The Mosta Archives Banner

Statwi godda f’San Silvestru

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2002


Statwi godda fil-kappella ta' San SilvestruIz-zewg statwi godda fil-faccata tal-kappella ta' San Silvestru u wahda mill-istatwi godda,  dik ta' San Silvestru, waqt li kienet qed tinhadem ghand l-iskultur Savio Deguara.

(p.7) Nhar it-Tlieta 30 ta’ Lulju 2002 gew mikxufa zewg statwi sbieh tal-gebla tal-franka fil-faccata tal-kappella ta’ San Silvestru, li tinsab f’Independence Avenue fil-Mosta. Dawn jirraprezentaw lil San Pietru l-Ewwel Papa, u lil San Silvestru Papa, li propju lilu hija ddedikata din il-kappella. Dawn gew mahduma mill-iskultur zaghzugh Mosti Savio Deguara. San Silvestru ghandu bastun tal-bronz f’idejh waqt li San Pietru ghandu l-imfietah tal-bronz.


Dawn gew imqieghda f’zewg nicec fil-gholi fil-faccata ta’ din il-kappella storika. Din inbniet fi zmien il-Kavallieri ta’ San Gwann fl-1664 mill-Kavallier Silvestru Fiteni. Magenb din il-kappella nsibu triq imsemmija ghalih, fil-qasam maghrufa bhala l-Blata l-Gholja.


In-nicec ta’ dawn iz-zewg statwi huma hames piedi gholja u z-zewg statwi huma erba’ piedi u nofs. Dawn gew inawgurati minn Dun Salv Magro, li ghandu ghal qalbu hafna din il-kappella u li saru fuq inizjattiva personali tieghu. Il-crane biex ittellghu l-istatwi gie gentilment ipprovdut b’xejn mis-Sur Paul Camilleri.


Fil-faccata ta’ din il-Kappella, propju fuq il-bieb, kien hemm skrizzjoni dekorattiva sabiha, li tmermret u  spiccat kwazi ghal kollox tant li ma baqghetx tinqara. Din inhadmet mill-gdid minn Savio Deguara, propju fuq ritratt li jiena kont hadt 42 sena ilu, meta kienet ghada fi stat mhux hazin. Prosit lil Dun Salv Magro li ha din l-inizjattiva, ghax kieku din kienet tintilef ghal dejjem.


Jien zort lis-Sur Savio Deguara fid-dar tieghu fi Triq il-Wied fejn ghandu diversi xoghlijiet ta’ skultura fl-injam, gebel u anki xemgha. Huwa qalli li twieled fl-1971 u minn dejjem kien ihobb ipingi jew inaqqax xi haga.


L-arti propju kibret fih meta dahal bhala student fl-iskola ta’ l-Arti u l-Artigjanat Salvatore Dimech f’Targa Gap, il-Mosta. L-ewwel ghalliem ta’ l-arti tieghu kien is-Sur Herman Baldacchino. Huwa tharreg fl-iskultura fil-gebel taht is-Sur Angelo Agius, li ftit tas-snin ilu hadem l-istatwa ta’ San Tumas fit-triq li ggib l-istess isem Tumas Chetcuti. L-ghalliem tieghu fl-iskultura ta’ l-injam kien is-Sur Joseph Camilleri. Huwa kompla l-istudji tieghu fl-arti taht is-Sur Joseph Casha. Dak iz-zmien is-surmast ta’ din l-iskola kien il-maghruf skultur Mosti s-Sur Ganni Bonnici.


Minbarra li studja l-immudellar tat-tafal fl-Iskola ta’ l-Arti fil-Belt, huwa studja wkoll f’Perugia l-Italja. Hawnhekk huwa studja fl-Akkademja di Belle Arti Pietro Vannucci, fejn studja l-iskultura fil-bronz, fl-irham u fl-injam. Dan kien bejn is-snin 1993 u 1997.


Huwa studja wkoll ghal tliet xhur fl-Universita ta’ Barcellona fi Spanja. Savio pprezenta diversi wirjiet ta’ xoghlijiet tieghu kemm f’Malta kif ukoll barra, fosthom f’Bosnia Herzegovina f’Sarajevo, fil-Belgju fi Brussels, u anki f’diversi postijiet fi Sqallija.


Fl-1992, huwa hadem il-Via Sagra li tinsab fil-kappella tac-Centru Pastorali ta’ Sant’Andrija, fit-tarf ta’ fuq ta’ Triq il-Kostituzzjoni. Ftit wara huwa hadem xbieha ta’ Ruh fil-Purgatorju fil-konkos, li kienet tinsab fit-triq tac-cimiterju wara li din insterqet diversi drabi.


Fl-1994 huwa hadem tliet statwi basso riljevi ta’ Sant’Anton Abbati, ta’ San Pawl Eremita u ta’ San Gwann il-Battista. Dawn qeghdin fl-ghar tal-kappella ta’ San Pawl Eremita fuq Wied il-Ghasel.


Nhar il-Hadd 15 ta’ Settembru 2001 gie inawgurat il-Monument tal-Millenju fil-Mosta bl-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, immexxi mis-Sur Joe Demartino. Dan inhadem ukoll minn Savio Deguara f’forma ta’ gebla kbira tal-franka, li mad-daqqa t’ghajn tixbah xehda tan-nahal. Dan ghaliex dan il-monument jissimbolizza l-ghaqal u l-bzulija tal-Mostin minn zmien l-imghoddi sal-lum.


Fis-sena 2002, Savio Deguara hadem il-hames differenzi Sagri fi skultura simbolika li tinsab fid-Drop In Centre miftuh mill-Kunsill Lokali tal-Mosta f’April li ghadda. Din l-iskultura hija komposta mill-hames materji primi Maltin: tafal, hamrija, xahx, franka u ramel tal-qawwi.


Nawguraw lil Savio Deguara aktar successi ghal quddiem.