The Mosta Archives Banner

Zewg kappillani li servew fil-Mosta


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1988


Sur Editur,


(p.2) Fis-sagristija taghkom ghandkom serje ta’ pitturi tal-kappillani jew arciprieti tal-Mosta. Biss m’ghandkomx ta’ dawn iz-zewg kappillani antiki li kelli x-xorti li nsibhomlkom. Nissuggerixxi li jew titolbuhom lil sidhom jew li taghmlu kopja taghha biex is-serje tigi izjed kompita.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-Kappillan Salv Saver Bonnici J.U.D.

Dan l-ahhar rajt pittura sabiha tal-Kappillan Dun Salvatore Saverio Bonnici J.U.D. mir-Rabat (30.5.1771 – miet 6.1.1794) li fi zmienu saret il-konsagrazzjoni tal-knisja parrokkjali ta’ qabel mill-Isqof Giovanni Carmelo Pellerano Giappone (1770-1780) fis-7 ta’ April, 1774.


Fi zmienu wkoll fit-30 ta’ Awissu, 1783 ingieb il-fdal qaddis tal-Martri San Pacifiku, li kien instab fil-katakombi ta’ Santa Prixilla f’Ruma u kien akkwistat mill-Isqof Fra. Vincenzo Labini S.Th.M. (1780-1807) fl-1780. Il-Kappillan Bonnici fl-1791 xtara s-sett ta’ hames kapep ta’ qabel minn Franza bil-prezz ta’ 2,076 skudi1.


Dan il-kappillan kien iben it-Tabib Bartilmew, alias Miju, li kien missier Dr. Guzeppi J.U.D. Dr. Guzeppi Bonnici wara sar l-ahhar agent-Hakem jew Kaptan tal-Virga ta’ l-Imdina (1814-1818) u ghalhekk lill-familja tieghu f’Haz Zebbug baqghalha l-laqam “Tar-Reggent.”


Il-Kappillan Bonnici kien fi kwistjoni wkoll mal-Kappillan tan-Naxxar Dun Gorg Fiteni (1768 – miet 17.4.1799) u ma l-Arcipriet tal-Katidral, il-Kanonku Alessandru Thei, S.Th.D. (1773-1801) dwar il-limiti tal-parrocca. Kellu wkoll kwistjoni mal-Vigarju Generali l-Kanonku Gejtan Grech S.Th.D. (1775-1786) dwar il-privileggi tal-kongregazzjonijiet tas-Sagrament u tar-Ruzarju.


Din il-pittura tal-Kappillan Salvatore Saverio Bonnici qieghda ghand tal-familja tieghu fid-dar tas-Sinjura Marcelle, omm Dr. John Bonnici Mallia M.D., li jafu kulhadd.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-Kappillan Salvatore Duminku Pace S.Th.D

Il-pittura l-ohra hi tal-Kappillan Dun Salvatore Duminku Pace S.Th.D. minn Haz Zebbug (1758-1759), li wara kien sar Kappillan tas-Siggiewi (1760 – miet fil-21.7.1790). Din tinsab fil-muzew parrokjali tal-parrocca ta’ Hal Lija.


Msida, Chev. Joseph Borg


Nota:

  1. Dawn il-kapep huma aktarx dawk li jinsabu fil-hgieg gos-sagristija fejn hemm il-bomba.