Il-Mosta u l-irhejjel li sawruwa fil-Medju Evu
minn George Cassar
Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid
(p.17) Irid jinghad mill-ewwel li sakemm jaqleb is-seklu hmistax, fuq l-inhawi li llum huma maghrufa bhala l-Mosta nafu verament ftit. Nassumu li kienu jghixu xi nies, u dan jidher li b’xi mod hu korrett, anki min-numru sostanzjali ta’ postijiet tad-dfin li ghadhom jezistu fil-Mosta. Hu fatt li generalment, fejn hemm ic-cimiterji hemm komumtajiet ta’ nies li jghixu vicin taghhom. Il-probabilta li dawn il-komunitajiet ma kinux jghixu wisq boghod mill-postijiet tad-dfin taghhom hi msahha mill-fatt li fi zminijiet bikrija l-mezzi tat-trasport kienu rudimeniali u l-ivvjaggar ferm aktar difficcli mil-lum.
Il-Medju Evu jew iz-Zminijiet tan-Nofs jibdew f’Malta bil-migja minn Sqallija tal-Konti Ruggieru u l-armata tieghu fl-1091. Wara perjodu fejn fit-teorija Malta kienet taht hakkiema Normanni imma fil-prattika kienet baqghet gzira Musulmana, iben il-Konti, ir-Re ta’ Sqallija Ruggieru II, ha ghal kollox il-Gzejjer taghna taht il-hakma tieghu mis-sena 1127. B’hekk regghet bdiet l-Ewropizzazzjoni ta’ Malta. Minn dak iz-zmien rajna hakmiet ohra, kollha Ewropej jamministraw lil Malta u l-Maltin. Gew il-Hohenstaufen (dinastija Germaniza li hakmet ukoll lil Sqallija), komplew ghal ftit zmien l-Anguvini (li kienu dinastija Franciza), u spiccaw dan il-perjodu nofsani l-Aragonizi (li kienu hakkiema li gejjin minn Spanja u li kellhom ukoll lil Sqallija taht idejhom). Tajjeb nghidu li mal-migja ta’ l-Ordni ta' San Gwann, beda, ghalkemm mhux mill-ewwel, iz-zmien tar-Rinaxximent li ta lil Malta bixra aktar aggornata mal-bidliet li kienu qed isiru fuq il-kontinent Ewropej.
Kien fil-perjodu Medjevali li l-Mosta, jew ahjar dik li kellha tkun ll-Mosta, bdiet tifforma bil-mod. Ic-cpar taz-zminijiet bikrija beda jintrefa' fuq l-artijiet illum maghrufa bhala l-Mosta hekk kif is-seklu erbatax beda riesaq lejn dak ta’ warajh. Jidher li fis-seklu erbatax kien hemm numru ta’ rhula zghar bi ftit nies, nghidu ahna madwar 10 jew 15-il persuna f’kull wiehed. Zgur li dawn il-ftit abitazzjonjiet ma setghux jinqatghu ghalihom bhala parrocca f’dawk iz-zminijiet imbeghda. Ghalhekk kienu jaghmlu parti mill-parrocci tan-Naxxar u tal-Mellieha, li flimkien ma tmien ohra zgur li kienu diga twaqqfu qabel L-1436.
Parti mill-irhula taz-zona tal-Mosta spiccaw fit-territorju parrokkjali tan-Naxxar u dawn kienu Rahal Calleja jew Kalleja, u l-Mosta stess. Ohrajn, jigifieri Rahal Pessa u Rahal Dmigh jew Dimekk iffurmaw parti mit-territorju tal-parrocca tal-Mellieha. Dan hareg minn dokumeni importanti bl-isem ta’ Quinierniolus pro concordiu taxarum li kien gie ordnat mill-Isqof ta’ Malta Senatore de Mello (1432-45) u li hu maghruf b’mod komuni bhala r-Rollo ta’ de Mello.
