The Mosta Archives Banner

Il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali f'Malta (1913)

minn Michael Galea


L-ewwel parti – Il-Mosta: Jannar – April 1988


Eugenio Montanaro f'tahdita fuq l-iskultur Mosti Salvatore Dimech L-Arcipriet Dun Joe Carabott jipprezenta tifkira lil Dr.Eugenio Montanaro.

(p.5) Tahdita li saret mis-Sur Michael Galea b'tifkira tal-75 sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' Malta. It-tahdita saret bl-inizjattiva ta' l-Ghaqda Wirt Mosti nhar id-9 ta' Novembru, 1987


Mara twajba minn Tours fi Franza, jisimha Maria Tamisier, imqanqla minn devozzjoni qaddisa lejn l-Ewkaristija, Misteru tal-Fidi, gietha l-idea li jibdew isiru l-Kungressi Ewkaristici Internazzjonali bil-hsieb li jiehdu sehem fihom Insara mid-dinja Kattolika kollha1.


Din iz-zerriegha waqghet f'art tajba u b'dan il-mod nibtet l-idea tal-Kungressi Ewkaristici Internazzjonali kif nafuham illum u kif Malta stess kellha l-privilegg li tilqa' fuq ix-xtut taghha Kungress Ewkaristiku Internazzjonali.


Malta


L-ewwel wiehed li gietu din l-idea biex jitwettaq Kungress Ewkaristiku gewwa Malta u li habrek ghal dan il-hsieb kien il-Markiz Alfred Mattei, avukat, waqt li assista ghall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Londra fl-1908. F'dik l-okkazjoni beda jikkoltiva x-xewqa li dan il-Kungress Ewkaristiku jsir ukoll Malta.


Huwa tkellem ma Mons. Jackson, is-Segretarju ta' l-Arcisqof ta' Westminster, Mons. Francis Bourne, u meta l-Markiz gie lura f'Malta (ghax f'dik il-habta hu kien ighix f'Londra) esprima din ix-xewqa tieghu lil Mons. Pietro Pace, Isqof ta' Malta. Mons. Pace mal-ewwel laqa' dik l-idea.


Originarjament il-Kungress ta' l-1911 kellu jsir f'Madrid, il-belt kapitali ta' Spanja, izda minhabba s-sitwazzjoni politika f'dak il-pajjiz, kien hemm il-biza' li l-kungress seta' jithassar. L-Isqof Pace, meta sar jaf b'dan, ha l-inizjattiva biex jikteb lil Mons. Thomas Heylen, Isqof ta' Namur u President tal-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Ewkaristici, u offra d-djocesi ta' Malta bhala alternattiva. Izda b'danakollu l-kungress sar f'Madrid, kif kien originarjament mahsub.


Il-Kardinal Bourne


Sadattant Mons. Pace xtaq huwa wkoll li jsir Kungress Ewkaristiku f'pajjizna. Kien ghadda z-zmien sakemm Mons. Heylen kiteb lil Mons. Pace u staqsieh kienx ghadu tal-fehma li l-kungress isir f'Malta.


Habat ukoll li Mons. Bourne, wara li kien sar Kardinal minn idejn il-Papa Piju X, haseb biex izur Malta. Hu kien mistieden u ospitat mill-Markiz Mattei.4 Il-Kardinal Bourne ra b'ghajnejh u kkonvinca ruhu li "Malta hu fejn jista' jsir il-kungress."5


Kien hemm waqtiet ta' dubju jekk il-kungress kellux tabilhaqq jinzamm pajjizna u dan ghax sew minn fost xi membri tal-kumitat tal-Kungressi u kemm min-naha ta' l-istampa estera, li ma kinux infurmati bizzejjed dwar Malta, bosta kienu kontra li l-kungress jinzamm hawnhekk, gzira zghira tabilhaqq, izda gzira li taf il-konverzjoni taghha lill-Appostlu San Pawl u ghalhekk hija wahda mis-sedi appostolici l-aktar antiki tal-Kristjanezmu.


Minkejja d-diffikultajiet li kienu nqalghu kien jidher car li Alla ried li l-kungress jinzamm f'Malta. U hekk sar.


Ittra Pastorali


Il-Maltin saru jafu bid-decizjoni li kien ha l-Kumitat tal-Kungressi, jigifieri li l-kungress kien se jsir Malta, permezz ta' ittra Pastorali li hareg Mons. Isqof Pace fil-festa solenni ta' l-Ghid tal-1912. L-ittra Pastorali nqrat f'forma solenni fil-knisja ta' San Gwann waqt Pontifikal.


