Il-Parrocca tal-Mosta taghlaq mitt sena Arcipretali
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Mejju – Gunju 1988
(p.7) Nhar it-13 (mnizzla hazin, trid tigi 16) ta' Settembru ta' l-1608 l-Isqof Tumas Gargallo waqqaf il-Mosta bhala parrocca ghaliha wara li kien ilhom jinzammu fiha s-Sagramenti sa mill-1575. Bhala l-ewwel kappillan kien inhatar il-Mosti Dun Gwann Bezzina izda dan ma bedix jezercita d-dritt tieghu ta' kappillan qabel ma miet il-kappillan tan-Naxxar Dun Giljan Borg, li kien miet nhar is-16 ta' Lulju, 1610. Ghalhekk l-ewwel kappillan li kellha l-Mosta kien ha l-pussess fl-10 ta' Novembru, 1610. Minn dak iz-zmien sallum ghaddew 378 sena li matulhom il-Parrocca taghna kienet immexxija minn tmintax il-Kappillan u tmien Arciprieti.
It-tmintax-il Kappillan u l-ahhar wiehed fost il-kappillani li kellha l-parrocca taghna kien Dun Lawrenz Sciberras minn Haz Zabbar. Kien dam biss ftit izjed minn hames xhur imexxi l-parrocca. Warajh kien gie mahtur is-Senglejan Dr. Dun Pawl Xuereb, li wara ftit mill-hatra tieghu bhala kappillan sar ukoll l-ewwel Arcipriet tal-parrocca Mostija.
L-ewwel Arcipriet
Dan l-ewwel Arcipriet taghna kien hatru kappillan l-Amministratur Appostoliku ta' Malta Sede Piena, il-Monsinjur Fr. Antonju Marija Buhagiar OFM Cap., Isqof Titulari ta' Ruspa. Qabel ma sar Kappillan tal-Mosta Dun Pawl Xuereb kien Kappillan tal-Qrendi mill-1869 sal-1882 u mill-1882 sal-1887 kien ukoll Arcipriet Kanonku tal-Birgu. Fis-26 ta' Lulju, 1887 ha r-riedni tal-parrocca taghna u dam sat-22 ta' Novembru ta' l-1894 fejn miet meta kellu biss 50 sena wara parrokat ta' ftit izjed minn seba' snin.
Habb ir-Rotunda
Hekk kif il-Kappillan Xuereb ha l-pusses tal-parrocca tal-Mosta mill-ewwel beda jahdem biex igholli fid-dinjita t-tempju monumentali ta' Marija Assunta tant li fi zmien qasir qala' minghand l-Awtoritajiet tal-Knisja ta' Malta u ta' Ruma d-dokument mehtieg sabiex il-knisja Rotunda taghna ggib it-titlu ta' Arcipretali.
Lil din il-knisja mahbuba taghna mhux biss kien irnexxielu jgholliha fid-dinjita izda wkoll hadem sabiex igholliha sa l-ghola tarf taghha billi nkurunaha b'dik il-lanterna famuza li ghandha u li nbniet fuq id-disinn ta' Grognet sewwa sew fl-1889. B'tifkira tal-bini tal-lanterna kienet tqieghdet lapida tar-rham b'kitba Latina fuqha bejn iz-zewg pilastri tal-faccata tal-knisja, in-naha ta' fejn tidher l-istatwa ta' San Pawl Appostlu ta' fuq iz-zuntier.
Progett iehor li l-Arcipriet Xuereb holom bih kien li jzejjen ir-Rotunda bil-pittura ta' l-abside u tat-tmien lunetti li ghandna. Ghal dan il-ghan kien halla l-villa li kellu San Pawl il-Bahar. Din il-bicca xoghol kbira l-Arcipriet Xuereb kien hallieha f'idejn il-Prokuratur zelanti li kellha r-Rotunda dak iz-zmien, jigifieri f'idejn Dun Ang Camilleri, li ghal din l-opra kien meghjun ukoll minn Dun Pietru Magri D.D. u l-Avukat Mosti Oreste Grech.
