Nibzghu ghall-wirt storiku li ghandna
Il-Mosta: April – Awissu 1999
L-Oqbra f'Ta' Bistra
(p.11) Wara talba u insistenza mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, l-Ipogew Poleokristjan (l-oqbra) f'Ta' Bistra gew skedati u ddikjarati bhala ta' Klassi A u ghalhekk jiffurmaw parti importanti mill-wirt storiku ta’ pajjizna. Dawn l-oqbra jinsabu f'razzett mitluq qrib Mount St. Joseph Convent. Sfonunatament, matul iz-zminijiet, saru diversi hsarat lil dan il-wirt minn min ma kienx japprezza l-valur inestimabbli taghhom.
Ix-xewqa tal-Kunsill Lokali tal-Mosta hija li dan ir-razzett ma jibqax aktar mitluq biex il-hsara tkompli tizdied. Dan il-post ghandu potenzjal qawwi li jista’ jhalli hafna frott. Jista’ jkun attrazzjoni turistika ohra fil-Mosta sabiex kif inhi x-xewqa tal-Kunsill it-turisti li bl-eluf minn taghhom izuru l-knisja taghna jkunu jistghu jghaddu nofs ta’ nhar fil-belt taghna. Hekk il-Mosta tista’ tibbenefika ferm aktar minnhom. Dawn l-oqbra jistghu jkunu wiehed minn numru ta’ postijiet li jistghu jkunu ta’ interess ghat-turisti bhal Victoria Lines, il-Fortizza, diversi kappelli, id-Dolmen, ecc.
L-istatwa ta’ San Tumas
In-naha ta’ San Tumas (wara z-zewg banek) tiehu l-isem taghha mill-istatwa antika ta’ San Tumas li qeghda ma’ Villa Gollcher fl-inhawi. L-istatwa kbira tal-gebel ta' San Tumas Appostlu fi Triq it-Tabib Chetcuti qeghda tfakkar lil dan it-tabib li twieled il-Mosta fl-1797.
Kien specjalista tal-mard tal-mohh u waqqaf l-ewwel sptar mentali fil-gzejjer Maltin. L-istatwa tmur lura ghall-ewwel snin tas-seklu dsatax. Hi bicca xoghol sabiha ta’ skultura fil-gebla Maltija u xi whud isostnu li hi xoghol l-iskultur Salvu Dimech. Din l-istatwa, li hija landmark fil-Mosta, iddeterjorat matul iz-zmien tant li llum saret perikoluza ghaliex tista' taqa’ minn fejn hi.
Il-Kunsill Lokali, flimkien ma’ sid l-istatwa, kiteb lill-Awtorita ta’ l-Ippjanar biex jinghata l-permess halli din l-istatwa jew tkun restawrata (jekk hu possibbli) jew inkella ssir ohra simili minflokha. Il-Kunsill baqa’ minghajr risposta.
Nota ta’ l-Editur:
Jekk issir statwa simili minflokha, allura l-istatwa originali trid titpogga f'muzew kif isir fi bliet ohra Ewropej fejn jinbtu kazi bhal dawn. Ghaliex fil-Mosta m'ghandux ikollna dar mill-hafna vojta li sservi ta' muzew?