Il-Palladium – tokis u teatru
minn Tessie Grech
Il-Mosta: Harga Nru. 5 (2007) Format Gdid
(p.52) Noqghod il-Mosta, wild ta’ Anni u Salvu tat-‘talkies’ ghax hekk kienu jsibuna. Konna seba’ ahwa – erba’ subien u tlitt ibniet. F’dan l-artiklu nixtieq naqsam maghkom it-tifkiriet sbieh li ghandi ta’ zmien tfuliti. Kont tifla allegra u biezla. Niftakar li kont immur id-duttrina qrib dan it-tokis ghand is-sorijiet fid-dar li tinsab wara l-knisja parrokkjali fi Triq il-Parrocca. Dan il-post illum huwa dar privata. Kull min kien jigi d-duttrina ghandu memorji sbieh ta’ dan il-post.
Il-Palladium kien l-uniku tokis u post ta’ divertiment ta’ dak iz-zmien fil-Mosta. Kienu jigu nies mill-inhawi kollha ta’ Malta bhar-Rabat, il-Mellieha u n-Naxxar. Kien ikun hemm kju kbir ta’ nies tant li fit-triq lanqas kont tista’ tghaddi. Kulhadd jistenna biex jaqta’ l-biljetti u jidhol jara l-film. Min jaf kemm hawn Mostin li fin-namur u l-gherusija taghhom kienu jigu jaraw il-filmijiet? X’memorji sbieh!
It-tokis bil-kartelluni tal-filmijiet li kienu qed jintwerew f’dik il-habta – Ritratt tas-snin sittin jew sebghin li hu mehud minn fuq ic-Centru Civiku. Jidhru hdejn ic-cinema l-flatsijiet li kellu jibni l-propjetarju biex jinghata l-permess.
Waqt l-inawgurazzjoni tal-Palladium – fuq il-palk mix-xellug is-Sur A. Serge, is-Sur Salvu Bartolo (il-propjetarju) u s-Sur V. Major (ritratt Times of Malta)
Kartelluni ta’ l-ewwel zewg filmijiet li ntwerew (hajr is-Sur Andrew Borda)
L-ewwel film li kien intwera kien ‘Anne Get Your Gun.’ It-tokis dakinhar kien mimli daqs bajda u d-dhul kien b’xejn. Fost il-mistednin specjali ghal dakinhar kien hemm is-Sur u s-Sinjura V. Major, Manager tal-Malta United Film Corporation, id-Deputat Speaker Dr. C. Schembri M.L.A u s-Sinjura tieghu, Dr. A. Schembri Adami M.L.A. u s-Sinjura tieghu, u Squadron Leader Wyndham Grech u s-Sinjura. Wara dan il-film kien intwera ‘Samson and Delilah.’
Sabiex jinghata l-permess tal-bini, missieri gie ordnat li jibni erba’ flettijiet ghall-uzu tan-nies tas-Servizzi Inglizi. Minkejja l-kapital limitat li kellu, missieri ma qatghax qalbu u bnihom magenb dan l-istess cinema. Ghalhekk il-filmijiet kienu jarawhom hafna Inglizi li kienu jghixu Malta. Infatti l-isem tat-tokis ’Palladium’ kien gie ssuggerit mill-Inglizi stess. Sal-lum il-gurnata ghad ghandi hbieb Inglizi li kienu jiffrekwentaw dan it-tokis. Fost dawn (p.53) il-hbieb hemm il-familja ta’ Bob u Phyllis Moore. Bob kien jahdem mar-Royal Marines u tant kien ihobb lill-Mosta u l-festa ta’ Santa Marija li kien idoqq anke mal-Banda Nicolo Isouard. Lil Bob Moore zgur jiftakru sew is-surmast tal-banda s-Sur Victor Zammit. Illum Bob Moore mejjet, izda martu zzurna spiss ghax thobb hafna lil Malta. Bqajna hbieb sal-lum.
Il-Palladium inbena fl-1952. Il-bennej kien Pacifico Falzon maghruf bhala “ta’ Barabanja.” It-tokis kien jesa 500 ruh isfel u 300 ruh fuq. Kien jintuza mhux biss biex jintwerew il-filmijiet izda wkoll bhala teatru. Fost il-hafna atturi li kienu hadmu fih insibu lil Charles Thake, Gemma Portelli, Johnny Navarro u Terry L. Bencini. Dan kien il-bidu tas-success ukoll ghall-kantanta famuza Mary Spiteri. Fuq dan il-palk kienu jsiru hafna kummiedji. Kien ikun hemm udjenza kbira. Il-Mostin ukoll kienu jigu bi hgarhom biex jaraw id-drammi sbieh u kienu jidhku mhux ftit meta kienu jissemmew xi persuni Mostin bhal per ezempju, “Ha mmur nixtri minghand Manwel u Roza tal-laham.”
Meta kont zghira kont immur bic-censura tal-filmijiet (il-landa tar-reel tal-film). Din kienet turi x’eta jrid ikollok biex tara l-film, u l-isem tal-film kien irid jitnizzel kuljum fl-ghassa tal-Pulizija go registru. Kemm kont immur l-ghassa l-antika li tigi d-dar fil-kantuniera ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku ma Triq it-Torri!
Konna xortina tajba li konna noqoghdu bieb ma’ bieb mal-Whisper Night Club li kienet sala tat-tigijiet imsemmija The New Inn. Permezz tal-Whisper Night Club iltqajna ma’ personalitajiet famuzi hafna fosthom Van Wood li kien jikteb ghall-kantant Tom Jones, kanzunetti bhal ’Delilah,’ Perry Mason u Mike Merkado pjanist,. It-tokis kellna nirrangawh. Ghamilna skrin bis-cinemascope u bdilna anke x-xenarju tal-palk. L-antik offrejnih bhala rigal lis-sorijiet ta’ l-iskola Santa Monika.
Ahna l-ahwa kollha kellna xoghol fil-Palladium. Min jahdem fil-bar, min jaqta’ l-biljetti, min mal-magna biex idawwar il-film u anke fit-tindif. Hafna nies ghadhom isemmulna kemm kien qalbu tajba missierna (is-Sur Salvu Bartolo) u li kien idahhalhom jaraw il-film b’xejn.
Illum il-gurnata it-tokis Palladium sfortunatament ghalaq u jibqghu biss il-memorji. Pero l-bini issa ghandu funzjoni vera mportanti – dik ta’ bank tal-flus. It-tieqa li konna nbieghu l-biljetti minnha llum jien stess nuzaha biex nigbed il-flus mill-magna. X’kuntrast hux?