In-nicca tal-Madonna tac-Cintura fi Triq Bezzina
minn Raymond Grech
Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid
(p.57) L-istatwa tal-Madonna tac-Cintura li hemm fi Triq il-Kurat Bezzina ftit zmien ilu giet restawrata u mnaddfa mis-Sur Charlie Sammut u hekk issa regghet tqeghdet f’nicca gdida wara li d-dar fejn kienet inbniet mill-gdid. Din l-istatwa hi attribwita lill-iskultur Mosti Salvu Dimech maghruf bhala s-Sartx u li kien joqghod ftit passi ‘l boghod minn fejn hemm din l-istatwa. Ghad li din l-istatwa nhadmet lejn tmiem is-seklu dsatax, xorta ghadha f’kundizzjoni tajba hafna. Skond xi anzjani li joqoghdu qrib din in-nicca, sa qabel il-gwerra jiftakruha li kienet issir huggiega kbira quddiemha lejliet il-festa taghha li fil-parrocca kienet tkun iccelebrata Hadd fuq it-28 t’Awissu. Il-hgejjeg kienu jsiru billi n-nies kienu jiehdu kull xorta ta’ njam u jqabbdu huggiega bhalma kien isir fi zmien il-Kavallieri.
Mela nistghu nghidu, li barra li din hija l-unika statwa tal-Madonna tac-Cintura li naraw izzejjen in-nicec fit-toroq qodma tal-Mosta, hija wkoll marbuta mat-tradizzjoni Mostija li fil-festa tal-Madonna tac-Cintura fil-Mosta kienu jsiru l-hgejjeg.