Pietru Chetcuti – 40 sena jiehu hsieb il-Monument tal-Gimgha l-Kbira
Il-Mosta: Jannar – Marzu 1986
(p.6) Din is-sena ser tkun l-erbghin wahda li s-Sur Pietru Chetcuti jkun ilu jiehu sehem fil-purcissjoni taht il-karru tal-Monument, jigbed, jimbotta u jmexxi fih. Ghamilnielu din l-intervista bl-ghajnuna wkoll ta' Salvu Zahra, membru tal-Kumitat Organizzattiv tal-Gimgha l-Kbira.
Korr: Ser ikun ilek erbghin sena f'din il-Gimgha l-Kbira li dhalt biex tifforma parti mill-grupp dejjem jinbidel – int saddadt – li jmexxi l-Monument tul il-purcissjoni. X'tiftakar f'dawk l-ewwel snin ta' wara l-gwerra?
Pietru: Kellli hamsa u ghoxrin sena u kien fi zmien il-prokuratur Dun (illum Kanonku) Anton Muscat. Xtaqt niehu sehem fil-purcissjoni u ghazilt il-Monument. Niftakar lil Manwel “Manakk”, Salvu “In-Nizz” u Wigi Cauchi. Kollha damu hafna jsuqu l-Monument. L-ewwel tnejn mietu izda Wigi Cauchi ghadu mimli bl-ghomor. It-tifel ta' Salvu wkoll hareg bhal missieru u hu wiehed mill-erbgha li nsuqu l-Monument.
Korr: Jigifieri int bdejt issuq ftit wara li spiccat it-Tieni Gwerra Dinjija.
Pietru: Iva. Jekk ghandi amment tajjeb sena jew tnejn qabel, fl-1944 jew 1945, il-blast wall li kien hemm quddiem il-bieb principali tal-knisja kien ghadu wieqaf u kellhom jaqtghuh biex ighaddi l-Monument. Zgur li dik is-sena (kien ghadni ma bdejtx insuqu jien) kienet fl-ahhar snin tal-gwerra ghax l-irham fejn jitqieghed kien ghadu mfarrak bil-hsarat li ghamlet il-balla.
Korr: Fejn kien jinzamm f'zoghzitek matul is-sena?
Pietru: Fil-post maghruf bhala l-Billiard fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Kien l-uniku post fejn kien joqghod, ghax hu gholi u dak iz-zmien ma kien joqghod imkien iehor. Fil-Billiard kien jinzamm ukoll l-armar ta' Santa Marija. Dan li qieghed inghidlek jaf ilu li kien sewwa, ghax meta nbniet id-dar ta' l-Arcipriet (1932) inbnew l-imhazen tal-knisja u kollox ittiehed hemm. Il-Monument inbnietlu kamra ghalih apposta hdejn id-dar ta' l-Arcipriet.
Korr: Tiftakar xi drawwiet konnessi mal-Monument u llum m'ghadhomx isiru?
Pietru: Jien nismaghhom isemmu l-akkumpanjament bil-vjolini u l-paggi madwar il-Monument
Kor: Dawn jidhirli li smajt min qalli li kienu jsiru qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.
Pietru: Jien hekk jidhirli ghax ma nistax ingibhom quddiem ghajnejja. Imma li jsemmuhom, dak iva. Ara mbaghad, niftakar sewwa l-kant tal-Miserere mill-qassisin. Nahseb li anke int tiftakru dan!
Korr: Iva. Carissimu zmien is-snin hamsin zgur u sal-Koncilju Vatikan II. Wara beda jsir kant iehor u llum mal-qassisin jakkumpanjaw bil-kant it-tfal bniet tal-Kor Shalom.
Pietru: Dan ir-ritratt juri lill-qassisin izommu l-faldrappa. Tarahom lebsin l-ispellizza u l-istola u l-berettin f'rashom? Hawn jidher Dun Ang Camilleri, l-aktar wiehed li ilu minn dawk li bhalissa jakkumpanjaw il-monument. Ritratt ta' xi hamsa u ghoxrin, tletin sena ilu. Maz-zmien dahlet il-kappa sewda u llum, wara l-Koncilju, il-Kappa l-hamra.
Korr: Tiftakarhom il-paggi?
Pietru: Nismaghhom isemmuhom imma dawk, ikolli nghid, kienu nqatghu ferm qabel dhalt jien.
Korr: Tkellimna hafna dwar tifkiriet u drawwiet. M'ghidna kwazi xejn dwarek. Nibdew b'meta tigu biex tohorgu l-monument mill-mahzen.
Pietru: Jien dejjem inkun prezenti u tista' tghid dejjem jien immexxih mill-mahzen ghal gol-knisja. Gieli nqabbad lil xi hadd ta' fiducja jsuqu hu imma, nerga' nghidlek, jien xorta nkun prezenti.