F'dik l-ittra Pastorali l-isqof Pace fakkar li l-kungress kien se jkun laqgha ta' Kardinali, Arcisqfijiet, Isqfijiet, persuni eminenti minn fost il-kleru u lajci, kif ukoll ta' hafna fidili minn kull parti tad-dinja Kattolika biex jistudjaw ahjar dak kollu li ghandu x'jaqsam ma' l-Ewkaristija Mqaddsa u biex iheggu u jkabbru dejjem izjed id-devozzjoni lejn dan il-Misteru tal-Fidi, ic-centru tat-twemmin Nisrani. Tassew kellu jkun dan il-qofol u l-messagg prattiku tal-kungress.


Thejjijiet


Kif wiehed malajr jifhem kungress internazzjonali ta' din ix-xorta u dimensjoni kien jitlob hafna xoghol ta' preparazzjoni w organizzazzjoni. Ghalhekk, bla telf ta' zmien, l-Isqof Pace waqqaf Kumitat Generali li kien jinkludi l-Kapitlu tal-Katidral u nies distinti tal-pajjiz. Twaqqaf ukoll Kumitat tan-Nisa. Kien hemm ukoll diversi sotto-kumitati li nghatawlhom karigi specjali biex jiehdu hsieb il-kungressisti, jorganizzaw il-laqghat tal-kungress, imexxu l-funzjonijiet u cerimonji religjuzi u processjonijiet u jipprovdu ghall-armar ta' barra. Kien hemm sottokumitati li kellhom f'idejhom is-Sezzjoni Ingliza u Franciza rispettivament.


Kumitat Ezekuttiv


Aktar tard kien twaqqaf Kumitat Ezekuttiv li kien principalment responsabbli ghall-organizzazzjoni tal-kungress.


Kien sar ukoll hafna xoghol ghat-tizjin ta' barra. L-iskrizzjonijiet u l-figuri simbolici fuq l-Ewkaristija kienu kollha mahdumin bl-idejn b'maestrija ta' gosti raffinati. L-ahjar pitturi Maltin riedu joffru x-xoghol taghhom lil Gesu Sagrament. Insemmu lil Giuseppe Cali bin Ramiro, Gianni Vella, Lazzaro Pisani, Giovanni Bonello, Domenico Briffa u ohrajn.


Ma dawn wiehed isemmi l-arkitett Andrea Vassallo, li wera sengha profondament artistika u genjali f'dak it-tizjin. Hafna mill-iskkrizzjonijiet gew dettati minn Mons. Luigi Farrugia u l-Professur Alfredo Bartoli, zewg Latinisti maghrufa6.


Il-Papiet


Il-Papiet dejjem harsu b'ghozza kbira lejn dawn il-kungressi u, peress li ma kienx dejjem possibli li l-Papa jiehu sehem personalment fihom, huwa kien jibghat ir-rapprezentant tieghu fil-persuna ta' Kardinal Legat.


(p.6) Fil-kaz partikulari tal-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li nzamm f'Malta fl-1913 il-Legat tal-Papa kien il-Kardinal Domenico Ferrata. Malta kollha ferhet, specjalment ghax il-Maltin kellhom diga' konnoxxenza ta' l-Emminenza Tieghu. Difatti l-Kardinal Ferrata kien gie f'Malta ghall-ewwel darba f'Gunju 1905 meta, bhala Delegat tal-Papa Piju X, f'ismu u skond ix-xewqa tal-Papa stess, qieghed il-kuruna tad-deheb mizghuda b'hagar prezzjuz fuq ras il-Madonna tal-kwadru titulari tal-Kuncizzjoni meqjum b'devozzjoni kbira mill-Maltin fil-Kollegjata ta' Bormla.7


Sadattant Malta thejjiet ukoll spiritwalment ghal dan il-kungress, b'missjoni fil-parrocci kollha tal-gzira, adorazzjonijiet Ewkaristici u rtiri fost il-kleru.


Il-Granet tal-Kungress


Kienu issa waslu l-jiem ufficjali tal-kungress, jigifieri mis-22 sas-27 t'April 1913.


Nhar it-Tlieta, 22 ta' April, il-Kardinal Legat twassal Malta fuq bicca tal-gwerra, il-HMS Hussar, li l-Ammirall tal-Flotta Ingliza stazzjonata f'Malta kien baghat Sirakuza biex iggib il-Kardinal.


