The Mosta Archives Banner

Apprezzament, Mons. Dun Salv Sammut


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2001


Apprezzament

minn Ivan Scerri


Mons. Dun Salv SammutMons. Dun Salv Sammut

(p.8) “Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-girja tieghi, harist il-fidi, issa hemm merfugha ghalija l-kuruna tal-gustizzja li jaghtini, f’dak il-jum il-Mulej l-imhallef gust.”


Din is-silta mit-tieni ittra ta’ San Pawl lil Timotju, toqghod tant tajjeb ghal Monsinjur Dun Salv Sammut, l-aktar sacerdot anzjan tal-parrocca tal-Mosta, f’jum meta l-Mulej Gesu Kristu ghogbu jsejjahlu ghal ghandu, nhar l-Erbgha 9 ta’ Mejju 2001, fl-ghomor ta’ 89 sena, li minnhom serva lill-Knisja ghal 65 sena bhala sacerdot f’hajja qaddisa u ezemplari. Dun Salv Sammut twieled il-Mosta nhar il-festa ta’ Sant’Elena, 18 ta’ Awissu 1911.


Gie ordnat sacerdot fil-21 ta’ Dicembru 1935, fil-knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Portpo Salvo (San Duminku) il-Belt Valletta.


Matul il-hajja sacerdotali tieghu Dun Salv wettaq bosta xoghol ta’ l-appostolat bl-akbar fedelta, ghozza u mhabba ghax tassew kien qaddej ghaqli tal-Mulej.


Hadem hafna ghall-parrocca tal-Mosta, l-iktar fost it-tfal fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu fejn waqqaf l-Azzjoni Kattolika tal-Guvintur.


Hu l-fundatur u kien ghal diversi snin l-ewwel direttur ta’ l-Oratorju tal-bniet Marija Immakulata tal-Mosta.


Kien bil-hidma u t-thabrik tieghu flimkien ma’ l-Arcipriet tal-Mosta ta’ dak iz-zmien Dun Bartilmew Bezzina (illum Monsinjur tal-Katidral ta’ Malta) u ta’ Dun Alfred Camilleri (illum Arcipriet tal-Kolleggjata ta’ San Pawl tal-Belt Valletta), li fis-sena 1975 dan l-Oratorju gie inawgurat gewwa dar kbira, fi Triq it-Torri, post adattat hafna ghat-taghlim tad-duttrina.


Din id-dar kienet giet moghtija mill-ahwa Mostin Frangisk, Guzeppa u Grazzja Borg.


Kien ukoll Assistent Ekklezjastiku ta’ l-Azzjoni Kattolika, fergha tal-bniet tan-nisa fl-istess Oratorju.


Il-hidma ghall-vokazzjonijiet sacerdotali u religjuza kellhom post specjali fil-qalb u fil-hajja ta’ Dun Salv Sammut, fejn ghal diversi snin kien ukoll Direttur Spiritwali fis-seminarju ta’ l-Arcisqof.


Il-Mulej tah ix-xorti kbira li jara zewg neputijiet u zewg proneputijiet sacerdoti, kif ukoll diversi sacerdoti, l-aktar Mostin, jafu l-vokazzjoni taghhom lil dan is-sacerdot twajjeb u qaddis.

Wara hidma twila u siewja b’rizq il-Knisja Maltija, bhala rikonoxximent ghal dan ix-xoghol sacerdotali li wettaq, fis-sena 1981 gie mahtur Monsinjur Onorarju tal-Katidral Metropolitan ta’ Malta.


Dun Salv Sammut kien sacerdot devot kbir tal-Madonna, tant li mid-dar tal-Kleru, fejn kien irtirat ghal dawn l-ahhar 23 sena, hadem hafna biex ixerred aktar devozzjoni lejn il-Madonna.


F’dawn l-ahhar snin kien ippublika zewg kotba dwar il-Madonna ta’ Naju fil-Korea t’Isfel (1994) u Rosa Mystica, il-Madonna tkellimna b’dehriet f’Montichiari, l-Italja (1990).


