L-Oratorju Qalb ta’ Gesu – 50 sena mit-tberik tieghu
Editorjal
Il-Mosta: Mejju – Gunju 1990
(p.5) F’din il-harga ingibu l-programm imhejji biex jitfakkar il-Gublew mit-tberik ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu kif ukoll ritratt storiku li jpoggi b’xi mod quddiem ghajnejna dik il-grajja hekk importanti mhux biss ghall-istess Oratorju izda wkoll ghall-Mosta kollha.
Kien is-Sibt, 8 ta’ Gunju ghall-habta ta’ xi l-5:00p.m. meta l-karozza ta’ l-Isqof waqfet quddiem l-Oratorju u minnha hareg l-Isqof ta’ Malta Mons. Dom Mauro Caruana OSB flimkien mal-kappillan tieghu Dun Karm Farrugia u c-cerimonier Dun Guzepp Xuereb.
Jilqghuh fuq iz-zuntier kien hemm l-Arcipriet tal-Mosta Dun Girgor Borg flimkien mal-kleru, Dun Karm Sciberras, Direttur ta’ l-Oratorju, Dun Guzepp Camilleri, Dun Gwann Mallia Tabone, Dun Karm Camilleri, Dun Angolin Falzon u xi sacerdoti ohra, is-seminaristi (illum) Dun Salv Magro, Dun Karm Mifsud, Dun Pawl Buhagiar u Dun Salv Zammit. Kien hemm prezenti l-Monsinjuri Dun Glormu Chetcuti u Dun Guzepp Vassallo kif ukoll ghadd ta’ abbatini, illum uhud minnhom mimlijin bl-ghomor.
Barra miz-zuntier kien hemm il-Banda ta’ l-Istitut ta’ San Guzepp tilqa’ lill-Isqof kif ukoll membri ta’ l-Azzjoni Kattolika u ta’ ghaqdiet ohra u folla mdaqqsa ta’ Mostin li gew biex jaraw u jifirhu.
L-Isqof gie mdawwar ma’ l-Oratorju u apprezza l-hidma u s-sagrificcji li saru biex tela’ bini hekk imponenti u fl-istess hin ta’ fejda ghall-parrocca taghna.
Wara li talab, l-Isqof bierek il-kmamar tad-Duttrina u s-sala tat-“teatrin.” Il-kappella hallieha ghall-ghada l-Hadd 9 ta’ Gunju, meta saret quddiesa solenni mill-eks Arcipriet tal-Mosta Mons. Pawlu Mallia, li kellu bhala Ministri (Djaknu u Suddjaknu) lil Dun Edgar Salomone u Dun Karm Sciberras. Wara l-quddiesa sar it-tberik solenni.
Ahna nemmnu fil-barka t’Alla u din il-barka kienet tassew kotrana.
Meta wiehed iqis il-bumbardamenti horox tal-gwerra, specjalment ta’ l-1942, u propju meta fl-20 ta’ Jannar ta’ l-istess sena waqghet f’nofs il-pjazza ta’ l-Oratorju bomba li qatlet xi individwi, li gabet il-bieb il-kbir tal-kappella qisu gharbiel, meta fil-faccata u fuq gewwa ghadhom jidhru l-hsarat tax-xrapnels (bicciet mill-bomba), anke wkoll daqqa fuq l-artal ta’ l-irham, meta ajruplan Germaniz ikkraxxja fuq il-bini ta’ Triq Callus, ftit ‘il boghod mill-Oratorju, meta tqis dan kollu bilfors mill-fond ta’ qalbek ikollok tghid "Te Deum Laudamus."
Meta tara li f’dawn l-ahhar ghoxrin, hamsa u ghoxrin sena x’tibdil immens sar fis-socjeta, kemm nibtu ghaqdiet civili u religjuzi, tant clubs u hwienet, meta tant zaghzagh m’ghadhomx ifittxu r-rikreazzjoni fil-kenn tal-parrocca izda johorgu barra minnha, meta fid-djar dahal it-TV u llum il-video ma jhallik imxennaq minn xejn, meta tara dan kollu u ssib li l-Oratorju ghadu haj bit-tfal u biz-zaghzagh, ikollok ghax tghid grazzi mill-qalb lill-Mulej.
L-Oratorju baqa’ dejjem ic-Centru tad-Duttrina. Ghalhekk gie mfassal u hekk zammewh is-sacerdoti Diretturi. Fih hadmu u stinkaw sacerdoti, katekisti kemm religjuzi u kemm lajci biex it-tfal jersqu mhejjija sew ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma ta’ l-Isqof. U dawn is-sacerdoti riedu li t-taghlim tat-tfulia jghaddi b’iktar formazzjoni fiz-zoghzija. Ghal dan il-ghan l-Oratorju sar l-benniena ta’ l-Azzjoni Kattolika, ta’ l-Ghaqda Studenti Mostin u l-Kor Santa Cecilja. Din il-formazzjoni religjuza fit-tfal u z-zaghzagh taghna zgur li gibdet il-Barka t’Alla.
L-Oratorju wera dejjem qalb kbira u miftuha skont l-esigenzi taz-zminijiet. Fl-ahhar gwerra serva ta’ kenn ghar-rifugjati, kellu fih l-Iscouts tal-Mota, l-Azzjoni Kattolika Rgiel, mhux l-ewwel darba ntuza bhala Skola Primarja, fih tghallmu d-duttrina ghadd kbir ta’ bniet qabel marru fl-Oratorju taghhom Marija Immakulata, fih isiru tant laqghat minn diversi ghaqdiet. Il-hlas ta’ dan minn Alla l-Imbierek huwa tajjeb fuq li tajjeb, "il-mija fil-wiehed."
Dan l-Oratorju hu ghal qalb il-Mostin, anke wkoll barranin li gew joqghodu fostna. Dan jidher mill-ghajnuna li joffru, jidher f’tant familji tajba b’ulied ezemplari, jidher f’tant irgiel li trawwmu b’sens civiku li jaghmlu gid lis-socjeta kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
Appell specjali lill-"Old Boys" kollha biex jissiehbu f’dawn il-festi, b’mod specjali l-Hamis 7 ta’ Gunju ghall-quddiesa koncelebrata fis-7:30p.m. minn ghadd ta’ eks-Diretturi.
Naghmlu stedina lill-Mostin kollha biex bhala familja wahda nifirhu niehdu sehem u nahdmu iktar ghall-gejjieni.