F'deskrizzjoni hajja tal-wasla tal-Kardinal inkiteb hekk: "(Il-Kardinal gie milqugh) bid-daqq tal-qniepen tal-knejjes kollha, it-tifsir tal-vapuri u l-lanec, u c-capcip minn fuq il-gegwigija ta' dghajjes li daru mieghu, u s-swar mahnuqa bin-nies."8 Kien hemm ghajat ta' ferh u tixjir ta' bnadar, waqt li nstemghu 21 tir b'sinjal ta' merhba.9


Kungressisti Distinti


F'dak il-kungress hadu sehem 4 Kardinali u 41 Arcisqof u Isqof ta' diversi nazzjonijiet u kontinenti.10 Ma' dawn zid personalitajiet eminenti minn fost il-lajci tad-dinja Kattolika. Wiehed isemmi partikularment is-sehem attiv li hadu d-Duka u d-Dukessa ta' Norfolk, familja Kattolika antika. Jinghad li hadu sehem f'dak il-kungress ta' Malta ‘l fuq minn 2,000 kungressista li gew apposta minn barra,11 fost l-ohrajn kungressisti Inglizi, Taljani, Belgjani, Spanjoli, Portugizi, Kanadizi u Amerikani.12


Malta kienet rapprezentata sewwa u, kif kien xieraq, sew minn fost il-kleru kif ukoll minn fost l-ahjar nies tal-pajjiz hadu sehem attiv fil-funzjonijiet u fis-sessjonijiet u l-laqghat tal-kungress. Insomma wiehed jara manifestazzjoni hajja ta' l-universalita tal-Knisja ta' Kristu, li ghandha bhala centru l-Misteru ta' l-Ewkaristija Mqaddsa.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku

Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Buzzett iehor tal-Kungress Ewkaristiku

Iktar fuq il-Kungress


(p.7) Ir-ritratt juri l-buzzett originali maghmul mill-artist rinomat Malti Gianni Vella ghall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta, partikolarment fil-Mosta, bejn it-23 u s-27 ta' April, 1913.


L-Ecc. Tieghu Mons. Angelo Portelli, Isqof Awziljarju ta' Malta, ikkummissjona lil Gianni Vella biex ihejji disinn iehor ghall-kartolina ta' tifkira ghall-istess Kungress. F'din il-kartolina kien hemm storja qasira ta' Malta u t-testi saru b'diversi ilsna. Interessanti li wiehed jinnota li l-mudell ta' l-anglu li qieghed izomm l-ostensorju sar fuq il-mara ta' l-artist stess, Marija, imwielda Chretien.


L-Em. Tieghu l-Kardinal Domenico Ferrata nhatar Delegat Appostoliku ghall-Kungress u bosta isqfijiet barranin gew Malta biex jiehdu sehem fic-celebrazzjonijiet.


Tul il-hajja artistika twila tieghu Gianni Vella ghamel bosta opri ta' l-arti ghal diversi knejjes ta' Malta u t'Ghawdex. Hu ddekora l-Katidral t'Ghawdex b'affreski.


Il-ktieb Gianni Vella, ippublikat minn ibnu Aldo, fih hafna illustrazzjonijiet ta' pittura biz-zejt, akkwarelli u skeccijiet ta' Malta kif ukoll lista dettaljata ta' Opri ta' l-Arti Sagra li hu ghamel fi tletin knisja f'Malta u f'Ghawdex.


Gianni Vella ghex l-ahhar hmistax-il sena ta' hajtu ma ibnu Aldo fil-Mosta. Hu miet ta' 92 sena nhar it-3 ta' Settembru, 1977.


It-tieni parti – Il-Mosta: Mejju – Gunju 1988


Sehem il-Mosta


(p.6) M'huwiex il-hsieb f'tahdita bhal din li naghtu kronaka tal-grajjiet kollha tal-Kungress. Izda huwa xieraq li hawnhekk insemmu b'mod partikulari s-sehem li kellha l-Mosta f'dan il-Kungress. Anzi rridu nghidu li l-Mosta kellha sehem kbir f'dan il-Kungress ghax il-funzjoni tal-ftuh ufficjali tal-Kungress saret fir-Rotunda tal-Mosta.


Ghaliex intghazlet ir-Rotunda tal-Mosta li tfakkrek fil-manificenza tal-Pantheon ta' Ruma? Bi twegiba nkiteb hekk: "il-lok ta' din il-gemgha Nisranija kellu jkun tempju li fil-ghamla tieghu, fis-sengha li biha gie mahdum, fil-qdusija li jigbor fih, kellu jibqa', tifkira tal-qalb u tal-genju Malti, u ahjar mill-knisja tal-Mosta ma kienx jista' jinsab iehor f'Malta, knisja l-aktar wiesgha, mibnija mill-gharaq tal-poplu … knisja li fil-ghamla tonda taghha hi simbolu ta' l-Ostja, kif ukoll tad-dinja, ghalhekk denja wehidha li tilqa' Kungress migbur ghall-gieh ta' Gesu Ostja mid-dinja kollha."14


Ftuh


Wasal il-jum mixtieq: l-Erbgha, 23 ta' April, 1913, meta l-Mosta kienet lesta biex tilqa' l-Legat tal-Papa u l-kungressisti kollha. Kienet issaltan atmosfera ta' ferh.


