Il-Mosta tfakkar id-90 sena mill-Kungress Ewkaristiku: Intervista ma Angela Sammut
minn bintha Carmelina
Il-Mosta: Jannar – April 2003
X’tiftakar fuq il-Kungress Ewkaristiku li sar fl-1913?
(p.17) Meta sar il-Kungress Ewkaristiku fl-1913 jien kont ghadni tifla ta’ xi 9 snin. Il-familja tieghi kienet toqghod vicin il-pjazza tal-knisja u ghalhekk ghalkemm zghira, il-festi li saru f’dawk il-granet niftakarhom sew.
X’memorji baqghalek ta’ dak iz-zmien?
Fil-Mosta saru hafna preparazzjonijiet ghall-Kungress. L-ewwelnett il-Mostin kienu ferhanin u kburin li ntghazlet il-knisja taghna ghal xi ftit minn dawn il-festi billi din hi wiesgha u kbira u tesa’ hafna nies.
Barra dan, bdew isemmu kemm kienu gejjin nies barranin ghall-festi: xi 60 Isqof, Kardinali u anki l-Legat tal-Papa. Kienu bdew jghidu li xi ftit minnhom kienu se joqghodu fil-Mosta. Issa billi fil-Mosta dak iz-zmien ma kienx hawn lukandi, bdew ifittxu xi djar kbar u komdi fejn jistghu jpoggu lil dawn il-barranin fil-jiem tal-festi.
Dan niftakru sew, ghax ghandna gew xi sinjuri biex jikru d-dar taghna. Is-sinjur kien gab ukoll xi sodod u ppreparaw ukoll xi ikel. Izda nofs in-negozju kien sfrattalhom ghax barranin ma gewx daqs kemm kien mistenni u fil-fatt hadu biss hanut tal-kafe, ghalkemm ftit li xejn bieghu, ghax in-nies li gew ma raqdux il-Mosta ghax kienet ‘il boghod mill-Belt u huma gew biex igawdu l-festi tal-knisja.
Int semmejt preparazzjoni. Xi preparazzjonijiet tiftakar li saru?
Kif ghidtlek fil-poplu tal-Mosta kien hawn hafna entuzjazmu u kull min seta’ offra ruhu fit-thejjija tat-tizjin. Ahna, bhala tfal, konna mmorru ma’ wahda sinjorina li kienet tghallimna d-duttrina – is-Sinjorina Virginia Mifsud – li kienet kapaci hafna u ghallmitna naghmlu l-girlandi tal-fljuri biex inzejnu bihom.
Kif kontu tghinu?
Din kienet tigborna, konna hafna tfal, u tehodna f’dar fit-triq il-gdida, din it-triq stess, illum Triq il-Kungress Ewkaristiku, u kienet tghallimna naghmlu l-fjuri tal-karta, ward u margeriti, u ohrajn kienu jaghmlu l-hbula bil-liedna biex isaqqfu t-triq. In-nisa fid-djar ukoll kienu jahdmu minn dawn il-fjuri ghax fil-fatt kellhom bzonn hafna.
Fejn tpoggew dawn il-fjuri kollha?
Bil-girlandi tal-fjuri u l-weraq u l-liedna, ghamlu kannizzata kbira u biha ksew it-triq kollha, li dak iz-zmien kienet tasal sal-kantuniera, ftit ‘il boghod minn fejn noqghod jien illum. Tant ghamlu fjuri u liedna fil-kannizzata li s-sema ma kienx jidher u kienu qalu li lanqas ghasfur ma seta’ jghaddi. Dan sar minn fejn kellu jghaddi d-Delegat u l-mistednin li gew.
Barra l-kannizzata sar xi tizjin iehor?
Iva. Hafna mill-faccati tad-djar minn fejn kellhom jghaddu u specjalment ta’ quddiem il-knisja, niftakar sew tas-Sur Danjeli, kienu miksija u mzejna bil-weraq u l-fjuri u xi weraq tal-palm. Fil-galleriji ghamlu d-damask ahmar u dendlu emblemi b’xempji fuq l-Ewkaristija.
X'sar izjed?
