The Mosta Archives Banner

L-Imtiehen tar-Rih, Wirt Nazzjonali

minn Louis Vassallo


Il-Mosta: April – Gunju 1989


Il-Mithna l-Qadima tal-Mosta Il-Mithna l-Qadima tal-Mosta

(p.9) Wahda mill-eqdem sorsi ta' energija naturali hi dik tar-rih. Ghadha tintuza sallum. Ghal sekli shah l-imtiehen tar-rih ghamlu uzu mportanti minn din il-qawwa li tinsab fl-atmosfera ta' madwarna. L-ghan ewlieni ta' l-eqdem imtiehen kien dak li jithnu l-qamh biex jittrasformawh fi dqiq. Aktarx li dawn l-imtiehen originaw fis-snin 600 W.K. fil-Persja, l-Iran ta' zmienna. Wara tferrxu fl-Ewropa fis-Seklu Tnax.


Bidu Minsi


Skond il-Kavallier Joseph Galea fid-dizzjunarju tieghu Art Twelidi, hadd ma jista' jghid kif u meta l-imtiehen tar-rih dahlu f'dawn il-gzejjer. Hu jkompli jaghti taghrif dwar in-numru ta' dawn l-imtiehen f'kull belt u rahal tal-Gzejjer Maltin. Huwa mifhum tajjeb u dokumentat li f'Malta kienu nbnew xejn inqas minn hamsa u tletin mithna waqt li ghaxra ohra kienu nbnew f'Ghawdex. Meta l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann kienet tahkem fuq dawn il-gzejjeer, habirket mhux ftit biex ikomplu jinbnew numru sabih ta' mtiehen. Fl-1674 il-Gran Mastru Cottoner bena hames imtiehen imqassmin ma Malta kollha. Kif wiehed jista' jobsor, Malta kienet mizghuda b'dawn l-imtiehen. Uhud minnhom "mietu" tul iz-zmenijiet waqt li ohrajn ghadhom jiddandnu bi sbuhithom sal-gurnata tallum ghalkemm siekta minn kull hidma.


Kif tahdem


Imma, sewwa sew, kif kienet tahdem il-mithna tar-rih? Mhix l-intenzjoni tieghi li f'dan l-artiklu noqghod niddeskrivi sa lanqas dettal kif kienet tiffunzjona. Izda ta' min wiehed ighid xi haga li taghti daqqa t'ghajn hafifa dwar dan l-aspett. Nibda biex inghid li l-mithna ma kellhiex bzonn rih qawwi biex tahdem. Anzi f'cirkostanzi bhal dawn anqas biss kienu jhaddmuha. Biex ix-xoghol isir sew, l-antenni taghha li maghhom kienu jorbtu l-qlugh, kienu jduru bil-mod. Dawn kellhom sehem ferm importanti billi kienu jiggeneraw il-makkinarju kollu li bih kien jintahan id-dqiq. Biex tkun mithna tajba u soda ried ikollha tromba gholja u b'sahhitha biex tiflah dak il-kobor t'antenni. Fit-trombi kien ikun hemm zewg hagriet taz-zonqor fejn kien jigi mishuq u mithun il-qamh. Wara li jkun sar dqiq kien jintgharber biex jinghazel min-nuhhala. Imbaghad jingabar fl-ixkejjer u b'hekk ikun lest biex jigi mqassam lill-furnara. Fi ftit kliem dan kien ix-xoghol tat-tahhan, dak il-bniedem li tal-mithna kien is-sid u l-padrun.


Il-Mosta u Birkirkara fuq quddiem


Dejjem fuq dak li nstab dokumentat, ir-rahal tal-Mosta, flimkien ma dak ta' Birkirkara, jinsab fil-quccata tal-lista rigward l-ammont ta' mtiehen li gew mibnija fl-imghoddi. Sewwa sew, fil-Mosta kien hemm erba' mtiehen tar-rih izda fil-prezent tnejn biss ghadhom qawwijin u shah. L-aktar wahda antika fosthom hi dik li l-Mostin jafuha bhala "Il-Mithna l-Qadima", li tinsab qrib ic-cimiterju. Din il-mithna, li ghadha wieqfa sallum, kienet inbniet fl-1757 fi zmien l-Ordni tal-Kavalleri. Fuq il-bieb ewlieni tinsab arma kbira tal-Granmastru Girgor Carafa (1680-1690) flimkien ma salib zghir tat-Tmien Ponot. Taht dawn insibu skrizzjoni mnaqqxa fuq tliet kwadri sbieh tal-hagar li tghid:


"Gesu Nazzarenu – 1757. Il-Mostin igawdu din il-mithna mahduma fi zmien l-Illus. Kummissarju Don Garzia – L-arkitett kien l-Imghallem Frangisk Zerafa tas-Sagra Religjon Gerosolmitan, u l-imghallem Nikola Camilleri mis-Siggiewi kien il-bennej."


Il-tliet imtiehen l-ohra li nbnew hafna snin wara waqfu minn hidmithom qabel ma l-Mithna l-Qadima zarmat hi wkoll wara 168 sena ta' xoghol kontinwu ghall-gid u l-ghajxien tal-poplu Mosti. Fil-fatt waqfet mix-xoghol fejjiedi taghha fl-1925. Tliet snin wara fl-1928, waqt riefnu qawwi li hakem il-Gzejjer Maltin, il-Mithna l-Qadima tilfet darba ghal dejjem l-antenni kbar taghha.


Barra li fil-Mosta ghandna triq imsemmija ghal din il-mithna, insibu mifruxin madwar ir-rahal kollu xejn inqas minn tmintax-il triq li f'isimhom insibu partijiet li ghandhom x'jaqsmu mal-mithna tar-rih.