Il-funeral tieghu sar il-Hamis 10 ta’ Mejju, fil-knisja Rotunda tal-Mosta, fejn saritlu quddiesa koncelebrata mmexxija minn Mons. Annetto Depasquale, Isqof Awziljarju ta’ Malta, flimkien ma’ ghadd ta’ sacerdoti fosthom il-Kleru tal-Mosta u l-Kapitlu tal-Katidral ta’ Malta.


Matul il-quddiesa ha sehem kif kien xieraq il-Kor Shalom ta’ l-Oratorju Marija Immakulata, Oratorju li tieghu Dun Salv Sammut kien fundatur u Direttur mill-aktar habrieki.


Wara saret id-difna fic-cimiterju tal-Parrocca tal-Mosta fil-qabar tal-familja.


O Mulej, int ghamilt il-qaddej tieghek is-sacerdot Mons. Dun Salv Sammut ghas-servizz qaddis tieghek f’din id-dinja, ilqghu issa ghal dejjem fil-hena u fil-glorja tas-sema. Amen.


Apprezzament

mill-Membri ta' l-Oratorju Marija Immakulata


(p.10) Kien id-9 ta’ Mejju 2001, propju fil-jum li fih il-Papa ibbeatifika tlieta minn hutna Maltin,  meta fil-ghaxija griet l-ahbar li Dun Salv Sammut halliena. Ahna l-membri ta’ l-Oratorju tlifna benefattur kbir ta’ l-Oratorju taghna. Minn fommna hareg l-istess kliem – miet qaddis; mar hdejn il-beati l-godda.


Ftakarna, ghaziz Dun Salv, f’dawk l-ewwel snin ta’ l-Oratorju u l-hidma tieghek fostna. Ma nistghux ma napprezzawx is-sehem tieghek biex akkwistajna l-post, irrangajnieh u armajnieh biex jilqa’ fih it-tfal u l-istudenti bniet ghat-taghlim tad-duttrina.


Kont l-ewwel direttur u d-direzzjoni li tajt lill-Oratorju kienet importanti. Mill-bidunett qbadna t-triq it-tajba u bqajna mexjin dejjem ‘il quddiem.


Kont int li nissilt fina l-imhabba ghat-taghlim u ghall-informazzjoni tajba u soda. Niftakruk iddur il-klassijiet tad-duttrina, tghid kelmtejn lit-tfal u wara tqassam xi santa jew helu. Imma fuq kollox, rawwimt fina l-imhabba lejn Ommna Marija li dejjem sibnieha ta’ ghajnuna fid-diffikultajiet li ltqajna maghhom.


Ma ninsew qatt ix-xena ta’ studenti madwarek jghidu r-ruzarju quddiem kwadru zghir tal-Madonna tal-Bon Kunsill u t-talba ta’ konsagrazzjoni lis-Sinjura Omma taghna Marija ghadha tidwi fl-Oratorju. Kemm domt maghna kienet tolqotna l-ghaqda tieghek ma’ Alla u l-hidma siekta tieghek. Kont dejjem prezenti u disponibbli, lest b’xi parir tajjeb. Meta ma bqajtx maghna komplejt tiehu nteress fina u titlob ghalina u minn zmien ghal zmien tibghatilna xi ktieb.


Kont thobb tqatt’ ftit zmien il-gnien ta’ l-Oratorju u tizra’, thawwel u taqta’ l-haxix hazin u llum ghadhom jikbru l-ward u l-fjuri tal-gilju u tal-bastun ta’ San Guzepp li hawwilt int. Ghadha tikber u taghti l-frott ukoll iz-zerriegha tat-taghlim it-tajjeb li zrajt fostna.


Grazzi Dun Salv ta’ kemm hdimt biex l-Oratorju seta’ jibda l-hidma tieghu.


Grazzi ta’ l-ezempji sbieh li dejjem tajt lilna l-membri.


Bl-ghajnuna t’Alla u ta’ Ommna Marija, li int tant kont thobb, ahna se naghmlu hilitna biex iz-zerriegha li zrajt int, tat-taghlim tad-Duttrina Kattolika fl-Oratorju, nibqghu niehdu hsiebha.