Celebrazzjonijiet memorabbli fuq iz-zuntier tar-Rotunda
minn Victor B. Caruana
Il-Mosta: Settembru - Dicembru 2000
(p.5) Nhar il-Hamis 10 ta’ Awissu 2000 kienet gurnata memorabbli fl-istorja tal-Mosta. Kien il-25 Anniversarju mill-Inkurazzjoni tax-xbieha ta’ l-Assunta fil-Kwadru Titulari li jinsab meqjum fir-Rotunda. Din l-Inkurazzjoni kienet saret fuq iz-zuntier mill-E.T. Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi, flimkien ma’ l-Isqof Awziljarju Mons. Guzeppi Mercieca u l-Isqof t’Ghawdex Mons. Nikol Cauchi.
Giet armata tribuna mill-isbah minn Vassallo Bros. taht it-tmexxija tas-Sur Joe Falzon, imzejna bi pjanti naturali mill-isbah. Mid-9:00am sa filghaxija saret Katina ta Ruzarju minn diversi ghaqdiet fil-parrocca. Fis-6:30pm saret purcissjoni minn diversi sacerdoti Mostin, immexxija mill-E.T. l-Isqof ta’ Lecce Mons. Cosimo Ruppi, li harget mill-Katekumenju.
Saret Quddiesa Pontifikali li fiha Mons. Ruppi ghamel omelija mill-isbah. Gie mahrug il-Kwadru Titulari u mqieghed f’nofs it-Tribuna. Il-Kor u l-Orkestra kienu taht it-tmexxija ta’ Dun Gwann Galea u hadu sehem ukoll il-Kor Santa Cecilja u l-Kor Shalom. Wara l-quddiesa b’tifkira tal-Gublew ix-xbieha ta’ l-Assunta giet imzejna bi tnax-il kewba tad-deheb.
L-ewwel kewkba tqieghdet mill-E.T. Mons Isqof Cosimo Ruppi li ppresieda din ic-celebrazzjoni. Hi l-Knisja li tara f’Marija s-sinjal kbir fis-Sema; mara liebsa x-xemx, bil-qamar taht riglejha u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.
Dun Salv Magro, li ghal aktar minn 50 sena qeda l-ministeru sacerdotali fil-parrocca tal-Mosta, pogga t-tieni kewkba f'isem is-sacerdoti Mostin. Huwa sellem lill-Madonna bil-kliem mill-Ktieb ta’ Guditta: “Int il-fohrija tal-poplu taghna: tkun imbierka mill-Mulej.”
Iz-zewg djakni mill-parrocca tal-Mosta, Joe Cilia u David Muscat, poggew it-tielet kewkba flimkien. Huma bhal Marija hassew li l-Mulej ghamel maghhom hwejjeg kbar, waqt li talbuha biex il-Parrocca tal-Mosta tkompli tkun ghammiela ta’ vokazzjonijiet sacerdotali u religjuzi..
It-tfajjel ckejken Ryan Pace li jattendi t-taghlim tad-duttrina nisranija fic-Centru tal-Parrocca tal-Mosta, flimkien mal-familja tieghu u f'isem it-tfal kollha, qieghed ir-raba’ kewkba filwaqt li talab: “Qaddisa Marija Omm Alla, itlob ghalina.”
Il-hames kewkba tqieghdet mit-tabib Sandro Vella li tghammed fir-Rotunda jumejn qabel l-Inkurazzjoni. Ommna Marija laqghet din l-offerta u maghha t-talba u l-hidma li ssir ghall-morda u ma’ dawk kollha li jinhtiegu l-ghajnuna.
Student fil-Kullegg Santu Wistin, Antoine Azzopardi, pogga s-sitt kewkba. F’sem shabu kollha l-istudenti, li qeghdin jittamaw f’futur sabih u hieni, talab lil Marija biex tghinhom jirbhu kull tfixkil u twassalhom lejn dak li tassew jista’ jkun il-hena taghhom.
Swor Pawlina Bonavia tal-Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu, li tahdem fi sptar ta’ l-Anzjani f’Mackay, l-Awstralja, poggiet is-seba’ kewkba. Inhassu prezenti l-ghadd ta religjuzi Mostin imxerrda fil-Knisja fil-Missjoni, waqt li jtennu “Hawn jien, gejt naghmel ir-rieda tieghek.”
Il-familja Bezzina qieghdet it-tmien kewkba b’sinjal ta’ fidi li hdejn Marija fis-Sema, bhal kewkba sabiha, hemm it-tfajjel taghhom Joseph li tar lejha sitt xhur ilu. Hi laqghet it-talba tieghu li kien itennilha: “O Madonna, kemm int sbejha qatt ma nixba’ nhares lejk, meta tohrog ir-ruh tieghi, int ilqaghha gewwa idejk.”
Il-hidma tal-lajci fil-Knisja llum hi mportanti hafna. John Delicata, membru fis-Socjeta tal-MUSEUM u katekista ghal bosta snin fil-parrocca tal-Mosta, qieghed id-disa’ kewkba, f’isem dawk kollha mpenjati fil-hidma pastorali fil-komunita parrokjali tal-Mosta.
Il-koppja mill-Mosta Angelo u Donna Dimech, emigranti f’San Francisco, l-Amerika, poggew l-ghaxar kewkba, filwaqt li lissnu t-talba li l-emigranti Maltin ikunu dejjem xhieda hajja tat-twemmin Nisrani fl-artijiet li laqghuhom.
Il-hdax il kewkba poggietha Fransina Borg, omm u nanna, li bhan-nisa li kienu jaqdu lill-Mulej, flimkien ma’ ohrajn, tghin u taqdi tul is-sena kollha fit-tempju tar-Rotunda. Joqghod fuq fommha kliem is-Salmista: “Tixxennaq ruhi ghat-tempju tal-Mulej.”
L-Arcipriet Dun Joe Carabott xtaq li t-tnax u l-ahhar kewkba jqeghduha dawk li hallew il-fidi nisranija kattolika, dawk li jhossuhom emarginati u mwarrbin fil-Knisja, dawk li minhabba s-sitwazzjonijiet partikulari ma jistghux jiehdu sehem shih fil-hajja tal-Knisja ... biex il-Madonna tkun ghalihom ukoll farag, ghajnuna u tama. Minhabba li dawn ma kienux hemm, poggiha huwa stess f’isimhom u flokhom.
Wara c-cerimonja tat-tqeghid tal-kwiekeb, saret purcissjoni bil-kwadru bis-sehem tal-Banda Nicolo Isouard u l-Banda Santa Marija, flimkien mal-Kor Shalom li kanta innijiet Marjani. Fi tmiem il-purcissjoni nghatat il-Barka Sagramentali fuq it-Tribuna.
(Ghall-video tal-okkazjoni ara link)