The Mosta Archives Banner

L-Oratorju Qalb Ta' Gesu, bini kmamar ghad-Duttrina

Il-Mosta: Dicembru 1966 – Jannar 1967


Oratorju Qalb ta' Gesu, Mosta, pjanta bini kmamar ghad-DuttrinaZidiet fl-Oratorju Qalb ta' Gesu bi kmamar ghad-Duttrina.

(p.1) Dan l-ahhar hafna nies li jigu ta' sikwit l-Oratorju kemm biex jirrikrejaw irwiehhom, kemm biex igibu t-tfal ghad-Duttrina, raw hafna gebel u armar in-naha tal-passagg tal-Oratorju.


Ma kienx hemm ghalfejn wiehed jistaqsi, ghaliex mill-ewwel tinduna li qeghdin nibnu n-naha l-ohra. Fl-appell tal-Istrina tas-Sena l-ohra konna ghedna li jekk l-affarijiet jimxu sewwa nibdew ix-xoghol ma ndumux. Fl-ahhar l-affarijiet waslu kif staquhom u hekk bla telf ta' zmien tajna bidu. Fuq din in-naha ser jitilghu hames kmamar sbieh ghat-taghlim tad-duttrina fuq pjanta tal-Perit Arthur Cotugno. Il-faccata ta' din in-naha u tan-naha l-ohra sejrin isiru fuq l-istess stil tal-faccata tal-kappella disinn sabih tal-Perit zaghzugh Lawrence Gatt. Ix-xoghol tal-bini qieghed f'idejn is-Sur J. fenech.


Nittamaw li x-xoghol jitlesta ma jdumx u hekk t-tfal ikollhom ambjent ta' klassi fejn jistghu jircievu ahjar dan it-taghlim religjuz tant mehtieg.


Ma qaghdniex inharsu lejn il-flus izda harisna lejn l-bzonn. Kulhadd jaf illum li biex tibni trid mazzi ta' liri, biss kif t-tama taghna kienet dejjem fil-Qalb ta' Gesu u qatt ma naqsitna, hekk ser tkun din id-darba fil-Providenza u fil-benefatturi li dejjem sibnihom minn ta' quddiem biex jghinuna. Dawk li jghinuna b'mod generuz niktbulhom isimhom fuq irhama halli jibqghu hajjin anki wara mewthom.


Meta jibda joqrob il-Milied, ghadd ta' guvintur johorgu jqassmu l-envelopes "Strina ghall-Oratorju." Inkunu ftit generuzi aktar mis-soltu u l-qatra tal-hafna issir somma sabiha. Il-Qalb ta' Gesu tberikkom.