F’gheluq il-75 sena mill-Kungress Ewkaristiku ta’ l-1913
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Jannar – April 1988
(p.10) L-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar hawn Malta mit-23 sas-27 ta’ April ta’ l-1913 kienet grajja mill-kbar nett fl-istorja ekklezjastika tal-Gzejjer Maltin. Dawk li jiftakru jghidu li tul il-Kungress kollu mewga ta’ ferh qaddis hakmet il-qlub tal-kotra tal-Maltin. Minghajr dubju l-iktar li ferhu kienu l-Mostin ghax f’dawk l-ahhar jiem ta’ April ta’ hamsa u sebghin sena ilu l-knisja ghaziza tar-rahal twelidna kellha l-unur kbir u rari li tilqa’ fiha hames Kardinali, fosthom il-Legat tal-Papa San Piju X, hmistax-il Arcisqof, hamsa u erbghin Isqof, prelati, kbarat Maltin u barranin u kungressisti ohrajn mid-dinja kollha migburin ilkoll f’Kungress f’gieh ta’ Gesu Ostja.
Il-kumitat nazzjonali li kien twaqqaf apposta dam hafna jtella’ u jnizzel fejn kellhom isiru dawn il-laqghat tal-Kungress, izda fl-ahhar jidher li s-sens komun rebah u ghalhekk intghazlet il-Knisja Arcipretali taghna, knisja ta’ kobor u gmiel, knisja mibnija b’tant tbatija u mhabba minn poplu tassew Nisrani, knisja ta’ ghamla tonda bhad-dinja u ghalhekk xierqa li tilqa’ fiha kungress migbur mid-dinja kollha, knisja fuq kollox li fil-ghamla taghha hija tonda wkoll bhall-Ostja Mqaddsa.
Minn ritratti tal-Kungress li ghad hawn fostna wiehed jista’ jkollu hjiel sewwa tad-dehra li kien hemm gewwa u barra l-Knisja. Nafu li l-knisja kienet armata bhal f’Santa Marija. B’xorti tajba l-knisja kienet diga mzejna b’hafna minn dawk l-opri sbieh li ghadna ngawduhom sallum. X’tizjin isbah seta’ jkollha r-Rotunda, isbah mill-pittura ta’ dawk it-tmien lunetti kbar b’xeni mill-hajja ta’ Kristu, il-Hobz Haj tad-dinja? It-triq maghrufa fostna bhala “It-Triq il-Gdida”, li sa dak iz-zmien kien ghadha jisimha “Via Nuova Valletta”, kienet imsaqqfa b’festuni, bandieri tal-gnus kollha u armi bi xbihat u kitbiet fuq l-Ewkaristija; l-istess tizjin kien idawwar il-pjazza ta’ quddiem il-knisja.
Fuq dan il-Kungress hawn kotba shah x’wiehed jaqra. Inghidu biss xi haga zghira dwar dak li gara matul il-laqghat li saru gewwa l-Knisja tal-Mosta tul il-Kungress.
L-ewwel Laqgha
Il-Kungress fetah ghall-habta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar ta’ l-Erbgha, 24 ta’ April, 1913. Il-Kardinal Duminku Ferrata, il-“Mibghut” tal-Papa wasal il-Mosta f’karozzella migbuda minn erba’ zwiemel u gie milqugh mill-Mostin u minn hafna Maltin ohra b’ghajat ta’ ferh, capcip, xita ta’ ward u fost id-daqq ferriehi tal-Banda taghna Nicolo Isouard u l-qniepen tal-Parrocca. Il-Legat ghogbu l-ewwel izur lill-Arcipriet Dun Pawl Mallia, ghand min iltaqa’ wkoll mal-Kardinali Nava u Lualdi, ma hafna Isqfijiet, kif ukoll mal-Kumitat tar-Rahal.
Minghand l-Arcipriet marru l-knisja. Fuq it-tarag taz-zuntier gew milqughin mill-Isqof Awziljarju ta’ Malta Patri Ang. Portelli O.P. u mill-Kumitat Ezekuttiv. Il-Legat u z-zewg kardinali msemmija hadu posthom fuq pultruni homor fuq it-tarag ta’ l-altar maggur. Fuq in-naha ta’ l-Epistola poggew l-Isqfijiet. Fuq in-naha ta’ l-Evangelju qaghdu l-membri tal-Kumitat Permanenti tal-Kungressi u fuq din in-naha kien hemm imwaqqfa tribuna ghal dawk li kellhom jitkellmu.
