Sur Carlo Cutajar mis-Siggiewi. Dawn il-brazzi kellhom bilfors isiru godda, ghax l-ohrajn li kienu saru ghoxrin sena qagel, minhabba li kienu maghmuin minn pjanci tal-hadid, kienu qeghdin bit-toqol taghhom jaghfsu wisq fuq idejn l-angli, hekk li kienu qeghdin jikkawzaw xpakkaturi fil-kartapesta qrib spallejn l-angli. Minhabba f’hekk ghal xi snin ma ntramawx f’idejn l-angli; biss xorta wahda baqghu jintramaw fuq il-pilandri.


Din is-sena dawn it-tmien brazzi ser jitpoggew f’gastri li saru apposta ghal fuq tmienja mit-trofej il-qodma li kellna li gew irrangati mis-Sur Carlo Cutajar. Is-Sur Cutajar ghamlilhom ukoll skultura u oramenti tal-fibre. Jibqa’ issa biss li dawn it-trofej jigu mizbughin irhamati bhall-bqija ta’ l-armar tal-pjazza.


Ta’ min jghid ukoll li l-brazzi ghal fuq dawn il-pilandri gew irrangati mill-gdid mis-Sur Joe Mercieca tal-Falcon Forge tan-Naxxar. Kien hadimhom huwa stess wiehed u ghoxrin sena qabel.


Tista’ tghid li dan ix-xoghol sar kollu bl-inizjattiva sena nteressi li ha matul dawn l-ahhar tliet snin is-Sur Raymond Deguara, li ddedika hafna mill-hin liberu l-aktar nhar ta’ Hadd biex seta’ sehh dan kollu. Prosit u j’Alla jibqa’ jkollna nies dilettanti li lesti li jaghtu hinhom biex ikollna arar dejjem isgbah ghall-festa wisq ghal qalbna ta’ Santa Marija.


Ta’ min jaghti prosit ukoll lill-Arcipriet li, barra milli hu dejjem lest li jaghti appogg lil kull min hu lest jaghti l-ghajnuna tieghu f’dan ir-rigward, kien dejjem lest ukoll jidhol ghall-ispejjez mhux zghar li jinvolvi l-isforz li qed isir biex l-armar jigi restawrat.