L-istorjografu E.B. Vella, li, kif tafu, kiteb L-istorja tal-Mosta bil-Knisja Taghha jaghtina din id-deskrizzjoni helwa:


"It-triq ta' quddiem il-knisja giet imsaqqfa b'festuni, bandieri tal-gnus kollha, armi u kitba fuq l-Ewkaristija, kollox fuq stil li kien gdid ghal Malta. L-istess tizjin kompla dawwar il-pjazza ta' quddiem il-knisja.

Dan ma kienx bizzejjed ghax fuq il-bjut tad-djar kien hemm iperpru mar-rih ghadd kbir ta' bandieri, u kull dar zejnet il-faccata jew ghall-inqas il-gallarija b'damask, fjuri, kitba u simboli mqaddsa. Il-knisja minn barra u minn gewwa kienet imzejna xejn anqas mit-triq u l-pjazza ta' quddiemha u kienet tassew xierqa biex tilqa' dak li kien gej minflok il-missier tal-Kattolici kollha tad-dinja
."


Kmieni wara nofsinhar dehret il-karozza b'erba' zwiemel li fuqha kien hemm il-Kardinal Legat. Dan gie milqugh bl-ghajat ta' ferha u capcip, fost l-akbar entuzjazmu, b'xita ta' ward, u fost il-muzika helwa ta' l-innu tal-Papa mill-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta w id-daqq ferriehi tal-qniepen.


Gewwa l-Knisja


Gewwa l-knisja fuq il-presbiterju n-naha ta' l-Epistola kien hemm il-postijiet ghall-Isqfijiet u n-naha l-ohra ghall-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Ewkaristici. F'dan il-genb tal-Vangelu kien hemm tribuna ghal dawk li kellhom jitkellmu filwaqt li l-Kardinali kellhom il-pultruni homor fuq it-tarag ta' l-altar maggur.


Sar il-ftuh solenni tal-Kungress meta tkellmu, fost ohrajn, il-Kardinal Legat, l-Isqof tad-Djocesi, Mons. Pace, Mons. Angelo Portelli, Dumnikan, Isqof Titulari ta' Selimonte u Isqof Awziljarju, f'isem il-Kleru, u l-Markiz Mattei f'isem il-poplu Malti.


Wara dik l-inawgurazzjoni tal-Kungress fl-istess Rotunda tal-Mosta saru l-laqghat tal-Kungress bejn it-23 u s-26 ta' April. F'dawk is-sessjonijiet tal-Kungress saru diversi diskorsi (oltre bil-Malti) bil-Latin, bl-Ingliz, bit-Taljan, bil-Franciz, bl-Ispanjol fuq it-tema principali tal-Kungress, jigifieri "It-Tqarbin Frekwenti" – "Is-Sovranita Socjali ta' l-Ewkaristija."


L-ahhar laqgha nghalqet b'pontifikal solenni celebrat mill-Kardinal Bourne, Primat ta' l-Ingilterra.


Hemmhekk ukoll b'applawsi l-aktar kbar il-Legat Pontificju ghalaq il-laqghat generali tal-Kungress. Imbaghad l-Isqof Pace qara l-indirizz miktub minn Mons. Luigi Farrugia bil-Latin b'qima lill-Kardinal Legat u offielu kalci tad-deheb mastizz, li llum jinsab fil-Bazilka ta' San Gwann Lateran. Qabel dan il-kalci prezzjuz u cezellat kien jappartieni lil Mons. Annetto Casolani, Isqof ta' Mauricastro.15


Dan kollu jfisser li l-Mosta bir-Rotunda taghna kellha unur kbir u rari li tilqa' l-Legat tal-Papa flimkien ma dawk il-prelati distinti.


Tifkiriet


Il-Mosta ghad ghandha tifkira ta' din il-grajja fl-istorja taghha: it-triq ewlenija ta' quddiem il-knisja li ssemmiet Triq il-Kungress Ewkaristiku u lapida tar-rham imnaqqxa b'kitba Latina li tqieghdet mal-faccata tal-"Knisja tal-Kungress" – kif isejhilha l-istess E.B.Vella fil-ktieb tieghu li semmejna. It-test ta' dik il-lapida hu xoghol il-Professur Dun Francesco Sciberras. Bil-Malti tghid hekk:


