The Mosta Archives Banner

Relazzjoni Arkitettonika, Teorika u Prattika fuq ir-Rotunda

minn Stanley Mangion


L-ewwel parti – Il-Mosta: Jannar – April 1983


(p.8) Meta fl-1833 missirijietna waslu biex jaghtu bidu ghall-bini tal-knisja l-gdida fuq il-pjanta ta' Gorg Grognet de Vasse kienu nqalghu hafna kontroversji. Kienet pjanta biex inghidu hekk "rivoluzzjonarja" u, ghalhekk, il-kritika u d-dubji ma naqsux. Id-deputati nkarigati mill-bini tal-knisja kellhom sahansitra jappellaw lill-Gvernatur Ponsonby biex jara kif jista' jghinhom. Ponsonby qabbad kummissjoni ta' periti civili u militari sabiex jistudjaw sewwa l-pjanta li, wara li flewha bir-reqqa, stqarrew ghalenija li setghet issir.


Grognet ma kienx kuntent b'dan u ghalhekk kiteb fit-tul biex jikkonvinci lil kull min kien ghadd baqaghlu xi dubju u juri b'mod xjentifiku li d-disinn tieghu kien skond ma tghid l-arti u l-inginerija u ghalhekk seta' jsir.


Hawn taht qedghin ingibu l-ewwel parti tar-relazzjoni arkitettonika, tejoretika u prattika li Grognet kiteb bit-Taljan lid-deputati tal-knisja tal-Mosta. Din ir-relazzjoni tidher fi ktejjeb bit-Taljan ta' Mons. Edgar Salomone, Grognet Confuta Ferguson (Documenti Inediti). Il-ktejjeb kien gie ppublikat fl-1911 bil-hsieb li juri li kontra dak li kien qal l-istudjuz ta' l-arkitettura James Ferguson, il-veru arkitett tal-knisja tal-Mosta kien tassew Gorg Grognet de Vasse.



Pjanta tal-Knisja kif originarjament kellu hsieb li jaghmilha GrognetPjanta tal-Knisja kif originarjament kellu hsieb li jaghmilha Grognet

Jien l-imsemmi hawn taht, Arkitett-Inginier, billi kont mitlub mid-deputati tar-rahal tal-Mosta, li minnkom kont tassew onorat bix-xoghol fdat f'idejja biex nibni mill-gdid il-Knisja ewlenija taghhom. Illi minhabba c-cokon taghha ma kinetx tesa' l-popolazzjoni li kull ma tmur dejjem tikber, ghogobhom il-hsieb tieghi li tinbena Knisja Rotunda li tixbah, kemm fil-kobor kif ukoll fil-forma, lil Panteon ta' Ruma, li fiha jkun hemm il-knisja l-qadima li tibqa' tintuza sat-tmiem tal-bini l-gdid. Dan il-qies inzerta' jaqbel sewwa mal-kobor li kien jehtieg biex jasa l-popolazzjoni prezenti ta' dan ir-rahal jew villag kbir; jigifieri li l-wisa' ta' gewwa tond ikun ta' dijametru ta' 160 xiber Maltin (jew 20 qasba). Hekk li, jekk kull persuna tiehu spazju ta' 4 ixbar kwadri, ikun hemm bizzejjed ghal madwar 5,000 ruh (=3.14*80*80/4=5024).


Minkejja dan qamu xi dubji li din il-wesgha hekk kbira ma tkunx tiflah it-tfigh tal-koppla ta' din l-imramma (bini), minhabba l-kwalita' tal-gebla li, hafna jemmnu, mhix tajba biex tintuza ghal dan il-bini. Ghalhekk is-Sinjuri Deputati ta' dan il-villagg li studjaw din id-diffikulta, bil-ghaqal kollu talbu lill-Eccellenza Tieghu, l-Onorevoli Gvernatur taghna (Sir F.C. Ponsonby, 1827-1836), illi fehem u accetta r-ragunijiet shah taghhom, ghogbu bil-qalb kollha, iqabbad 4 periti tas-sengha biex jaqtghu d-decizjoni, sabiex, malli dawn japprovaw il-pjanta tieghi, huma jibdew minnufih imiddu ghonqhom ghax-xoghol. Jien, sadattant ma nqastx li nfisser b'modd car u xjentifiku biex nuri li d-disinn tieghi jista' jsehh. Dan nurih issa fit-tul biex nissodisfa lil kulhadd.


U l-ewwelnett nibda fuq dak li ghandu x'jaqsam mat-toqol tal-koppla fuq il-hitan jew il-gebel tat-Tempju. Dan huwa ferm inqas minn dak li l-Pantheon ta' Ruma jaghmel fuq il-hitan tieghu, ghalkemm il-hxuna tal-hajt hi biss 1/6 tad-dijametru minn gewwa, waqt li fil-progett tieghi hi 1/5. Jerga dik il-koppla hi emisferika u ghalhekk taghmel forza ta' 3 darbiet aktar minn taghna, li billi ghandha l-forma tonda "Catenaria," ma taghmilx hlief ftit forza ‘l isfel.