Ghalkemm l-Arcipriet Xuereb il-pittura ma rahiex, ghax miet qasir il-ghomor, pero xorta wahda, meta fl-1902 tpittret l-ahhar lunetta, jigifieri dik tar-Rezurrezzjoni ta' Kristu, Cali pitter fuqha l-arma ta' Xuereb ghax kien hu li beda jahdem sabiex din l-opra grandjuza setghet xi darba ssir.
Id-dokument
Id-dokument Latin li hareg minn Ruma bid-data ta' l-10 ta' Lulju, 1888 igib l-isem De Titulo Archipresbyterali Parocho Mustae in Dioecesi Melitensi Tribuendo, jigifieri "Rigward it-Titlu ta' Arcipriet li ghandu jinghata lill-Parrocca tal-Mosta fid-Djocesi ta' Malta."
Dan id-digriet Koncistorjali twil mhux hazin; hawn inghidu biss xi haga fil-qosor milli fih. Ir-raguni ghaliex il-knisja taghna kienet giet imghollija ghad-dinjita ta' Arcipretali kienet li l-Knisja Rotunda taghna kienet qieghda taghmel unur lid-Djocesi ta' Malta minhabba l-kobor u l-gmiel taghha u kienet sahansitra thabbatha mal-famuza Pantheon ta' Ruma.
Jissemma wkoll ix-xoghol kbir li wettaq il-poplu b'imhabba kbira flimkien mal-kleru sabiex inbniet ir-Rotunda flok il-knisja parrokjali l-qadima. Tissemma wkoll il-hidma pastorali kbira li l-Kleru tal-parrocca kien qieghed iwettaq f'dan it-tempju, f'ghaqda shiha mas-Sede Appostolika.
Ghaldaqstant Ruma dehrilha li l-knisja parrokjali taghna jixirqilha li tigi mghollija ghad-dinjita ta' Knisja Arcipretali u l-kappillan taghha jissejjah Arcipriet flimkien mas-successuri kollha legittimi li kellhom imexxu l-parrocca taghna fil-futur.
Dak li tat Ruma gie mwettaq dritt f'Malta mill-Awtoritajiet tal-knisja taghna u hekk gie kkonfermat u ddikjarat li l-knisja parrokjali tal-Mosta tissejjah ghal dejjem bit-titlu ta' Arcipretali u l-kapijiet u s-successuri legittimi taghha jissejhu Arciprieti.
Hekk sehhet il-holma tal-Kappillan Xuereb sewwa sew mitt sena ilu, wiehed mill-izjed Arciprieti habrieka li mexxew il-parrocca ghaziza taghna li jinsab midfun fil-Kappella tal-Madonna tac-Cintura, qrib il-kbir Grognet, fejn ghandu monument ta' l-irham abjad li tassew jixraqlu.
Referenzi
- Id-Dokument Koncistorjali mizmum fil-Kurja Arciveskovili
- Il-Mosta, April-Mejju, 1975, L-Inkurunazzjoni Solenni ta' Santa Marija fil-Mosta, Kav. Joseph Borg Km.Ph.C., L.P.
- Il-Mosta, Awissu-Settembru 1975. Il-Kappillani u l-Arciprieti tal-Mosta, Kav. Joseph Borg Km.Ph.C., L.P.
- Il-Mosta, Dicembru 1977 – Jannar 1978, Dun Ang Camilleri ex-Prokuratur tal-Knisja
Hajr lill-Monsinjur Bartilmew Bezzina, li gabli kopja tad-Dokument Papali originali mill-Kurja Arciveskovili.
Hajr ukoll lil Dun Karm Mifsud, li ghamilli traduzzjoni mill-Latin ghall-Malti tad-dokument.