Korr: Dwar kif tmexxih …
Pietru: Inkunu erbgha. Irridu noqghodu bilwieqfa t-tul kollu tal-purcissjoni. Ikolli steering ghad-direzzjoni, biex nilwi u ndur. L-ohrajn jimxu u jimbuttaw. Ghandi zewg toqbiet biex nara u niggwida. Kemm jista' jkun nibqa' miexi biex ma nwaqqfux il-Monument. Ghalhekk il-pass taghna huwa iktar bil-mod minn tal-vari.
Korr: Issa meta tigu biex tinzlu z-zuntier ma ssibux diffikulta!
Pietru: Trid attenzjoni akbar. Ghandna brejk fuq ir-rota ta' wara. Fl-istess waqt li naghfas il-brejk, it-tlieta l-ohra jkunu jimbuttaw ‘il fuq biex, kemm jista' jkun, il-monument jinzel bil-mod u ma jehux skossi.
Korr: Ighinukom intom u tigu biex titilghu l-intavlar biex tidhlu lura fil-knisja?
Pietru: Gieli kien hemm min ghenna. Imma ahna nippreferu li ntellghuh wahedna.
Korr: Kif ghidtli ghandek zewg toqbiet zghar biex tara u triq toqghod immejjel, milwi fuq dahrek, erba' sighat. Kif jirnexxilek tmexxih b'tant precizjoni?
Pietru: Sa l-1975, is-sena ta' l-Inkurunazzjoni, kien hemm fratell quddiem il-Monument. Dan kien jimxi quddiemu u jien kont insuq warajh. Wara l-fratell qtajnieh. Drajna u issa kapaci mmexxu minghajr diffikulta ghal dik li hi direzzjoni.
Tant li nohorgu, nista' nghid, b'ghajnejja maghluqin. Nimmarka ‘l quddiem u nzomm ghan-nofs. L-ewwel nevita l-lampier. X'hin nigi ghall-bieb ta' barra, jien nigbed il-linja tal-maduma f'nofs il-knisja. Jien dak il-hin nhares fl-art fuq l-irham fuq is-sing li nkun hazzejt b'ghajnejja. Inhares lejn in-nofs l-intavlar ahna u nezlin iz-zuntier. Dejjem inzomm ghal nofs it-triq. Dak hu s-sigriet u r-raguni ghax issa nghaddi minghajr il-fratell li kien jaghmilli s-sinjali.
Korr: Jien dejjem ammirajt lir-reffiegha, izda lilkom tal-Monument xi haga izjed. Hi bicca sfida u fiha t-tbatija.
Pietru: Ma tridx tkun tbati bl-gheluq. Ghax qieghed go kaxxa zghira u ma tara xejn. It-tbatija kbira hi li jien u l-ohrajn irridu noqghodu milwijin fuq daharna. Shabi jridu jzommuh lura fin-nizliet u jien inhares il-hin kollu, bhal inberaq, biex inkun naf fejn sejrin.
Korr: Tul dawn l-erbghin sena kien hemm xi darba li l-Monument ma harigx?
Pietru: Filwaqt li l-purcissjoni dejjem harget, il-Monument ma harigx, ikolli nghid darba. Kien hemm darba meta l-Monument hareg izda f'nofs il-purcissjoni raxxet. Konna qrib Triq il-Kurat Calleja u l-Monument ghaddejnieh minn hemm u dahal qabel vari ohrajn, li kienu dawru r-rotta wkoll u nizlu minn Triq il-Kungress Ewkaristiku, nofs purcissjoni.
Korr: Kemm ilek int fil-Monument saru xi ornamenti jew xoghlijiet ohra?
Pietru: il-Monument baqa' kif kien. Il-karru li ghandu llum kien ga' nbidel ferm qabel il-gwerra. Ghax kellu karru iehor u l-lastku tieghu gieli kien johrog minn fuq ir-roti. Kienu jaqtghuh u jirrangaw ir-roti. Imbaghad sabu l-karru li ghandu llum u ghamlu lilu. Baqa' jigi misjuq. Fi zmien il-prokuratur Dun Karm Mifsud l-induratur irtokkjah ghax f'certi bnadi d-deheb neza'. Il-bqija anke d-dawl niftakar li kellu meta bdejn insuq jien.
Korr: Tajtna storja mhux biss dwar il-hegga u s-sagrificcji tieghek matul dawn l-erbghin sena li ghaddew izda hadtna lura ghal zminijiet ohra li aktar minn nofs il-Mosta ma tiftakarhomx. Nirringrazzjawk u nawgurawlek.