The Mosta Archives Banner

Inawgurat il-Monument tal-Millenju


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2001


Il-Monument tal-Millenju fil-MostaIl-Monument tal-Millenju li tpogga fejn il-Berga

(p.8) F’Jum il-Mosta, 16 ta’ Settembru 2001, gie inawgurat monument tal-Millenju bit-tema l-ghaqda u l-bzulija. Il-komunita hija l-qofol tal-hsieb wara dan il-monument. Il-Mosta kibret u ghalhekk tilfet l-aspett ta’ rahal. Ghalhekk il-Mostin kollha ghandhom jahdmu flimkien biex jilqghu l-isfida li toffri l-belt tal-Mosta. Ghalhekk xehda mnaqqxa fuq gebla kbira, bhala simbolu ta’ l-ghaqda, ftehim, xoghol u frott. Savio Deguara gie ispirat min-natura ta’ rahal twelidu.


Informazzjoni dwar l-iskultur


L-iskultur Mosti Savio DeguaraL-iskultur Mosti Savio Deguara.

Savio Deguara twieled fl-1971. L-interess fl-arti skoprieh f’eta kemmxejn matura meta ta’ sittax-il sena dahal fl-iskola ta’ l-Arti u l-Artigjanat Salvatore Dimech tal-Mosta, fejn huwa specjalizza fl-iskultura fl-injam taht Joseph Camilleri u Angelo Agius fil-gebel.


Bejn l-1988-90 studja l-mudellatura fit-tafal fl-iskola ta’ l-Arti fil-Belt Valletta ma’ Joseph Casha. Bejn l-1993-1997 huwa studja l-iskultura f’|Perugia fl-Accademia di Belle Arti Pietro Vannucci fejn fost l-ohrajn studja fl-injam, fl-irham u fil-bronz.


Waqt it-tielet sena f’Perugia, Savio rebah scholarship ta’ tliet xhur biex jistudja l-iskultura fl-Unversita ta’  Barcelona. Lura Malta fl-1997 ghamel il-PGCE fl-Arti, fl-Universita ta’ Malta.


Savio ha sehem f’diversi wirjiet kemm f’Malta kif ukoll barra. Fost dawn insemmu l-wirja fil-Markiz Mallia Tabone jew ahjar fir-razzett tat-Talent Mosti.


Fl-1995 ghamel l-ewwel wirja bit-titlu Pellegrin tat-Trab fil-Muzew tal-Fine Arts.


Barra minn Malta ha sehem fi Sqallija f’Mediterraneo Stage Internazionale di Scultura u fil-Contemporary Art of the Mediterranean Countries fi Brussels fil-Belgju, kif ukoll f’wirja ohra 2001 Biennale for the Young Artists of the Mediterranean f’Sarajevo fil-Bosnia Herzegovina.