ANNO MDCCCCXIII
QUARTUS ET VICESIMUS NATIONUM
CATHOLICAR. CONVENTUS DE MYSTERIO
CORPORIS ET SANGUINIS IESU CHRISTI
HOC TEMPLO TAMQUAM PRINCIPE
SEDE SUA EXCEPTUS EST AD DIES
CONSTITUTAS VIIII VIII VII KAL MAIAS HORA
SESQUI NONA LEGATUS PONTIFICUS MAXIMI
PATER PURPURATUS ET CONLEGAE BINI
AD LATERA CORAM CONSEDERUNT IUXTA
INFINITUM MEDII ALTARIS CRADUM
ADFUERUNT ARCHIEPISCOP. QUINDECIM
EPISCOPI QUINQUE ET QUADRACINTA
ANTISTITES MULTI KLERUS UTRIUSQUE
NOMINIS PLURIMUS DEINDE PROCERES
ET OPTIMATES EXTERI PATRICIIQUE ET
NOBILES NOSTRI EPHEMERIDUMQUE
SCRIPTORES POSTREMO MAGNA CIVIUM
EX URBE OPPIDIS PAGISO FREQUENTIA
UT NEQUE INFERIOR AREA QUIDQUAM
VACARET LITTERIS PONTIFICIIS PRIMO
CONCESSU RECITATIS AUGURALIQUE
CONCIONE A LEGATO HABITA SACRI
ORATORES INGENIO ET ELOQUENTIA
TOTO ORBE INSIGNES PRAETEREA
DOCTORES VIRI PROFANI AT PII ET
ERUDITIONE PRAESTANTES ARGUMENTA
DE DIVINO MYSTERIO VARIA VARIISQUE
LINGUIS ET CREBRA AUDITORUM
ADSENSIONE TRACTAVERUNT DIE AUTEM
VI K M FRANC BOURNEUS CARD RITU
SOLLEMNI OPERATUS EST TUM RELIQUA
DISERTE PERSECUTOS EXCEPIT LEGATUS
GRATIAS AGENS ET CULTUM EUCHARISTIC
SUMMA OPE PROVEHENDUM PERORANS
CUNCTI ADSURREXERUNT ADCLAMATUM
ETIAM EST UNO ANIMO PLAUSUMQUE
HORA POST MERIO CONVENTUS DIMISSUS
FIS-SENA 1913
ILTAQA' F'DAN IT-TEMPJU BHALA POST EWLIENI
L-24 KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI
FUQ IL-MISTERJU TAL-GISEM U D-DEMM TA'  GESU KRISTU
FIL-GRANET 24,25 U 26 TA' April
FIT-TLIETA TA' WARA NOFSINHAR
IL-KARDINAL LEGAT TAL-PAPA
B'ZEWG KARDINALI KULL NAHA
QAGHAD QUDDIEM L-ALTAR MAGGUR
HDEJN L-EEWL TARGA TIEGHU
KIEN HEMM HMISTAX L-ARCISQOF
HAMSA U ERBGHIN ISQOF HAFNA PRELATI
GHADD KBIR TA' KLERU SEKULARI U REGULARI
KBARAT BARRANIN PATRIZJI U NOBBLI MALTIN
KITTIEBA TAL-GAZZETTI TAGHNA
U FL-AHHARNETT GEMGHA KBIRA TA' NIES
MILL-BELT MIR-RHULA U MIR-RKEJJEN KOLLHA
LI FIL-WISA' T'ISFEL MA KIENX FADAL ROKNA VOJTA
FL-EWWEL LAQGHA NQRAW L-ITTRI TAL-PAPA
U L-LEGAT GHAMEL ID-DISKORS TAL-FTUH
IMBAGHAD L-ORATURI SAGRI
MAGHRUFA MAD-DINJA KOLLHA
GHALL-GHERF U HEGGA KBIRA BIEX JITKELMU
KIF UKOLL GHORRIEF PROFANI IMMA TWAJBA
TKELLMU FUQ L-EWKARISTIJA
U QALU HAFNA HWEJJEG B'HAFNA ILSNA
FOST IL-WIRI TA' SPISS TAL-FERH
TA' DAWK LI KIENU JISIMGHU
WARA FIS-26 TA' APRIL
IL-KARDINAL FRANGISKU BOURNE GHAMEL PONTIFIKAL
FL-AHHARNETT IL-LEGAT
LAQA' X-XEWQA LI WREL L-ORATURI
U WAQT LI TA HAJR UKOLL BIL-HEGGA
U QAL ILLI L-QIMA LEJN L-EWKARISTIJA
GHADHA TIGI MGHODDIJA 'L QUDDIEM KEMM JISTA' JKUN
IL-KONGRESSISTI KOLLHA QAMU
B'QALB WAHDA CAPCPU W APPROVAW
U FIS-SIEGHA TA' WARA NOFSINHAR
IL-KUNGRESS SPICCA

It-tielet parti – Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1988


(p.10) Avveniment singulari tal-Kungress kienet il-Komunjoni tat-tfal. ‘L fuq minn 12,000 tifel u tifla ngabru fuq il-fosos tal-Furjana ghal-funzjoni Ewkaristika. Dik it-tqarbina generali tat-tfal kienet grajja ohra kommoventi tal-Kungress. Isqof li kien prezenti ghal dik il-funzjoni sejhilha "An admirable confusion" (konfuzjoni ammirabbli).