Id-dijametru minn gewwa, jigifieri l-intern ta' Ruma, hu 194 xiber Ruman, li jaghmlu preciz 160 xiber Malti. Dan hu d-dijametru minn gewwa tar-Rotunda taghna.


Imbaghad, jerga, inqisu il-pressa jew il-piz li kull xiber kubiku tal-gebla Maltija se tigi wzata fil-knisja l-gdida minni mhazza; dan hu hafna inqas minn dak li jista' jiflah xiber kubiku tal-gebla fuq imsemmija minghajr ma tinqasam bil-piz. Infatti, kull xiber kubiku li tiflah il-gebla, skond il-Militia, hu daqskemm jiflah xiber kubiku tal-gebla Maltija, li biha bil-hsieb li tinbena (r-Rotunda), jigifieri dik imlaqqma ta' l-Ingieret hdejn Hal Luqa; jew ta' kwalita' tixbahha, sabiex tiflah toqol ta' 66,276 libbri skond il-qisien tal-Knisja mahsuba minni; meta' skond l-imsemmi Sinjur Militia u skond l-eqdem matematici li hu jikkwota' biex jiggustifika kelmtu, l-aktar li jista' jiflah minghajr ma jixpakka hu ta' lanqas 182,456 libbra.


Billi l-medda ta' l-art minn gewwa tat-Tempju ippjanat taghna hi b'dijametru ta' 160 ixber Malti, ghalhekk fih 20,080 (taf ikkwotata hazin, suppost 3.14 x80x80 = 20096) xiber t'area (107,644 sq.ft.?). U jekk niehdu li kull persuna tiehu 4 ixbar kwadri, tigi tesa' 5,024 (=20096/4) persuna. Dan in-numru huwa izjed mill-popolazzjoni prezenti tar-rahal tal-Mosta,


Imma nergghu mmorru lura ghal dawk iz-zewg punti importanti, dik ta' l-ispinta' (l-forza ‘l fuq) u l-ghafsa tal-pizijiet ‘l isfel. Se ngibu l-qisien ezatti tal-Panteon ta' Ruma sabiex wiehed ikun jista' jqabbilhom mad-disinn tal-Knisja taghna tal-Mosta.

  • Il-kobor minn gewwa tal-Panteon Ruman jew id-dijametru minn gewwa bejn hajt sa iehor huwa ta' 194 pied Ruman li jaghmlu 160 xiber Malti. (1Rm xiber = 0.833 xiber malti = 10/12)
  • Il-hxuna tal-hajt li jdawwar l-imsemmi Panteon u li fuqu zzom it-tondjatura jew il-koppla tieghu hu ta' 31 xiber Ruman jew 25 xiber u 10 pulzieri Maltin.
  • L-gholi minn gewwa mehud dritt ‘il fuq (perpendikolari) miz-zuntier(mill-paviment) sa l-ahhar tieqa tal-koppla hu ta' 194 xiber Ruman jew 160 xiber Malti.
  • Il-hajt li jzomm il-koppla mill-art safejn tibda l-koppla hu gholi 110 pied Ruman jew 92 xiber Malti.
  • L-gholi ta' dan il-hajt mehud minn barra, mill-art sal-bidu tal-koppla, li tibda mill-gwarnica, hu ta' 150 xiber Ruman jew 125 xiber Malti.
  • Il-hxuna tal-koppla sferika mill-bidu taghha ezatt fuq il-gwarnica ta' fuq min-naha ta' gewwa, hu ta' 30 xiber jew 25 xiber malti.
  • Il-hxuna ta' l-istess koppla mehuda mill-bidu li jidher mill-edificcju minn barra, jigifieri mill-ahhar gwarnica li taghti ghal barra, hi ta' sitt ixbar Rumani jew hamsa Maltin.
  • Fl-ahharnett it-tondjatura tat-Toqba jew fejn jidhol id-dawl, li hi l-unika tieqa li ddawwal il-Panteon Ruman, minn gewwa din hi ta' 35 xiber Ruman jew 29 xiber malti.

It-tieni parti – Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1984


(p.11) Jekk ahna nqabblu dawn il-qisien ma dawk tal-progett ippjanat taghna, naraw bic-car il-vantaggi taghna li jnaqqsu hafna mill-pressjoni ‘l isfel tal-koppla.


U hawn ma jkunx barra minn loku naraw it-toqol li jiflah il-gebel inferjuri tal-bini mfassal taghna, ghax biex naslu ghal xhieda genwina, hemm bzonn li l-ewwel inlestu t-toqol u l-volum tal-materjal li se jintuza ghal dan ix-xoghol.