Triq il-Kungress, minn fejn ghaddew dakinhar, zejnuha bhall-festa ta’ Santa Marija. Kienu ghamlu ark fit-tarf tat-triq kollu tazzi taz-zejt jixghelu. Fil-gnub tat-triq wahhlu l-pilandri u fuq dawn twahhlu t-trofej. Pilandra kient tkun bit-tazzi taz-zejt kuluriti, flok elettriku. Kienu jkunu sofor, homor, hodor, blu u pilandra ohra bit-trofej. Dawn it-trofej ghad baqa’ minnhom u gieli jarmawhom ghall-festa ta’ Santa Marija.
Allura t-tizjin sar f’din it-triq biss?
L-izjed li sar kien f’din it-triq u fil-pjazza. Fuq il-bjut, kull min seta’ tella’ arblu bil-bandiera tal-Papa u ta’ Malta u anki fit-twieqi wahhlu l-bnadar.
Fil-knisja x’tiftakar li sar?
Naturalment il-knisja kienet imzejna wkoll. Il-faccata tal-knisja kienet mzejna bit-tazzi taz-zejt jixghelu. Fil-knisja gewwa jien dakinhar ma dhaltx. Mhux kulhadd seta’ jidhol. Anzi niftakar li xi Mostin kienu gergru ghax qalulhom li ma kienux se jithallew jidhlu fil-knisja f’dawk il-granet, u xi xjuh qalu: “Il-knisja taghna u bqajna barra!” Fil-fatt mhux kull min xtaq dahal. Forsi dahlu tal-Kumitat tal-festa u xi nies importanti tal-Mosta. Forsi kellhom xi tessera. Wara l-festi dhalt. Il-knisja kienet miksija bid-damask ahmar. Fejn l-artal kienu tpoggew pultruni kbar homor ghal-Legat tal-Papa u l-Kardinali.
Issa ha nistaqsik fuq dakinhar tal-wasla tal-Legat. X’tiftakar?
Bhalma ghidtlek ahna konna noqghodu vicin il-knisja izda mill-gallarija u l-bejt ma stajniex naraw. Ghalhekk qbizna fuq il-bejt ta’ l-Arcipriet li jigi ezatt fuq il-pjazza. Il-mistednin bdew jaslu kmieni wara nofsinhar ghal xi t-3:30p.m.
Il-Mostin hargu bi hgarhom biex jilqghuom. Fil-pjazza l-aktar li niftakar hafna pulizija u suldati bl-uniformi u bl-elmu abjad u qaghdu fil-pjazza biex izommu l-folla lura. Kien hemm ukoll il-Kavallerija. Il-galleriji u t-twieqi kienu dejjem mimlijin bin-nies.
Meta wasal il-Legat in-nies bdew icapcpu u jghajtu bil-ferh. Bdew idoqqu l-qniepen u n-nies bdew jitfghu l-fjuri. Id-Delegat gie riekeb f’parilja b’erbat izwiemel. Mieghu gew ukoll l-Isqfijiet u l-Kardinali u hafna qassisin. Kif wasal bdiet iddoqq il-Banda tal-Mosta Nicolo Isouard. Nahseb li daqqet l-Innu tal-Papa. Malli waslu dahlu fid-dar ta’ l-Arcipriet u mbaghad wara marru purcissjoni ghal gol knisja. In-nies bdiet il-hin kollu ccapcap u tifrah u l-qniepen idoqqu.
Kif ghidt fil-knisja int ma dhaltx. Tiftakar x’sar?
Fil-knisja qalu li saru hafna diskorsi. Kien hemm kor u saret Akkademja. Il-festi damu tliet ijiem. Fl-ahhar gurnata saret quddiesa. Il-knisja dejjem kienet tkun fgata bin-nies. Il-Mostin dejjem hargu jilqghuhom lill-barranin u l-mistednin.
Meta spiccaw il-festi, fl-ahhar gurnata, l-Isqfijiet u l-kardinali kienu mistednin fil-Villa Grech Mifsud ghal riceviment. Mal-knisja kienet twahhlet ukoll lapida ta’ tifkira.