The Mosta Archives Banner

Il-MUSEUM il-Gdid


minn Carmelo Demartino


Il-Mosta: Ottubru – Novembru 1966


Il-Muzew tas-subien fil-MostaIl-Muzew tas-subien fil-Mosta

(p.4) Bhal issa kull familja fil-Mosta qieghda tircievi appell ghall-ghajnuna biex inlestu l-Museum. X'uhud forsi jistaqsu kemm ser idumu jigbru u meta dan il-Museum sejjer ikun lest?


Ghall-ewwel mistoqsija nwiegeb li l-gbir ma hadniehx bi drawwa, izda ghax s'issa, minkejja l-generozita tal-poplu Mosti u l-hafna xoghol li ghamilna ahna stess - biex insemmi xi haga madwar 195 qasba konkos tas-soqfa u tal-bitha, travi u blajjet tal-konkos, tarag bil-muzajk b'kollox, aperturi, etc. - ghad ma kellniex flus bizzejjed biex inlestu.


Ma jridx wiehed jinsa li meta bdejna nibnu, tista' tghid li fil-Mosta ma kien hemm ebda attivita ohra, izda minn dak iz-zmien inhasset il-htiega li jsiru opri ohra u ghalhekk filwaqt li l-poplu baqa' xorta generuz izda l-prudenza wrietu li ghandu jghin ftit lil kulhadd.


Ghal dawk li jixtiequ jafu fejn wasal ix-xoghol, kien ikun ahjar li jaraw huma stess, anzi ahna niehdu gost jekk jigu jiftehmu maghna biex isibuh miftuh zgur. Fi ftit kliem, pero, nista' naghti kwadru ta' fejn wasalna.


Il-Museum il-gdid ghandu zewg sulari u x-xoghol tal-gebel lest kollu barra tarag ghall-bejt. Isfel lest kollu bil-muzajk u ser jitqieghdu l-aperturi. Fuq lesti wkoll bil-muzajk is-sala l-kbira u kamra ohra, u bl-ghajnuna ta' guvni Mosti (mhux membru tal-Museum) li ghamel ix-xoghol wara l-hin b'xejn, ghandna l-istallazjoni ta' l-elettriku lesta wkoll.


Niehu din l-okkazjoni biex nirringrazzja lil kull min b'xi mod jew iehor tana ghajnuna biex wasal sa hawn, u nkompli nittama fil-generosita taghhom, u din il-generozita tigi jekk intom tifhmu tajjeb il-htiega tat-taghlim tal-katekizmu spejalment lit-tfal kbar.