L-irhejjel imsemmija u ohrajn, aktar il quddiem imbelghu mill-Mosta jew inkella spiccaw abbandunati mill-abitanti taghhom li marru joqoghdu f’irhula tal-vicin jew x’imkien iehor. Il-Mosta biss baqghet tezisti, anzi kibret, issahhet u zviluppat. Ta’ min jghid li l-Mosta kienet imdawwrra b’mhux inqas minn tmien irhula f’dawn iz-zminijiet. Dawn l-imkejjen kienu Rahal Calleja, Rahal Hobla, Rahal Pessa jew Bise, Rahal Sir, Rahal Dmigh jew Dimekk, Rahal Kircipulli, Rahal Brabar u Rahal Mlit, li madankollu nsibuh f’dokumenti taz-zmien ta wara l-Medju Evu.
Xi dettalji ta’ xi whud minn dawn l-irkejjen rurali
Rahal Calleja jidher fl-atti notarili tan-Nutar Vassallo ta’ l-1495, u f’dawk tan-Nutar Chanchur ta’ l-1515. Jissemma wkoll fil-Lista tal-milizzja ta’ l-1419. Din il-lista ma kinietx roster li juri d-dmirijiet militari li kellhom iwettqu l-irgiel Maltin biex b’hekk izommu ghassa kontinwa madwar (p.18) ix-xtut kontra l-hbit mill-ghadu fuq il-Gzejjer Maltin. Hafna drabi l-ghedewwa kienu jkunu s-sibbien Musulmani li kienu jhufu fil-Mediterran u jkaxkru kull ma jsibu fl-artijiet li jahbtu ghalihom. Il-Mosta kellha esperjenzi koroh ta’ dawn l-attakki tal-furbani.
Hal Calleja jidher li kien vicin hafna tal-Mosta ghax kemm fil-Lista tal-Milizzja ta’ l-1419-20 u f’dik ta’ l-1425 dawn iz-zewgt irhula qedghin miktubin flimkien u l-irgiel li kienu indikati ghas-servizz ta’ l-ghassa tpoggew fi grupp wiehed daqs li kieku z-zewg lokalitajiet kienu haga wahda. Dan ma jfissirx li kienu rahal wiehed ghax f’dokumenti tas-seklu sittax nies joqoghdu jew gejjin minn Casali Calleya kienu jigu indikati specifikament li huma minn dan ir-rahal. Dan l-irhajjel jidher li kien diga nbela’ mill-gar tieghu l-Mosta fl-ewwel ghoxrin sena tas-seklu sbatax ghax f’dan iz-zmien kien deskritt biss bhala bicca art fir-rahal tal-Mosta. Fil-fatt Rahal Kalleja jew Calleja jidher li kien ghad kellu ghallinqas resident wiehed fl-1549 imma kien tbattal ghal kollox sa l-1610.
Rahal Hobla kien rahal ckejken iehor qrib hafna tal-Mosta. Jissemma' fl-atti notarili tan-Nutar De Caxario fl-1538. Xi fdalijiet imgarrfa ta’ l-abitazzjonjiet ta’ Hal Hobla jew Hobula kien ghadhom jidhru fil-bidu tas-seklu sbatax. Fl-1538 Hal Hobla kien indikat li jaghmel mill-erja ta’ Hal Calleja imma sa l-1618 kien sar parti mill-Mosta. Hu probabbli li Hal Hobla qatt ma kien aktar minn ftit abitazzjonjiet u c-cokon tieghu jidher ukoll mill-fatt li rgiel minn hawn ma jidhrux fil-listi tal-milizzja ta’ l-1419, u l-1425 u l-anqas fil-lista ta’ l-angara ta’ l-1485. Dil-lista ta’ l-angara kienet tindika l-irgiel li kellhom jaghtu servizz ta’ xoghol bla hlas f’xoghlijiet pubblici li kienu qed isiru f’dak iz-zmien.
Jista' jkun ukoll li jekk kien hemm xi rgiel li jaqghu taht l-obbligu tal-milizzja jew tax-xoghol b’xejn ghall-pajjiz dawn tpoggew fil-lista kombinata ta’ Musta/Kalleja. Ipotesi li ma tistghax tigi skartata hi li Rahal Hobla kien vicin hafna, jekk mhux ukoll, parti integrali minn Rahal Kalleja.
Rahal Sir ma jidhirx li kien importanti u forsi juri wkoll ic-cokon tieghu. Jissemma’ darba fl-atti noianli ta’ l-1536 u darbohra f’ta l-1538. Madankollu dan l-isem jista jigi assocjat ma' Wied Ziri li qieghed vicin ir-Rotunda tal-Mosta. Dan il-wied jissemma' hafna qabel Hal Sir ghax jidher fl-atti tan-Nutar Sabbara ta l-1496. Hu mahsub li kemm Hal Sir kif ukoll Hal Kalleja kienu diga gew abbandunati qabel ma assorbithom il-Mosta.
