Lejl Marjan
Il-Mosta: Settembru - Novembru 1980
(p.2) Nhar is-Sibt 9 t'Awissu, il-parrocca taghna organizzat Lejl Marjan biex tfakkar il-hames anniversarju ta' l-Inkurunazzjoni ta' l-Assunta u bhala parti mit-Tigdid Marjan imniedi mill-Isqfijiet tal-Gzejjer Maltin ghall-perjodu bejn it-8 ta' Mejju u t-8 ta' Dicembru ta' din is-sena.
Il-purcissjoni telqet mill-knisja arcipretali fid-9:00p.m. L-istatwa ta' Santa Marija, ghat-tieni darba f'hames snin inharget processjonalment mill-knisja akkumpanjata mill-Kleru u l-Poplu tal-Mosta. Ghaddiet minn Triq il-Kbira, Triq Sant'Anna, Triq Stivala, Triq it-Torri, Triq Ponsonby u Triq is-Sajf minn fejn harget ghal Triq il-Kungress Ewkaristiku. Saret ir-recta tar-Ruzarju Mqaddes u tkantaw innijiet religjuzi minn go karozza li nstaqet tul il-purcissjoni.
Il-pellegrinagg aux flambeaux beda minn Triq il-Kungress Ewkaristiku bil-kant ta' innijiet, talb u meditazzjonijiet minn fuq il-loudspeakers.
Il-poplu tal-Mosta ikkonkorra bi hgaru tant li, meta s-Salib tal-Via Sagra wasal il-pjazza, l-istatwa ta' Santa Marija kien ghadha fejn Triq Anglu Gatt taqsam Triq il-Kungress Ewkaristiku. In-nies, kbar u zghar, koppji, familji bil-prams u t-trabi, imxew erbgha erbgha kull naha tat-triq, kulhadd, tista' tghid bix-xemgha tixghel f'idu.
Malli waslet il-pjazza l-folla ngabret madwar iz-zuntier u laqghet l-istatwa b'capcip ghal darba, tnejn, tlieta.
Il-koncelebrazzjoni saret mill-Isqof Dom Angelo Mifsud O.S.B., Abbati ta' Monte Cassino, flimkien ma' membri tal-kleru Mostin u l-Arcipriet tan-Naxxar, ir-Rev. Dun Pietru Xuereb.
Fl-omelija tieghu l-Isqof Mifsud tkellem fuq l-ubbidjenza tal-Madonna lejn ir-rieda t'Alla."Il-Mostin zgur ihobbuha lill-Madonna. Il-prezenza taghkom hawn il-lejla dan tixhdu." Izda biex inkunu verament devoti tal-Madonna rridu nimitawha f'din il-virtu sabiha li naqdu lil Alla u li nhobbu lill-proxxmu taghna.
Ghat-Tqarbin, is-sacerdoti koncelebranti nizlu taht iz-zuntier biex iqarbnu lill-poplu li resaq bi hgaru. Il-Lejl Marjan spicca erba' minuti wara nofs il-lejl bil-kant ta' l-Innu Malti.
F'din l-okkazjoni hadu sehem il-Kor Santa Cecilja u l-Kor Shalom.