The Mosta Archives Banner

Id-90 Anniversarju tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Jannar – April 2003


Tifkira tal-Kungress Ewkaristiku fil-75 anniversarjuL- Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca igorr is-S. Sagrament waqt il-purcissjoni li saret fir-Rotunda fil-75 Anniversarju tal-Kungress.

(p.14) Din is-sena huwa d-disghin anniversarju minn mindu sar l-erbgha u ghoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Dan sar f’Malta mit-23 sas-27 ta’ April 1913. Ghall-ewwel kienu nqalghu hafna polemiki fejn kellhom isiru l-laqghat generali. Ghalhekk kien intghazel il-grawnd tal-Kullegg ta' San Alwigi f’Birkirkara.


Izda bosta kienu tal-fehma li l-aktar post ideali kien fir-Rotunda tal-Mosta. Bosta mill-aqwa awtoritajiet tal-Gzejjer Maltin kienu jaqblu ma’ din l-ghazla. Id-decizjoni finali kellha tittiehed mill-Kumitat Ezekuttiv li kien gie maghzul mill-Arcisqof ta’ dak iz-zmien, Mons. Pietro Pace K.C.V.O., G.C.O.M.


Dan il-Kumitat iltaqa’ ghall-ewwel darba fis-17 ta’ Mejju 1912 fl-Oratorju ta’ San Gwann taht il-Presidenza ta’ l-Arcisqof Mons. P. Pace. F’din il-laqgha wara diskors ta’ introduzzjoni mill-Arcisqof saret diskussjoni generali li fiha l-bicca l-kbira minn dawk prezenti taw il-fehmiet taghhom.


Fil-laqgha ta’ wara, gew innominati l-membri tal-Kumitat Ezekuttiv, wara votazzjoni sigrieta Dawn il-membri kellhom l-inkarigu ta’ l-organizzazzjoni tal-Kungress. Din hija l-lista tal-membri ta’ dan il-Kumitat Ezekuttiv: Mons. Luigi Attard Can. Cap. Teol. Vigarju Generali; l-Avukat Dr. Augusto Bartolo; Mons. Vincenzo dei Conti Caruana Gatto Can. Arcid. D.D.; l-Onor. Lorenzo Gatt, C.M.G.C.E. Supretendent tax-Xoghlijiet Pubblici; il-Kommendatur Giuseppe Howard; it-Tabib Dr Giovanni Felice Inglott; il-Kommendatur Antonio Lanzon; il-Professur Colon. Dr Lorenzo Manchè; il-Prokuratur Legali s-Sur Giuseppe Muscat Azzopardi; in-Negozjant is-Sur Francesco Pace li kien il-President tal-Kamra tal-Kummerc; l-Imhallef Dr. Giovanni Pullicino LL.D; in-Nutar Dr. Francesco Schembri Zarb; u l-Prof. Napuljun Tagliaferro I.S.O. Direttur ta’ l-Edukazzjoni Pubblika.


Kienu gew imwaqqfa wkoll diversi sottokumitati li l-presidenti diversi taghhom gew inkluzi fil-Kumitat Ezekuttiv. Dawn kienu Mons. Angelo Portelli O.P. Isqof Awziljarji, Mons. Giuseppe Farrugia Dekan. Prot. Apost. u Vigarju Oenerali t’Ghawdex; Mons. Can. Professur Luigi Farrugia D.D. Prelat Domestiku tal-Q.T. l-Papa; Mons. Can. Francesco Ferris D.D. LL.D. Kappillan ta’ l-Unur tal-Q.T. il-Papa; il-Markiz Dr. Alfredo Mattei LL.D Cam. Sigriet tal-Q.T. il-Papa; ir-Rev. Giovanni Gauci, M.A., D.D. Ceremonjier Djocesan; is-Sur Andrea Vassallo; Mons. Can. Coad. Prof. Paolo Gauci, Cam. Sigriet tal-Q.T. l-Papa.


Dan il-Kumitat Ezekuttiv iddecieda finalment li l-ftuh tal-Kungress kellu jsir fir-Rotunda kif ukoll il-Laqghat Generali Principali. Gie mahtur Kumitat ta’ nies mill-Mosta biex jaghmlu r-rahal u l-knisja xerqin biex jilqghu dawk il-kongressisti u dik il-festa tant ghaziza. Din id-decizjoni ttiehdet nhar l-24 ta’ Frar 1913.


L-Erbgha u Ghoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonaii nfetah fir-Rotunda nhar l-Erbgha 23 ta’ April 1913. Ghall-habta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar wasal il-Legat tal-Papa l-Kardinal Domenico Ferrata u mar izur l-Arcipriet tal-Mosta Dun Pawl Mallia fejn ghandu ltaqa’ ma’ l-Emm. Cardinal Nava (Arcisqof ta’ Catania), il-Kardinal Emm. Alessandro Lualdi (Arcisqof ta’ Palermo), hafna Isqfijiet u l-Kumitat tal-Mosta.


B’kollox saru erba’ laqghat fir- Rotunda: 23, 24, 25 u 26 ta’ April li fihom saru diskorsi ferm important, b’kollox erbgha u ghoxrin. Fost l-aktar kelliema important nsibu lill-Kardinal Domenico Ferrata, Mons. Arcisqof Pietro Pace, Mons. Anglu Potelli (Isqof Awziljarju ta’ Malta), il-Kardinal Almarezy Santos (Arcisqof ta’ Sevilja), Mons. Tumas Heylen Isqof ta’ Namur, il-President tal-Kumitat tal-Kungress Mons. Emard (Isqof ta’ Valleyfield, il-Kanada), l- Avukat Dr. Arturo Mercieca (aktar tard il-President tal-Qrati ta’ Malta) u l-Magistrat Dr. Giuseppe Cremona (li wara lahaq imhallef).


Barra milli kien avveniment storiku religjuz importanti hafna ghad-dinja Kattolika, kellu konnessjoni kbira mar-Rotunda, mal-Mosta u mal-Mostin. It-triq ewlenija ta’ quddiem il-knisja giet imsemmija ghalih. Gewwa Villa Grech Mifsud, fejn kienu mistiedna l-Kardinali, inkixfet lapida ta’ tifkira kif ukoll twahhlet lapida kbira ta’ tifkira mal-faccata tar-Rotunda.


Billi din is-sena huwa d-disghin anniversarju ta’ din il-grajja storika u importanti, se jigi organizzat programm ta’ tifkira mit-23 sas-27 ta’ April. Se jigu ttrattati t-tliet elementi specjali ta’ dan l-avveniment, dak Ewkaristiku, Religjuz u Storiku. Ghandha ssir ukoll purcissjoni ta’ Tifkira Solenni, Celebrazzjonijiet Ewkaristici, Vjatku Tradizzjonali kif ukoll Serata Muziko-Storika-Letterarja fost affarijiet ohra.


L-ahhar darba li kien gie ccelebrat l-Anniversarju ta’ din il-grajja (15-il sena ilu) il-purcissjoni kellha tigi mhassra ghax kienet hafna xita. Jalla din is-sena jkun bnazzi.


Referenzi

  • Dokumenti ta’ Mons. L. Farrugia, "Ricordo del XXIV Congresso Eucaristico Internazionale."
  • L-lstorja Tal-Mosta, ta’ E.B Vella u ohrajn.