The Mosta Archives Banner

Opri godda li zzanznu nhar Santa Marija


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1986


Cimiterji fil-Mosta, tallum u l-antik(p.3) Fuq xellug il-ventartal tal-fidda tal-Kappellun ta' San Pawl u fuq il-lemin il-panew tal-bronz tal-Gradenzina n-naha tal-bomba li juri l-konvoj t' Santa Marija. (p.16) Isfel xellug il-gradenzina l-ohra u s-Sedja

Ventartal tal-fidda


(p.16) Bit-thabrik ta’ Dun Salv Magro fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija din is-sena izzanzan il-ventartal gdid tal-fidda fil-Kappellun ta’ San Pawl. Dan il-ventartal inhadem mill-argentier Tarcisio Cassar taz-Zejtun fuq id-disinn ta’ l-artist Tuse Busuttil miz-Zejtun ukoll. Il-panew hu alto riliev u juri n-Nawfragju ta’ Missierna San Pawl f’Malta. Kull naha tieghu fit-tarf hemm statwa, wahda turi lil San Publiju u l-ohra lil San Luqa. Tqieghed f’postu nhar it-8 ta’ Awissu.


Zewg gradenzini u sedja


Fuq il-presbiterju tqieghdu zewg gradenzini flimkien ma sedja ghac-celebrant u zewg banketti kollha xoghol fil-gewz minn Carmelo Mangion tal-Hamrun fuq id-disinn ta’ l-iskultur Mosti Ganni Bonnici. Il-bronz sar mid-Ditta Abela. Dan it-taghmir jikkomplementa l-altar mejda u l-ambone ta’ l-istess skultur Bonnici, xoghol li zzanzan mill-Arcipriet nhar it-22 ta’ Dicembru, 1984.


Kull gradenzina ghandha panew tal-bronz. Dik in-naha tas-sagristija fejn hemm il-bomba turi lill-Vergni Marija tiddomina fuq il-Port il-Kbir, tifkira tal-Konvoj ta’ Santa Marija fl-1942 li heles lil Malta minn kapitulazzjoni lill-forzi ta’ l-Assi. L-iehor in-naha tas-sagristija tar-Redentur, juri l-attakk minn ajruplani Ju-88 fuq il-knisja taghna biex ifakkar il-grajja kommoventi tad-9 ta’ April 1942 meta t-tempju ta’ l-Assunta helisha mill-qerda.


Fuq dan il-panew hemm poezija qasira, xoghol l-iskultur Bonnici wkoll, li tnebbah jikteb hekk:
“Assunta Marija Santissima,
Omm twajba taghna l-Mostin,
Dan it-tempju minn ruhna slitnielek
Ghall-qima ta’ Ibnek Hanin.
Seddaqna immela biex nighxu,
Ta’ nsara bi qlubna safjin,
U kompli fi tjubitek hu hsiebna,
Bhal fl-ghabex tad-disgha t’April.”


Argentatura shiha


It-taghmir ta’ l-altar maggur gie argentat mill-gdid. Ix-xoghol tal-gandlieri sar mid-Ditta Cutajar, l-argentatura ta’ l-Appostli saret mid-Ditta Darmanin u l-induratura ta’ l-ostensorju mid-Ditta Azzopardi. Dan ix-xoghol seta’ jsir permezz ta’ offerta sabiha li waslet mill-benefattur Mosti-Amerikan Anthony Camilleri, emigrant Mosti f’San Francisco California (ara link).