Fakkarna l-Kungress ta’ l-1913
Editorjal
Il-Mosta: Mejju – Gunju 1988
Nhar is-Sibt, 16 ta’ April, 1988 fis-Sala Parrokkjali giet miftuha esebizzjoni ta’ ritratti u oggetti diversi li jfakkur fil-Kungress Ewkaristiku li sar fil-Mosta fl-1913. Il-ftuh ufficjali sar mill-Eccellenza Tieghu Dr. Alexander Cachia Zammit, Ambaxxatur ta’ Malta ghas-Santa Sede. Fost l-ohrajn gew esebiti numru sabih ta’ riproduzzjonijiet ta’ ritratti originali ta’ dan l-avveniment storiku. Ix-xoghol fuq dawn ir-ritratti sar mis-Sur Joe Vella, FRPS, EFIAP. L-esebizzjoni kienet organizzata mis-Sur Joe Vella, is-Sur Joe Bartolo u s-Sur Joe Agius bl-ghajnuna tas-Sur Tony Terribile.
(p.1) Il-Mosta fakkret il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta’ l-1913 kif kien jixraq. Hekk sar 25 sena ilu u hekk sar fl-1938-1939.
Saru konferenzi, laqghat ta’ preparazzjoni ghal kull min ghandu parti diretta ma l-Ewkaristija, esebizzjoni u fuq kollox, kif kien jixraq, Pontifikal minn Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca mdawwar mill-Kleru tal-Mosta.
Dakinhar, il-Hadd, 24 ta’ April, ir-Rotunda kienet mimlija daqs bajda bil-fidili li hafna minnhom gew minn diversi nhawi ta’ Malta. Mons. Arcisqof qal li ahna ma ngbarniex biex infakkru grajja tal-passat, li ghaddiet, izda biex niggeddu u nimtlew b’certa qawwa u kuragg ghal iktar gid u hidma fost il-komunita li taghha ahna parti.
L-unika dizappunt li kellna kien li l-purcissjoni li kellha ssir filghodu wara l-Pontifikal ma saritx minhabba x-xita. Madanakollu saret purcissjoni madwar il-knisja minn gewwa mmexxija minn Mons. Arcisqof.
Il-Hadd, 5 ta’ Gunju, festa ta’ Korpus, wara l-quddiesa solenni ta’ filghaxija mmexxija mill-Arcipriet Dun Joe Carabott, saret purcissjoni denja ta’ Kungress Ewkaristiku. Il-Kleru, il-fratellanzi, l-ghaqdiet tal-parrocca, it-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina, il-baned Nicolo Isouard u Santa Marija, u l-poplu hareg bi hgaru biex isellem lil Gesu Ewkaristija. It-tizjin tat-toroq bil-qsari, tapiti u bnadar juru kif u fejn ghadha thabbat il-qalb Mostija.
Jalla dak li smajna, rajna u habrikna ghalih ma jkunx bhan-nida ta’ filghodu li ma l-ewwel raggi tax-xemx jevapora u jispicca.