The Mosta Archives Banner

Mons. Alan Fenech

minn Guze Agius


Il-Mosta: Frar – Marzu 1966


Monsinjur Alan FenechMons. Alan Fenech

Mons. Alan Fenech, jew kif jafu kulhadd Patri Alan twieled il-Mosta fis-27 ta' April, 1911, minn Guzeppi Fenech u Marija Sammut. Wara li temm l-iskola tal-Gvern, dahal fis-St. Paul's Secondary School tal-Belt. Ta' 16-il sena, haddan l-Ordni Dumnikan u ghamel il-professjoni fil-25 ta' Novembru, 1929. Wara li spicca t-teologija fil-Kunvent tar-Rabat, gie ordnat Sacerdot fil-Kattidral ta' l-Imdina mill-Arcisqof Dom Mauro Caruana, O.S.B. Imbaghad gie mibghut f'Toulouse, fi Franza biex jispecjalizza fil-filosofija, mnejn, wara sentejn, kiseb il-lawrja Magna Cum Laude. Wara Toulouse mar fl-Angelicum ta' Ruma biex jibda kors ta' teologija, fejn kellu professuri maghrufa. Ha l-Licenzjat fl-10 ta' Lulju 1938. Meta spicca l-istudju f'Ruma, gie msejjah biex ighallem il-Psikologija u l-Morali fil-Kunvent tar-Rabat. F'dan l-istess zmien, bdiet tikber il-fama tieghu bhala predikatur u konfessur. Faqqghet il-gwerra, u Patri Alan gie mibghut bhala Chaplain, fejn sar veru missier tas-suldati kollha. Madanakollu qatt ma warrab l-istudji; hekk narawh jikseb il-Lawrja tat-Teologija Summa Cum Laude fit-13 ta' Lulju, 1944.


Fis-Seminarju ta' Ghawdex


Fis-16 ta' Settembru, 1946, Patri Alan gie mahtur mill-Isqof Mons. Pace, ta' Ghawdex, biex ighallem l-Iskrittura u t-Teologija Axxetika-Mistika kif ukoll il-Pastorali fis-Seminarju tieghu. Il-qassisin kollha li kienu studenti tieghu jistghu jghidu b'liema hegga u mhabba kien u ghadu jaghti l-lezzjonijiet imsejsin fuq it-taghlim ta' San Tumas. Fl-1960, l-Isqof fdalu l-Kattedra tat-Teologija Dommatika li ghadu jispjega sallum.


Kappillan tal-Munxar


Fis-26 ta' Jannar 1959, wara konkors ghall-Parrocca l-gdida tal-Munxar, Dun Alan lahaq l-ewwel Kappillan. Fost il-ferh tal-poplu, ha l-pussess fit-8 ta' Marzu, 1959. Hadem bla heda ghall-gid tal-parrocca; dan jixhdu l-qima u l-imhabba tal-Munxarin kollha li ngibdu lejh f'qasir zmien, migbudin mill-imgieba tieghu ta' missier, specjalment mal-moribondi u maz-zaghzagh. In-nies kollha kienu jitghaxxqu bit-tifsir tal-Vangelu u tal-Katekizmu ta' nhar ta' Hadd u ghal 7 snin shah imlew il-maqdes ta' San Pawl milqutin mil mod prattiku tat-tifsir tieghu.


Monsinjur Teologu tal-Kattidral


Fis-16 ta' Settembru 1965, sar konkors ghat-Teologat tal-Kattidral ta' Ghawdex, li fih il-Kappillan tal-Munxar gie mahtur Monsinjur Teologu tal-Kattidral. Tnikket il-poplu tal-Munxar meta xterdet din l-ahbar u beka l-firda tieghu; u ferah il-poplu tar-Rabat. Ha l-pussess ta' Monsinjur fl-1 ta' Novembru, 1965, u b'hekk, mehlus mill-piz tal-parrocca, jista' jintefa aktar bil-qawwa ghall-qrar u l-predikazzjoni li huwa tant ihobb. Lil dan il-Mosti li ghamel isem, nixtiequlu kull success fl-oqsma kollha tal-ministeru tieghu u nghidulu: Ad multos annos.