Izda hawnhekk nixtieq insemmi fatt interessanti. Il-poeta Malti Dun Karm Psaila ried bil-muza tieghu jiehu sehem fil-Kungress. Ried joffri lill-Ewkaristija Mqaddsa innu ta' tifhir u qima, innu devot u hafif, li jista' jifhmu kulhadd, izda fl-istess hin mimli u qawwi li jigbor fih l-attributi ta' Alla.


T'Adoriam Ostia Divina


Harget minn ruh il-poeta Malti l-poezija Taljana T'Adoriam Ostia Divina. Izda mhux mal-ewwel ghax Dun Karm kellu wkoll iz-zmien dghajjef fl-ispirazzjoni tieghu16. Dun Karm halla miktub hekk:

"Kont qieghed fit-Triq Irjali tal-Belt meta kienu ga qeghdin jahsbu ghal-Programm tal-Festi li kellhom isiru ghall-Kungress … u gie fuqi s-surmast tal-muzika Giuseppe Caruana … u qalli, ‘Dun Karm nixtieqek tiktibli ftit versi biex naghmilhom bil-muzika u jkantawhom it-tfal wara t-tqarbina u fil-processjonijiet li jsiru matul il-Kungress.' Jien weghdtu li naqdih u l-ghada hadtlu xi tliet strofi li, inghid is-sewwa, ma kenux ghal qalbi ghax neqsin mix-xejra popolari, u kif iltqajt mieghu ghedtlu bil-kunfidenza ta' hbieb li konna, 'Guz, ara x'jidhirlek: lili ma joghgbunix hafna.' Qrahom fliehom u bil-hlewwa li kienet tieghu qalli, ‘M'humiex dawn il-versi li xtaqt.' Jien wegibtu, ‘Stenna sa ghada u nitma li jkollok xi haga ahjar.'
L-ghada hadtlu dawk il-versi li llum nahseb li jafhom, jew ahjar jafu bihom kulhadd. Iltqajna fil-kuritur tal-lemin ta' San Gwann. Kif qrahom, 'Dawn huma,' qalli."17


Meta, imbaghad, tkanta dak l-innu wiehed mill-Arcisqfijiet tal-Kungress qal, "Cosi si canta in paradiso – hekk ikantaw fil-genna."


Dan l-innu f'qasir zmien minn Malta xtered mad-dinja Nisranija bhala  l-Innu l-aktar popolari ta' l-Ewkaristija. Gie stampat f'diversi lingwi f'hafna pajjizi u dejjem tkanta fil-Kungressi Ewkaristici Internazzjonali li gew wara dak il-Kungress ta' Malta. Il-Kardinali u l-Isqfijiet li kienu hawn fostna ghall-Kungress ilkoll tghaxxqu b'dak l-innu T'Adoriam Ostia Divina u kollha riedu kopja biex jehduha pajjizhom maghhom halli jitkanta hemm ukoll.18


It-Tberik tal-bahar


Meta l-Kungress kien qed joqrob fit-tmiem tieghu kien hemm cerimonja ohra li qanqlet lil kulhadd: dik tat-tberik tal-bahar. Din il-funzjoni saret mill-gallarija tal-Barrakka ta' Fuq fejn kienet twaqqfet tribuna zghira ghall-okkazjoni. Hekk fi kliem wiehed li kien prezenti:

"Il-port kien mizghud bid-dghajjes, imzejnin kollha, u s-swar, il-bjut u x-xtut, min-naha l-wahda u l-ohra tieghu, mahnuqin bin-nies. Hekk kif il-qassis intona t-Tantum Ergo, dawk l-eluf kbar ta' nies inxtehtu lkoll gharkubbtejhom u ghaqqdu lehenhom flimkien, li kien jinstama' jidwi qisu raghda mal-port kollu, miksur biss minn dak helu ta' mijiet ta' tfal li kienu fuq il-ponta ta' l-Isla … il-port bix-xtut u d-djar ta' madwaru nbidel fi knisja wahda, li akbar u isbah minnha qatt ma nbniet. Imbaghad waqghet hemda kbira … waqt li l-Kardinal Legat bl-isfera f'idejh kien qed ibierek il-bahar, u kif spicca, rega' beda jidwi l-lehen ta' dawk l-eluf ta' nies tkanta s-Sia Lodato."19


Dr. Herbert Ganado fil-ktieb tieghu Rajt Malta Tinbidel b'dak l-istil tieghu helu u mexxej u penetranti jaghtina din ir-riflessjoni:

