The Mosta Archives Banner

Stand ghall-Furcini u ohrajn


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1988


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Stand ghall-furcini

Stand ghall-furcini


(p.10) Fit-12 ta' Awissu zzanzan stand ghall-furcini ta' Santa Marija. Id-disinn hu tas-Sur Guzeppi Galea tar-Rabat u ghalih intuza l-istess injam li minnu nhadmu l-bradella u l-bankun. L-istand sewa Lm400.


Irham


Benefattur Mosti hallas Lm1,200 biex isiru l-pedati ta' l-irham f'hames altari laterali tal-Knisja.  Dawn il-pedati qabel kienu ta' l-injam. Il-pedata ta' l-irham f'Tar-Ruzarju saret xi snin ilu u dik fl-altar tal-kor saret fl-1986.


Bankun


Din is-sena sar restawr shih lill-bankun ta' taht l-istatwa ta' Santa Marija. Dan il-bankun izzanzan fl-1957 u sar fuq disinn ta' Carmelo Tonna tar-Rabat waqt li l-bronz inhadem f'Ruma mill-iskultur C. Pisi. L-injam, li hu tal-gewz Amerikan, gie llustrat mill-gdid mis-Sur Francis Azzopardi min-Naxxar u l-bronz tnaddaf mid-ditta F. Abela & Sons tal-Blata l-Bajda. L-opra kollha fl-1957 qamet qrib Lm4,000. Ir-restawr din is-sena qam Lm1,000. Il-bankun intrama ghall-wiri nhar is-Sibt, 23 ta' Lulju fil-kappellun ta' San Pawl wara li tlesta x-xoghol ta' restawr fuqu.