Kien fetah id-diskorsi (bit-Taljan) il-President tal-Kumitat tal-Kungressi, Mons. Tumas Heylen, l-Isqof ta’ Namur fil-Belgju, li kiteb ukoll telegramm lill-Papa. Warajh tkellem is-Segretarju tal-Kungress ta’ Malta, Mons. Pawlu Gauci, li qara l-breve tal-Papa bil-Latin. Imbaghad tkellem il-Legat bit-Taljan fuq l-Ewkaristija u Malta. Ghall-kliem tal-Kardinal wiegeb bit-Taljan ukoll, l-Isqof ta’ Malta Mons. Pietru Pace. Wara Mons. Portelli O.P. qara tislima bit-Taljan lill-kungressisti f’isem il-Kleru, u l-Markiz Dr. Alfredo Mattei qara tislima bl-Ingliz lill-kungressisti f’isem ic-cittadini. Wara dawn tkellem l-Isqof Emard ta’ Valleyfield fil-Kanada, li wiegeb bil-Franciz ghat-tislima ta’ Malta. Ghalaq id-diskorsi ta’ dik l-ewwel laqgha il-Gizwita Patri Vincenz Sammut, li fisser x’inhu l-Kungress f’diskors bit-Taljan.
It-tieni Laqgha
L-ewwel tliet laqghat jigifieri dawk tat-23, 24 u 25 ta’ April, kienu saru lkoll fit-3:30 ta’ fil-ghaxija. It-tieni laqgha, dik tal-Hamis, 24 ta’ April, kien fetahha l-President tal-Kungressi Mons. Heylen. Kien tkellem warajh bit-Taljan Mons. Lwigi Farrugia D.D. fuq Malta Ewkaristika. Saru mbaghad diskorsi bit-Taljan ukoll mill-Avukat Ganni Galea fuq il-Liturgija tal-Quddiesa u mill-Professur u poeta Karmelitan Patri Anastasju Cuschieri fuq il-Quddiesa Riparatrici. Din il-laqgha kien ghalaqha l-Abbati A.F. Leynaud, il-Kurat ta’ Susa fit-Tunezija b’diskors bil-Franciz fuq il-Quddiesa fl-istorja tal-Knisja ta’ l-Afrika.
It-Tielet Laqgha
Fit-tielet laqgha, li saret il-Gimgha, 25 ta’ April, il-President tal-Kungressi, l-imsemmi Mons. Heylen, rega tkellem l-ewwel, u bit-Taljan, billi qara t-twegiba tal-Papa ghat-telegramm li kienu baghtulu. It-tieni diskors ta’ din il-laqgha sar bl-Ingliz, mill-Primat ta’ l-Ingilterra, il-Kardinal Frangisku Bourne, fuq l-Ewkaristija u l-familja. L-Avukat Arturu Mercieca tkellem bit-Taljan fuq l-Ewkaristija u t-tfal, filwaqt li l-Frangiskan Wistin Gemelli tkellem bil-Franciz fuq l-Ewkaristija u Lourdes. L-ahhar diskors ta’ dik il-lejla sar bit-Taljan mit-Tabib Gan. Felic Inglott fuq il-Vjatku fl-ahhar hinijiet tal-hajja.
Ir-raba’ laqgha
Fit-tmienja ta’ filghodu ta’ nhar is-Sibt, is-26 ta’ April, il-Kardinal Frangisku Bourne gie biex jaghmel Pontifikal. Il-Mostin kienu ghamlulu laqgha li qanqlitu tassew. Fost il-hlejjaq li mlew ir-Rotunda f’dik il-ghodwa tar-Rebbiegha kien hemm id-Duka ta’ Norfolk, Lord Walter Kerr, Lord Clifford, Isqfijiet, Konslijiet u kbarat ohra. Ghal dan il-Pontifikal kien hemm kor mill-aqwa maghmul minn 70 kantant barra minn dawk ta’ l-orkestra. Wara l-Pontifikal il-Kumitat tal-Mosta resaq lejn it-tron tal-kardinal Bourne u l-President Onorarju, Mons. Alfredu Mifsud, indirizza lill-Kardinali. Wara tawh bukkett ward u ktejjeb bl-ingliz fuq il-Mosta miktub minn Dun Edgar Salomone, wara Kappillan u Monsinjur.