  • Xiber kubu tal-gebla ratba Maltija fuq imsemmija tizen 1,053 uqija jew 33 libbra, u tesa' 1728 (12x12x12) pulzieri kubici (1053/1728=0.609375 density).
  • Qasba kubu fiha piz 16,896 (33x8x8x8) libbra; tesa' 1,284,736 (taf suppost 1728x8x8x8=884,736) uqijiet (taf suppost pulzieri kubici): 521 (taf suppost 8x8x8=512=884,736/1728) qasab (taf suppost xiber) kubici.
  • Terz (ta' xiber) tal-gebla imsemmija, li tesa' fiha nfisha 64 (4x4x4) pulzieri kubici jew volum ta' 64 pulzieri kubici jew volum ta' 64 uqija, tizen 39 uqija (39/64=0.609375 density, 1053/39=27=3x3x3).

Inzid nghid li d-disinn tax-xoghol tieghi ippjanat li jsir fil-Mosta, kull xiber kwadru jew kubiku tal-gebla li titpogga, anki jekk tkun l-iktar ratba fil-bini kollu, tkun tiflah 84 xiber kubiku, li jiznu 5,544 (84x2x33) libbra. Kull xiber jew pied kubiku ta' gebla fuq imsemmija jista' jiflah minghajr ma tinqasam il-gebla, it-toqol ta' 248,000 libbra. Hekk fil-kaz taghna jerga kull xiber kubiku se jkun jerfa; 48 (taf suppost 248000/5544 =45) inqas minn dak it-toqol li kieku kellu jigi li jzommu xorta' ma jinqasamx. B'kollox jigi iffrankat piz ta' 242,363 libbra, 5 uqijiet (248,000-5,544=242,456).


Jekk fl-ahharnett irridu nibdew niehdu l-ideja ta' l-ispiza tal-gebel ghall-bini tal-progett, dan nistghu narawh ukoll. Wara li qist fil-pjanta tieghi sibt li fiha madwar 4,000 qasba kubici. Bejn wiehed u iehor, skond is-Sinjur Mastru Mikiel Cachia miz-Zejtun, kull qasba kubika tiswa mal-20 skud Malti (€0.194). Ghalhekk kull qasba kubika, nahseb, u fil-fatt hekk hu, tigi tiswa 80,000 skud (€776.46).


Jerga jien f'dawn l-4,000 qasba kubici nghodd ukoll il-vojt tal-kappelli u vojt iehor bhala bini. Dan ghamiltu biex inpatti ghall-ispejjez tax-xoghol ta' l-iskultura li ma jinghaddx mal-bini.


Fl-ahharnett se naghti r-ragunijiet ghalfejn ghal dan it-Tempju nippreferi l-ghamla tonda minn kull ghamla ohra. Dawn ir-ragunijiet huma fihom infushom tant cari u evidenti li gaghlu lis-Sinjuri Deputati u l-poplu Mosti biex flimkien jidhlu b'ruhhom u gisimhom ghax-xoghol, b'rieda qawwija li jaraw dan it-Tempju jibda jinbena mill-aktar fis.


Ghal 6 ragunijiet mela, il-forma Rotunda ghandha tigi maghzula fil-kaz taghna ghal kull ghamla ohra.

  1. L-ewwelnett biex il-knisja l-qadima tibqa' maghluqa got-Tempju sat-tmiem tax-xoghol, jew sa meta tkun waslet biex titlesta' l-koppla, biex sadattant dik il-popolazzjoni kbira ma tibqax minghajr knisja fejn jinghad it-talb fejjiedi taghha.
  2. Biex tkun tista' tesa' bil-kumdita' madwar 6,000 ruh, qrib sewwa l-popolazzjoni ta' dan ir-rahal illum kbir. Ghax, bhalma intom tafu, fost kull forma geometrika jidher bic-car li l-ghamla Rotunda tiehu l-aktar wisa'.
  3. Biex ma jkunx hemm bzonn li naqilghu l-oqbra tal-mejtin bil-pesta. Dawn jistghu jibqghu taht iz-zuntier tal-knisja progettata fejn jista' jitpogga xi pilastru jew kolonna fuqhom.
  4. Sabiex il-parti l-kbira tal-knisja l-qadima isservi bhala armar ghall-bini tal-koppla u b'hekk niffrankaw hafna spejjez ta' travi u xoghol.
  5. Ghax fil-knisja Rotunda taghna m'hemmx ghalfejn ikun hemm pilastri jew kolonni mwaqqfin fin-nofs u b'hekk nergghu niffrankaw hafna flus fix-xoghol.
  6. Fl-ahharnett ghaliex b'dan niksbu sbuhija kbira u unika. Imma fuq kollox isservi ta' bidla tant mixtieqa f'Malta fejn il-knejjes huma ikkuppjati ezattament wahda bhall-ohra.

Jidhirli dan hu kollu li ghandi rressaq quddiem min jikkmanda u quddiem dawk li se jaghmlu gudizzju fuq il-progett tieghi. Waqt li jien dejjem lest biex inholl kull diffikulta' li ghadha ma gietx f'mohhna jew li tista' tinqala' bla hsieb fil-futur, intant niffirma --


Maghmula l-Belt Valletta,
Illum 18 ta' Jannar 1833.
L-Arkitett-Inginier Giorgio Grongnet.