Zmiem ta' progress teknologiku mghaggel


Bhalma jigri f'kull era, il-musmar il-gdid dejjem jaqla' 'l barra lill-musmar il-qadim. Ghalhekk bosta snajja li bihom kienu jaqilghu l-ghajxien taghhom missirijietna bdew jitwarrbu biex b'hekk jaghmlu wisa' ghal ghodod u makkinarju aktar modern u efficjenti. Wiehed jista' jghid li l-imtiehen kellhom icedu r-riedni biex wahda wara l-ohra bdew jieqfu minn hidmiethom darba ghal dejjem. Is-servizz utli taghhom lill-poplu Malti u Ghawdxi kellu jispicca hesrem kawza tal-progress li beda jizviluppa f'pajjizna.


Imtiehen f'kundizzjoni tajba


B'xorti tajba numru sabih minn dawn l-imtiehen ghadhom jezistu. Xi ftit minnhom jinsabu fi stat tajjeb wara li kienu sarulhom xi xoghlijiet intensivi ta' restawr. Ezempju ta' dan hija l-mithna maghrufa bhala tax-"Xarolla", li qieghda fiz-Zurrieq u li ntuzat l-ahhar fl-1939. Din kienet giet issussidjata mill-Gvern biex tibqa' tinzamm f'kundizzjoni perfetta. Sa ftit tas-snin ilu l-antenni taghha kienu ghadhom jinsabu mwahhlin sodi maghha. Izda sfortunatament dawn gew meqruda waqt maltempata qalila li laqtet dawk l-inhawi.


Mithna ohra li giet restawrata recentament hi dik li tinsab fi Triq Naxxar, Birkirkara. 'Il quddiem hemm il-hsieb li jinhadmu ghaliha antenni godda biex jergghu jaghtu l-istess dehra originali li darba kellha. B'hekk tibqa' rikordju mill-imghoddi ghal min ikun ghaddej minn din it-triq tant traffikuza.


Tax-Xaghra


Fil-gzira t'Ghawdex insibu dik tax-Xaghra tisserdak bi gmielha. Bla tlaqliq inghid li fil-gzejjer taghna ma tinsabx mithna ohra bhal dik tax-Xaghra u dan minhabba l-fatt li ghad ghandha l-antenni sal-prezent. Ghalhekk hi tassew ta' attrazzjoni ghat-turist waqt li ghalina l-Maltin u l-Ghawdxin hi patrimonju nazzjonali bhal kull haga ohra li writnieha minghand missiriijietna.


Drawwiet il-Maltin


Izda, bhalma jigri dejjem, insibu ohrajn mitluqin u abbandunati li jsibu l-wens taghhom fil-harrub li jdawwarhom u jostorhom. Mhux sewwa li dawk li ghal mijiet ta' snin stinkaw biex qalghu hobzhom minn dawn l-imtiehen qeghdin, biex inghid hekk, nigu naqghu u nqumu minnhom u mill-bzulija taghhom. Imma fl-istess waqt niltaqghu ma Maltin li ghadhom sens ta ammirazzjoni u ghozza lejn dawn l-imtiehen. Tant hu hekk li fil-presepji taghna ghadek tilmah xi mudell tal-mithna tar-rih li zgur ma kenitx tinsab f'Betlem fi zmien Kristu. Dan juri kemm il-mithna tar-rih dahlet fil-qalb u l-uzanzi taghna l-Maltin.


Wirt diskuss fil-Parlament


B'certu sodisfazzjon ninnotaw li dan il-wirt u l-istat li jinsab fih gie diskuss ftit tax-xhur ilu fil-Parlament. Izda l-aqwa haga hi li ser tittiehed azzjoni immedjata dwar il-bzonnijiet ta' dawn l-imtiehen. Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni beda jhejji pjan biex isiru t-tiswijiet kollha mehtiega lid-diversi mtiehen li hawn fil-gzejjer taghna fid-dawl ta' rapport li thejja ghal dan il-ghan minn kumitat presedut mill-Perit Joseph Huntingford.


Dan stqarru l-Ministru ta' l-Edukazzjoni waqt seduta parlamentari fi Frar li ghadda. Dan il-pjan mistenni jiehu s-snin ghax, filwaqt li ser jissewwew l-imtiehen kollha, hi haga naturali li dawn ma jistghux jissewwew kollha f'daqqa. Izda kif ighid il-Malti: "Ahjar tard milli qatt". B'hekk nistghu nghidu li b'dan il-pjan l-imtiehen kollha ta' pajjizna ser jergghu jiehdu r-ruh.


Nahseb li kulhadd ghandu juri s-sodisfazzjon tieghu ghal dan ix-xoghol ta' tiswija li ghandu jsir fuq kull mithna li tinsab f'dawn il-gzejjer. Fuq kollox ser inkunu ahna stess li ser naghmlu tajjeb ghall-ispejjez! Ghalhekk irridu nkunu ahna, ulied "it-tahhana", li nhossuna kburin bis-sehem li ser naghtu jekk tassew irridu nibqghu ngawdu din it-tifkira sbejha mill-imghoddi ghax wara kollox dan hu wirt nazzjonali tieghu u tieghek.


Referenzi

  1. Joseph Galea, Art Twelidi (Imprint Ltd., 1984).
  2. Joe Mallia, Is-Seher tal-Mithna (Union Press, 1974).
  3. E.B. Vella u Ohrajn, Storja tal-Mosta (Empire Press / Stamperija l-Hajja, 1972/1986).
  4. Alfie Guillaumier, Bliet u Rhula Maltin (Lux. Press, 1972).