Din l-ahhar laqgha li kienet saret gewwa r-Rotunda bdiet fil-hdax ta’ filghodu u damet sejra sas-siegha ta’ wara nofsinhar. Il-laqgha kien fetahha Mons. Heylen, li tkellem bit-Taljan fuq il-Qima lil Gesu Ostja. Kienu tkellmu wkoll f’dik il-laqgha Patri Leanza S.J. Redattur tac-Civilta Cattolica li qara fuq dak li kien kiteb Mons. Zorn de Bulach fuq il-Konverzjoni tan-Nies tan-Nord, Mons. Guzeppi Farrugia fuq iz-zjara ta’ Filghaxija u s-Siegha Mqaddsa, u l-Magistrat Guzeppi Cremona, wara Mhallef, fuq il-gid li taghmel l-Ewkaristija fost il-Bnedmin. Dawn it-tliet oraturi kienu tkellmu bit-Taljan.
Wara dawn il-Konti Pawlu de Quinsonas, il-President tal-Jeunesse Catholique, qara rapport bil-Franciz u warajh l-Isqof ta’ Sivilja fi Spanja, il-Kardinal Almarezy Santos, ta tifhira lill-Maltin bl-Ispanjol. Fl-ahharnett ghalaq dik is-sensiela ta’ diskorsi Ewkaristici l-Kardinal Ferrata bit-Taljan. Wara l-Isqof Pietru Pace resaq quddiem il-Legat Domenico Ferrata flimkien mal-Kumitat Ezekuttiv u wara li qralu indirizz, tah kalci tad-deheb miksi b’gemmi prezzjuzi. Ta’ dan kollu l-Legat wiegeb u ta hajr bil-Latin. Hekk intemmu bhal holma sabiha dawk il-jiem qaddisa u hienja li zgur li jibqghu miktubin b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Mosta u r-Rotunda glorjuza taghha.
Tifkiriet
Bhala tifkira ta’ dan kollu t-triq ta’ quddiem il-knisja li ahna nafuha bhala “It-triq il-Gdida” u li dak iz-zmien kien jisimha “Via Nuova Valletta” issemmiet kif kien bil-wisq xieraq “Via Congresso Eucaristico”. F’Villa Grech Mifsud, fejn il-Kardinali u l-Isqfijiet kienu mistidnin ghal trattament u ritratt flimkien, kienet twahhlet irhama b’kitba li tfakkar dil-grajja. Mal-faccata tal-Knisja Arcipretali twahhlet ukoll lapida b’kitba Latina twila fuqha, xoghol il-Professur Dun Frangisk Sciberras, sabiex tibqa’ tfakkar dak kollu li ghadda minnu t-tempju monumentali tal-Mosta f’dak il-Kungress.
F’gheluq il-25 sena minn dan il-Kungress fil-Parrocca taghna kienu saru festi bhala tifkira u f’gheluq il-50 sena l-Arcipriet Bezzina kien ghamel festi xierqa biex ifakkar dil-grajja. Hekk ukoll hemm il-hsieb li jsir dis-sena sabiex nergghu ngeddu t-tifkira ta’ dak li gara 75 sena ilu.
Kienet tkun idea mill-isbah li, bhala tifkira, fuq il-frontispizju ssir u titpogga sfera li tirraprezenta l-Ewkaristija ghax il-Knisja tal-Mosta tista’ tissejjah ukoll u bi dritt kollu Il-Knisja tal-Kungress Ewkaristiku ladarba fiha ltaqa’ bhala post ewlieni l-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta’ l-1913, grajja glorjuza tal-Fidi Nisranija ghall-Gzejjer Taghna.
Referenzi
- L’XXIV Congress Eucaristicu Internazionali f’Malta – (1913) (mit-23 sas-27 ta’ April 1913) – P.F. Domenico Azzopardi S.Theol. Lec. O.P.
- Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha – E.B.Vella – (1930). Il-Hmistax-il Taqsima – Il-Kungress Ewkaristiku – pagni 218-226.