The Mosta Archives Banner

Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja l-qadima tal-Mosta ta' Tumas Dingli li saret nhar is-7 ta' April, 1774


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-lapida li tfakkar il-grajja tas-7 t'April 1774 tal-konsagrazzjoni tal-Knisja l-Qadima tal-Mosta li llum tinsab fil-kuritur li jghaqqad is-sagristijiet tar-Rotunda. Fil-quccata ta' din il-lapida tidher l-arma ta' l-Isqof Pellerano (1770-1780) li kien ikkonsagra l-knisja, flimkien ma l-arma tal-Gran Mastru Pinto (1741-1773) li fi zmienu Pellerano kien intghazel Isqof u li f'din id-data Pinto kien ilu mejjet aktar minn sena - fil-fatt il-Granmastru f'din id-data kien Ximenes (1773-1775).

D(eo) O(ptimo) M(aximo)
Lil Alla Wisq Tajjeb u Kbir.
SUMMI AETERNI NUMINIS ALMA DOMUS
Tempju glorjuz ta l-izjed gholi Alla bla tarf
EDEN NOVI ADAM PARADISUM ANIMATUM SUSCIPIENTI
INTEGERRIMAE DEIPARAE VIRGINI
COELORUM REGINAE SIDEREU(M) THALAMUM, REGALE DIADEMA PENETRANTI
Lill-Vergni li welldet ‘l Alla, milqugha kollha kemm hi
Qisha l-Eden, Genna kollha hajja t’Adam il-gdid,
Sultana tas-smewwiet, iddahlet fl-ghamar kollu kwiekeb b’kuruna rjali.

A MAIORIBUS IN AEVUM DICATA
Minn missirijietna (it-Tempju lilha) kien iddedikat mill-bidunett
QUAM NI XPIFIDELIBUS HEINC COMMORANTIBUS
SACRORUM MINISTERIORUM PLENITUDO DEESSET
Li biex l-insara li jghammru hawn
ma jigrix li jigu nieqsa minn kull ma jinhtieg ghas-servizzi qaddisa,

A FR. D. MARTINO ROJAS AN. DNI. MDLXXV IN PAROCHIALEM ERECTAM
Minn Fra Dun Martin Rojas fis-sena tas-Sinjur (taghna Gesu Kristu), 1575, kien imwaqqaf Parrocca,
A FR. D. THOMA GARGALLO IDIBUS SEPTEMBRIS MDCVIII,
PROPRIO PAROCHOCHO DONATAM
Minn Fra Dun Tumas Gargallo fit-13 ta’ Settembru 1608
Kien moghti Kurat tieghu,

FR. D. BALTHASSARE CAGLIARES MELIVETANO ANTISTITE ANNUENTE
REPARATAE SALUTIS ANNO MDCXIX,
Bir-rieda tal-Malti l-Isqof Fra Baldassar Cagliares,
1619 sena mil-kisba tas-Salvazzjoni,

A FUNDAMENTIS RESTAURATAM, CONCINNATAM INAUGURATAM
ATQUE TOT TANTORUMQUE PRAESOLUM RELIGIONE LATIUS
MAGNIFICENTIUSQUE EXORNATAM AQTUE DITATAM
Mil-qiegh gie mibni mill-gdid, irrangat, inawgurat
u b’fidi ta’ tant Prelati wisq
tkabbar u ssebbah, gie mghoni u mzejjen,

ILL.MUS ET R.MUS D.NUS FR. D. IOANNES PELLERANO EPUS MELITEN(SIS)
L-Illustrissimu u Reverendissimu Sinjur Fra Dun Gwann Pellerano, Isqof ta’ Malta,
SEDULITATE D.D. SALVATORIS XAVERII BONNICII,
EIUSDEM ECCLESIAE RECTORIS CURATIJ
Bit-thabrik tas-Sinjur Dun Salv Saverju Bonnici, Kurat Rettur tal-istess knisja,
PIACULARIBUS FAUSTISSi POPULI UNIVERSI CORRUSCANTIBUS VOTIS
bit-talbiet imqanqla ta’ ndiema tal-poplu kollu mimli b’tant ferh,
SOLL(EMNITER) RITU CONSECR(AVIT) DIE VII APRIL AN(NO) A PARTU VIRGINIS MDCCLXXIV
Gie kkonsagrat bir-riti solenni fis-7 t’April, 1774 mindu weldet il-Vergni,
EIUSQUE DEDICATIONIS MEMORIAM
U tifkira tal-konsagrazzjoni taghha
SINGULIS ANNIS SOLLEMNITER RECOLENDAM MANDAVIT
Ordna li tigi mfakkra kull sena solennament
DOMINICA SECUNDA POST PASCHA
Fit-tieni Hadd ta’ l-Ghid.