Rahal Pessa jew Bise kien wiehed minn dawk l-irhula li dam jezisti bhala lokalita ghalih, zgur sas-seklu sbatax. Ismu x’aktarx li gej mill-kunjom Di Pisa li biz-zmien sar Pisan, u aktar tard, Pisani. Kien vicin u marbut ma Hal Dimekk. Hal Bise jew Pissa kien mifrux mhux hazin u kien jinkludi dik l-art kollha mill-Besbizija sa fejn illum tinsab il-Fortizza tal-Mosta. Hal Bise kien marbut ukoll mal-knisja ddedikata hi San Zakkarja u li biz-zmien tat isimha liz-zona tal-madwar. Hekk Zakkarija sas-seklu sbatax saret Zokrija u hekk ghadna nafuha sal-lum.
Kien rahal b’firxa konsiderevoli. Per ezempju n-Nutar Attard fl-1624 jindika li l-Kappella ta’ Santa Katerina li tinsab fil-wied taht il-Fortizza tal-Mosta kienet fl-artijiet ta’ Hal Pessa. Konferma li Hal Pessa kien ghadu zgur abitat sal-bidu tas-seklu sbatax taghtihulna nota fil-Ktieb tal-Maghmudija tal-Parrocca tan-Naxxar li tindika li fil-15 ta’ Settembru 1609 Dun Gwann Bezzina ghammed lil Vincenzo, iben Gregorio Xerri li l-parrinu tieghu kien Gulju Bezzina mill-Mosta u li joqghod Hal Pisa. Ismijiet ohra ghal dan ir-rahal kienu Bisse, Pisse u Pixe.
Ghalkemm dam jezisti ghal hafna zmien, sa nofs is-seklu sbatax, missier l-Istorja ta’ Malta, Gan Frangisk Abela jghidilna li ma kien baqa’ xejn minnu hlief ismu.
(p.19) Rahal Dimekk kien vicin Hal Pessa ghax fil-lista tad-Dejma ta’ l-1419-20 jitnizzlu flimkien. Jinkiteb ghala Casali Bise et Dimag. Hemm indikazzjoni li Rachal Dumeh jew Dumag jew Dimech, gie abbandunat matul il-perjodu bejn l-1420 u l-1425 ghax ma baqghux jidhru rgiel li gejjin minn hemm biex jaghtu servizz fil-milizzja u n-nies li kienu jghixu hemm jidher li generalment marru joqoghdu f’irhula ohra tal-vicin.
Dan ir-rahal, anki jekk battal, baqa jissemma’ fl-atti notarili. Nghidu ahna n-Nutar Vassallo jsemmih fl-1488 u fl-1530. F’dan l-ahhar dokument tissemma’ l-ghalqa tal-Qares, post li ghadu marbut sall¬um mal-Kappella ta’ Sant Andrija, appuntu maghrufa bhala tal-Qares. Madwar nofs is-seklu sbatax Gan Frangisk Abela jerga’ jghid li minn dan ir-rahal ma kien baqa xejn wieqaf hlief ismu.
Dawn huma l-irhejjel, illum mitlufa, li sawru l-Mosta taghna. Naraw evoluzzjoni naturali li bil mod il-mod eliminat kull imkien izghar jew iktar dghajjef u halliet dak li f’ghajnejn in-nies tal-posi deher l-ahjar biex jibqghu jghixu fih. Hekk twieldet, tfarfret u kibret il-Mosta biex minn ftit ghexieren ta’ abitanti, illum tghodd bhala t-tieni l-ikbar lokalita fil-Gzejjer Maltin.
Referenzi
- G.F Abela, Della Descrittione di Malta (Malta. 1647).
- S Fiorini, Il-Mosta u l-inhawi ta' madwar fiz-Zmien tan-Nofs, G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005)
- G. Wettinger, The Lost Villages and Hamlets of Malta, A.T. Luttrell (ed.), Medieval Malta Studies on Malta before the Knights (Londra, 1975)
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta, 2000)