"Bierek il-bahar li kien wassal lil San Pawl l-Appostlu tieghu f'dawn il-gzejjer. Bierek lill-Kavallieri li kienu mietu ghalih f'Sant'Iermu u f'Sant Anglu u l-Kavallieri u l-Maltin li kienu hammru dak il-port b'demmhom biex isalvaw l-Ewropa. Bierek lill-Gharab u lit-Torok, li mhumiex Insara, anzi ghax mhumiex Insara kellhom iktar bzonn; bierek lill-poplu kollu fuq il-bjut, fit-twieqi, fil-galleriji, fuq is-swar u fuq id-dghajjes; bierek il-vapuri li kienu wasslu l-ikel u l-kummerc sat-truf kollha tad-dinja; bierek il-frejgati li kienu lesti jiddefendu lil pajjizhom; bierek il-habsin maghluqin fil-habs ta' fuq dik l-gholja ta' Kordin; bierek lill-ghomja li ma kenux qeghdin jarawh u lill-morda li kienu f'qiegh ta' sodda f'darhom jew fl-isptarjijiet; bierek lir-romol li kellhom fin-niket taghhom it-tama kollha fih, bierek lit-tfal li kienu haddnuh f'qalbhom f'dawk il-granet."20
Kienet dehra kommoventi li baqghet imfakkra b'lapida ta' rham li ghad hemm mal-hajt fil-gallerija tal-Barrakka ta' Fuq.
Kien wasal l-ahhar jum tal-Kungress, is-27 ta' April. Sebah jum mil-isbah. Dakinhar saret processjoni imponenti li harget mill-knisja monumentali ta' San Gwann u waslet sal-Furjana, fejn twaqqfet tribuna kbira, artistika, apposta ghall-Kungress. Il-kant tat-Te Deum (l-Innu ta' Radd il-Hajr) u l-barka bl-ostja Divina ghalqu dak il-kungress.
Dak il-Kungress kien manifestazzjoni devota lejn l-Ewkaristija trijonf kbir Ewkaristiku
.


Ir-raba' parti – Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1988


(p.6) Il-Kungress ta' Malta kellu eku mhux biss fl-istampa lokali izda wkoll fl-istampa estera. Minn fost il-gurnali barranin l-aktar importanti u sinifikattivi wiehed isemmi c-Civilta Cattolica, immexxija mill-Patrijiet Gizwiti, La Croix ta' Parigi, il-Catholic Times u The Tablet u fuq kollox, l-Osservatore Romano, il-gurnal semi-ufficjali tal-Vatikan.21


Rivista Taljana li ghandha x'taqsam ma' l-opra tal-Kungressi Ewkaristici fl-Italja sejhet il-Kungress Ewkaristici Internazzjonali "Il-Marcja Trijonfali ta' l-Ewkaristija."22


Tifkira


B'tifkira ta' dan l-avveniment miktub b'ittri tad-deheb fl-istorja tal-Knisja f'Malta erba' snin wara twaqqaf il-Monument ta' Kristu Re li hemm biswit il-Mall, il-Furjana. Bl-inawgurazzjoni solenni tal-Monument lir-Redentur Divin inkitbet l-ahhar pagna ta' l-istorja "splendida e gloriosa" (splendida u glorjuza) tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' Malta.


Wara jum maltemp u kesha, sebah jum il-Hadd, it-30 ta' Dicembru, 1917, jum ta' temp mill-isbah, Malta bi hgarha hadet sehem.


F'diskors ta' tifkira l-Arcisqof Maurus Caruana, is-successur ta' l-Isqof Pace, qal: "M'huwiex difficli nifhem il-hsibijiet taghkom, l-imhabba li tkebbes il-qalb taghkom quddiem dan il-monument tal-Feddej, li twaqqaf bil-Fidi u l-Generozita taghkom, … Hija pagna fl-istorja ta' Malta li tiddi b'dawl l-aktar qawwi, pagna mhux anqas daqs dik li tfakkar il-migja ferrieha ta' San Pawl fuq ix-xtut taghna … u j'Alla din ix-xbiha qaddisa li qedghin inwaqqfu bil-majesta kollha f'nofs wiehed mill-isbah u mill-akbar postiiet ta' gziritna tkun lill-Feddej taghna Gesu monument ta' Mhabbitna Lejh, tal-Fidi u t-Tama taghna Fih."


Id-diskors ta' l-Arcisqof maghmul "b'vuci cara, distinta, ghalkemm xi daqqiet miksura b'emozzjoni," gie milqugh b'applaws kbir mill-folla.


L-Arcisqof, imbaghad meghjun mill-Gvernatur Field Marshall Lord Methuen, kixef il-Monument fost applawsi kbar. Il-figura manifika tas-Salvatur dehret fis-sbuhija taghha kollha. Fl-istess waqt il-qniepen tal-knejjes kollha ta' Malta habbru dik il-grajja.


