Il-Martri Mostin tal-gwerra Franciza mfakkra f'Monument Nazzjonali
Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1986
Xieraq li nfakkruhom fil-Mosta
(p.5) Nhar il-Hamis 31 ta' Lulju, 1986, l-E.T. il-President tar-Repubblika kixfet il-Monument Dun Mikiel Xerri u Shabu fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta filwaqt li Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca bierku skont ir-ritwal tal-Knisja. B'hekk sehhet ix-xewqa ta' bosta Maltin, apoteozzata fis-sunett tal-Poeta Nazzjonali "Lil Dun Mikiel Xerri," li l-memorja valoruza tat-tlieta u erbghin Malti li gew xkubettjati mill-Francizi fix-xhur bikrin ta' l-1799 ghas-sehem taghhom f'kumplott kontriehom tibqa' mfakkra u mqaddsa min-nazzjon Malti ghal dejjem.
Dan il-Monument, xoghol ta' l-iskultur Rabti Anton Agius, sar bil-hidma ta' kumitat li twaqqaf fl-1961 bit-thabrik tas-Sur Guze Cardona u l-appogg tal-President u s-Segretarju tal-Kunsill Rapprezentattiv ta' l-Istudenti ta' l-Universita Rjali ta' Malta u baqa' jahdem u jistinka, idahhal membri godda hekk kif ohrajn jispiccaw jew imutu. Fost il-membri li nghaqdu maz-zmien hu ta' sodisfazzjon ghalina li nsennu lis-Sur Salvinu Zammit mill-Mosta, li hu Assistant Kap ta' skola governattiva.
Ix-xoghol ta' dan il-Monument, li fih l-akbar massa ta' bronz f'Malta s'issa, sar mid-Ditta Cipriani Giuseppe ta' Pietrasanta, l-Italja. Is-somma li thallset lil Cipriani ntelghet ghal madwar Lit. 36,890,589 (Lm9,890.28,3). Biex isir ix-xoghol ta' tahfir u tqeghid tal-monument f'postu u xoghol iehor, inhtieget is-somma ta' izjed minn elfejn lira Maltin ohra.
Qabel il-kxif tal-monument sar programm li kien fih kant mill-Kor Collegium Musicum, immexxi minn Patri A. Briffa OFM Cap., qari ta' silta mir-rumanz Nazju Ellul ta' Guze Muscat Azzopardi minn Charles Arrigo, qari tas-sunett Lil Dun Mikiel Xerri ta' Dun Karm minn Guze Cardona u diskors mill-President tal-Kumitat Dun Mikiel Xerri u Shabu, il-Prof. Walter Ganado.
Ghac-cerimonja attendew il-Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, membri tal-Korp Diplomatiku, personalitajiet ohra u bosta Maltin.
Fost dawn il-Maltin xkubettjati kien hemm sittax-il Mosti mill-Battaljun tal-Mosta li, flimkien ma ohrajn ingaggati fil-Battaljun ta' Birkirkara, kellhom jassaltaw lill-Francizi ghall-gharrieda mill-imhazen tal-kwarantina ta' Marsamxett. Il-Battaljuni tal-Mosta u ta' Birkirkara kienu jiffurmaw parti mill-Batterija ta' l-Gharghar.
Il-Mostin, il-Karkarizi u xi ohrajn dahlu jistahbew hemm biex jahsdu lill-Francizi b'azzjoni ta' retrogwardja meta s-suldati ta' Napuljun Bonaparti kienu ser ikunu kkoncentrati n-naha l-ohra tal-Belt mnejn kellu jigi l-attakk ewlieni u f'postijiet fejn kellhom ghax jifhmu minn movimenti finta Maltin ohra fil-Belt Valletta, bhal Dun Mikiel Xerri, li kellu jdoqq il-qniepen ta' San Gwann bhala sinjal li l-attakk beda u b'hekk jiffirma s-sentenza tal-mewt tieghu fuq il-post stess, u bhal Dun Miju Zarb, qassis Zebbugi iehor, li wkoll radd ruhu mdamdam mill-ixkubetti tat-tiraturi Francizi, kellhom jaghmlu l-parti taghhom, skond kif miftiehem permezz ta' agenti, bhall-profumier Mattew Pulis, bniedem fdat mill-Francizi, mal-Maltin tal-kampanja.
Peress li l-kumplott inkixef mill-Francizi, sfratta kollox u l-kapitulazzjoni Franciza kellha titwal b'izjed minn sena filwaqt li bosta familji Maltin raw nieshom jittertqu mill-Francizi, li ma hafruhiex anqas lil guvnott ta' 13 il sena mill-Battaljun ta' Birkirkara u stennewh jaghlaq l-erbatax biex jiffucillawh.
L-ismijiet tal-Martri glorjuzi u eroj Mostin, li kienu ga nghataw mill-kompajzan E.B. Vella fi Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (1930) u li tinsab fil-volum gdid Storja tal-Mosta Migbura minn E.B.Vella u Ohrajn (1972-1986) f'pagna 113, huma, f'ordni alfabetiku:
- Aquilina Salvu, hu Marija;
- Bezzina Indri, mizzewweg lil Grazzja;
- Borg Frangisk, iben Isabella;
- Camilleri Guzeppi, iben Pulkerja;
- Chetcuti Frangisk, missier Ganni;
- Fenech Frangisk, missier Frangisk;
- Fenech Xmun, iben Gannni;
- Galea Dumink, mizzewweg lil Grezz;
- Galea Guzeppi, mizzewweg lil Battistina;
- Galea Ganni (hu l-imsemmi Guzeppi);
- Galea Indri, iben Grazzja;
- Galea Pawlu, mizzewweg lil Ewgenja;
- Pisani Frangisk, hu Grezzja;
- Said Ganni, mizzewweg lil Liberata;
- Xerri Frangisk, mizzewweg lil Grazzja;
- Xiberras Guzeppi, hu Salvu.
Mir-ricerka estensiva li saret minn kittieba bhal G. Faure, Carmelo Testa, L. de Boisgelin, P.P. Castagna, il-Kan. Fortunato Panzavecchia, Gio Anton Vassallo, W. Hardman, A.V. Laferla, T. Zammit, V. Azzopardi u mir-rapporti ta' l-ufficjali Francizi Velleneuve, Menard, u b'mod partikolari, Bosredan Ransijat, niehdu, flimkien ma E.B.Vella1 li "l-Mosta kellha l-ikbar sagrificcju," kumment gust u f'postu.
Fid-dawl ta' dan il-kapitlu erojku fl-istorja tal-Mosta, umilment nissuggerixxu li jitwaqqaf monument ghall-Martri Mostin 1799 li hallew hajjithom ghal art twelidhom f'impriza li tixbah fir-realta kollha taghha l-episodji epici fl-istorja ta' nazzjonijiet ohra meta l-ftit taw kollox biex ighixu l-hafna.
Riferenzi
- Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u Ohrajn (1972-1986), p.113.