Wara, l-Arcisqof bierek il-monument u gie intonat it-Te Deum.


Il-Monument, mahdum fil-bronz, huwa xoghol il-genju Malti l-iskultur Antonio Sciortino. Huwa Monument semplici li jixhed dinjita: il-hwejjeg umli, il-qaghda, il-moviment tal-figura jfakkruk li inti qieghed fil-prezenza ta' Kristu Feddej. Figura majestuza fil-bronz li sahhar l-attenzjoni tieghek fuq il-wicc mistiku ta' Kristu. Il-qofol ta' dan il-Monument huwa r-ras ta' Kristu. Il-proporzjonijiet arkitettonikament perfetti jaghtu dehra ta' kobor u umilta – il-majesta ta' Alla u l-umilta ta' l-umanita tieghu.


Malta, liebsa libsa ta' l-azzar, tidher mixhuta f'riglejn Kristu b'idejha mghollija lejh.


Izda interpretazzjoni ohra dwar it-tifsira ta' dan il-Monument tghid li l-figura centrali tirraprezenta lil Kristu fir-Realta tieghu fl-Ewkaristija Mqaddsa. Malta tidher liebsa bl-azzar biex tfakkar il-battalji ta' l-imghoddi u r-rebhiet kontra l-ghadu ta' Kristu; Malta tidher mixhuta f'riglejn Kristu hija u titlob, waqt li Kristu jidher ghaddej Hu u jbierek lil Malta. Ghalhekk Malta mhix thares ‘il fuq lejn Kristu izda, b'rasha baxxuta hija u titlob, tara f'estasi l-vizjoni ta' Kristu Ewkaristiku.


Interessanti l-fatt li fil-bidu Sciortino ghamel l-ewwel bozzetti ta' dan il-Monument li kellu jikkonsisti f'figura wahda biss: dik ta' Gesu.


Fuq il-pedistall tal-granit hemm iskrizzjonijiet bil-Latin komposti mill-Prof. Mons. Luigi Farrugia, li kien Latinista maghruf. Ifakkru d-data tal-ftuh u dik ta' l-gheluq tal-Kungress, lill-Papa Piju X, il-Papa ta' l-Ewkaristija, il-Legat Pontificju, il-Kardinal Ferrata, il-Kardinal habib tal-Maltin, u l-Isqof Pietro Pace li tant habrek biex isehh il-Kungress.


Minn "Il-Monument" ta' Dun Karm


Wahdek, gwejjed, b'mixjietek sabiha,
B'dik il-harsa mitfugha 'l quddiem,
Fejn int sejjer, o Bniedem, o Alla,
Fommok mimli bil-kelma tas-sliem?
Jidher hsiebek fil-hemda ta' gbinek,
Tidher qalbek minn harset ghajnejk;
Kemm hi ghommtok fl-imhabba ighiduli,
Dawk il-hofor li ghandek f'haddejk
.


Riferenzi

  1. Galea P., Il Congress Ewkaristicu Internazzjonali f'Malta – 22-27 ta' April 1913, p. 3.
  2. (mhux imnizzla)
  3. (mhux imnizzla)
  4. Briffa-Brincati Giov. P., Il-Marcja Trijonfali ta' l-Ewkaristija fil-Lehen is-Sewwa, 1952.
  5. Galea P., op cit, p. 4.
  6. Briffa-Brincati Giov. P., ibid.
  7. Galea-Scannura Ch., Taghrif storiku dwar il-knisja parrokkjali ta' Bormla, p. 27.
  8. Galea P., op cit p. 7.
  9. Azzopardi D., LXXIV Congress Eucharisticu Internazzjonali f'Malta, p. 67; Farrugia L., Ricordo del XXIV Congresso Eucharistio Internazzionale celebrato nell'isola di Malta, p. 39.
  10. Azzopardi D., op cit, p. 39.
  11. Azzopardi D., op cit, p. 59.
  12. Azzopardi D., op cit, p. 28.
  13. Azzopardi D., L'XXIV Congress Eucaristicu Internazionali f'Malta, p. 28.
  14. Vella E.B., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha, p. 190.
  15. Briffa-Brincati Giov. P., Il-Marcja Trijonfali ta' l-Ewkaristija f'Lehen is-Sewwa 1952.
  16. Cardona G., Dun Karm – hajtu u Hidmietu, p. 89
  17. Cardona G., op cit, p. 90.
  18. Cardona G., op cit, p. 92.
  19. Galea P., Il-Congress Ewcaristiku Internazzjonali f'Malta – 22-27 ta' April 1913, p. 14.
  20. Ganado H., Rajt Malta Tinbidel, Vol I, p. 129.
  21. Farrugia L., op cit, p. 229.
  22. Briffa-Brincati Giov. P., ibid.